Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005E0586

    Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2005/586/PESK tat- 28 ta' Lulju 2005 li testendi u temenda l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Lagi l-Kbar ta' l-Afrika

    ĠU L 199, 29.7.2005, p. 97–98 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 357–358 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2006

    ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2005/586/oj

    16.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    357


    AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2005/586/PESK

    ta’ 28 ta' Lulju 2005

    li testendi u temenda l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Lagi l-Kbar ta' l-Afrika

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fit-8 ta' Diċembru 2003 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2003/869/PESK (1) li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Lagi l-Kbar ta' l-Afrika.

    (2)

    Fit-28 ta' Ġunju 2004 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2004/530/PESK (2) li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Lagi l-Kbar ta' l-Afrika u li temenda l-Azzjoni Konġunta 2003/869/PESK.

    (3)

    Fit-2 ta' Frar 2005 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/96/PESK (3) li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Lagi l-Kbar ta' l-Afrika sal-31 ta' Awwissu 2005.

    (4)

    Fit-2 ta' Mejju 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/355/PESK (4) dwar il-missjoni ta' l-Unjoni Ewropea li tipprovdi konsulenza u għajnuna għal riforma fis-settur ta' sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (DRC), u tipprevedi għal rwol speċifiku għar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea (EUSR).

    (5)

    Abbażi ta' reviżjoni ta' l-Azzjoni Konġunta 2003/869/PESK, il-mandat tar-Rappreżentant Speċjali għandu jiġi emendat u estiż għal 6 xhur oħra.

    (6)

    L-EUSR ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' tagħmel ħsara lill-għanijiet tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni kif stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat,

    ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

    Artikolu 1

    Il-mandat tas-Sur Aldo AJELLO bħala r-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea (EUSR) għar-Reġjun tal-Lagi l-Kbar ta' l-Afrika, huwa b'dan estiż sat-28 ta' Frar 2006.

    Artikolu 2

    L-Azzjoni Konġunta 2003/869/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

    1)

    L-Artikolu 3 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    “Artikolu 3

    Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika, il-mandat ta' l-EUSR għandu jkun li:

    (a)

    jistabbilixxi u jżomm kuntatt mill-qrib mal-partijiet kollha għall-proċess ta' paċi u transizzjoni fir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar ta' l-Afrika, pajjiżi oħra tar-reġjun, l-Istati Uniti ta' l-Amerika, pajjiżi rilevanti oħra, kif ukoll in-Nazzjonijiet Uniti (NU) u organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħra, l-Unjoni Afrikana (AU) u organizzazzjonijiet sub-reġjonali u r-rappreżentanti tagħhom kif ukoll kapijiet reġjonali prominenti oħra sabiex jaħdem magħhom fit-tisħiħ tal-proċessi ta' paċi ta' Lusaka u Arusha u l-ftehim ta' paċi konklużi fi Pretoria u Luanda;

    (b)

    josserva l-proċess ta' paċi u transizzjoni bejn il-partijiet u joffri l-konsulenza u l-esperjenza tajba ta' l-Unjoni Ewropea kif xieraq;

    (ċ)

    jikkontribwixxi, fejn mitlub, għall-implimentazzjoni ta' ftehim ta' paċi u ta' waqfien mill-ġlied milħuqa bejn il-partijiet u jinvolvi ruħu magħhom diplomatikament fil-każ ta' non-konformità mat-termini ta' dawn il-ftehim;

    (d)

    jinvolvi ruħu b'mod kostruttiv ma' firmatarji għal ftehim fil-qafas tal-proċessi ta' paċi sabiex jippromwovi konformità man-normi bażiċi tad-demokrazija u l-governanza tajba, inkluż ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt;

    (e)

    jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Linji Gwida ta' l-UE dwar it-Tfal u l-Konflitti Armati;

    (f)

    jikkontribwixxi għal u jikkoopera mar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarjat Ġenerali tan-NU għar-Reġjun tal-Lagi l-Kbar u l-Mibgħut Speċjali tal-President ta' l-AU dwar il-preparazzjoni ta' Konferenza dwar paċi, sigurtà, demokrazija u żvilupp fir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar;

    (g)

    jirrapporta dwar il-possibiltajiet għall-appoġġ ta' l-Unjoni Ewropea għall-proċess ta' paċi u transizzjoni u dwar l-aħjar mod kif jitwettqu l-inizzjattivi ta' l-Unjoni Ewropea;

    (h)

    jissorvelja l-azzjonijiet mill-partijiet kollha tal-konflitti, li jistgħu jippreġudikaw l-eżitu tal-proċessi ta' paċi li għaddejjin;

    (i)

    jikkontribwixxi għal fehim aħjar tar-rwol ta' l-Unjoni Ewropea fost dawk il-mexxejja li għandhom influwenza kbira fuq l-opinjoni tan-nies fir-reġjun;

    (j)

    jipprovdi konsulenza u għajnuna, kif meħtieġ, għal riforma fis-settur ta' sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, b'mod partikolari jagħti gwida politika lill-Kapijiet ta' Missjoni, sabiex iwettqu dmirijiethom fuq il-livell lokali, tal-Missjoni tal-Pulizija ta' l-UE (‘EUPOL Kinshasa’) u tal-Missjoni ta' l-UE li tagħti konsulenza u tgħin lill-awtoritajiet tal-Kongo fir-riforma fis-settur ta' sigurtà (‘EUSEC RD Kongo’).”

    2)

    L-Artikolu 5(1) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    “1.   L-ammont ta' referenza finanzjarju maħsub biex ikopri l-ispiża relatata mal-mandat ta' l-EUSR għandu jkun ta' EUR 460 000.”

    .

    Artikolu 3

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

    Għandha tapplika mill-1 ta' Settembru 2005.

    Artikolu 4

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussel, 28 ta' Lulju 2005.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. STRAW


    (1)  ĠU L 326, 13.12.2003, p. 37.

    (2)  ĠU L 234, 3.7.2004, p. 13.

    (3)  ĠU L 31, 4.2.2005, p. 70.

    (4)  ĠU L 112, 3.5.2005, p. 20.


    Top