This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005D0483
2005/483/CFSP: Political and Security Committee Decision BiH/6/2005 of 14 June 2005 on the appointment of an EU Force Commander for the European Union Military Operation in Bosnia and Herzegovina
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà BiH/6/2005 ta' l- 14 ta' Ġunju 2005 dwar il-ħatra ta' Kmandant tal-Forza ta' l-UE għall-Operazzjoni Militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà BiH/6/2005 ta' l- 14 ta' Ġunju 2005 dwar il-ħatra ta' Kmandant tal-Forza ta' l-UE għall-Operazzjoni Militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina
ĠU L 173, 6.7.2005, p. 14–14
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 222–222
(MT)
In force
16.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
222 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ BiH/6/2005
ta' l-14 ta' Ġunju 2005
dwar il-ħatra ta' Kmandant tal-Forza ta' l-UE għall-Operazzjoni Militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina
(2005/483/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 25, it-tielet paragrafu tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/570/PESK tat-12 ta' Lulju 2004 dwar l-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,
Billi:
(1) |
Taħt l-Artikolu 4 ta' l-Azzjoni Konġunta 2004/570/PESK, il-Maġġur Ġenerali A. David LEAKEY ġie maħtur Kmandant tal-Forzi ta' l-UE għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina. |
(2) |
Il-Kmandant ta' l-Operazzjoni ta' l-UE irrakkomanda l-ħatra tal-Maġġur Ġenerali Gian Marco CHIARINI bħala Kmandant tal-Forza ta' l-UE għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Herzegovina. |
(3) |
Fl-1 ta' Ġunju 2005, il-Kumitat Militari ta' l-UE appoġġja n-nomina. |
(4) |
Skond l-Artikolu 6 ta' l-Azzjoni Konġunta 2004/570/PESK il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PSC) biex jieħu deċiżjonijiet ulterjuri dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza ta' l-UE. |
(5) |
B'mod konformi ma' l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża. |
(6) |
Il-Kunsill Ewropew ta' Kopenhagen fit-12 u t-13 ta' Diċembru 2002 adotta Dikjarazzjoni li stqarret li l-arranġamenti “Berlin Plus” u l-implimentazzjoni tagħhom ser japplikaw biss għal dawk l-Istati Membri ta' l-UE li huma wkoll membri tan-NATO jew partijiet għall-“Isħubija għall-Paċi”, u li b'konsegwenza kkonkludew ftehim bilaterali ta' sigurtà man-NATO, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Maġġur Ġenerali Gian Marco CHIARINI qiegħed b'dan jiġi maħtur Kmandant tal-Forzi ta' l-UE għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-5 ta' Diċembru 2005.
Magħmula fi Brussel, 14 ta' Ġunju 2005.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
P. DUHR
(1) ĠU L 252, 28.7.2004, p. 10.