Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005E0584

Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2005/584/PESK tat- 28 ta' Lulju 2005 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Moldova

ĠU L 199, 29.7.2005, p. 95–95 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 355–355 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2005/584/oj

16.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

355


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2005/584/PESK

tat-28 ta' Lulju 2005

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Moldova

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Marzu 2005 il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/265/PESK (1) li taħtar lis-Sur Adriaan JACOBOVITS de SZEGED bħala Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea (EUSR) għall-Moldova.

(2)

Abbażi ta’ reviżjoni ta’ l-Azzjoni Konġunta 2005/265/PESK, il-mandat tar-Rappreżentant Speċjali għandu jiġi estiż għal 6 xhur oħra.

(3)

L-EUSR ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ tagħmel ħsara lill-għanijiet tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni kif stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Adriaan JACOBOVITS de SZEGED bħala r-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (EUSR) għall-Moldova, kif stabbilit fl-Azzjoni Konġunta 2005/265/PESK, huwa b'dan estiż sat-28 ta’ Frar 2006.

Artikolu 2

L-Artikolu 5(1) ta’ l-Azzjoni Konġunta 2005/265/PESK għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarju maħsub sabiex ikopri l-ispiża relatata mal-mandat ta’ l-EUSR għandu jkun ta’ EUR 300 000.”

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, 28 ta' Lulju 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

J. STRAW


(1)  ĠU L 81, 30.3.2005, p. 50.


Top