Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0554

    Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 12 ta' Lulju 2005 dwar l-aġġustament ta’ l-allowance imħallsa lil membri u membri supplenti tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

    ĠU L 188, 20.7.2005, p. 35–35 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 245–245 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/10/2013; Imħassar b' 32013D0471

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/554/oj

    16.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    245


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-12 ta' Lulju 2005

    dwar l-aġġustament ta’ l-allowance imħallsa lil membri u membri supplenti tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

    (2005/554/KE, Euratom)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari r-raba’ subparagrafu ta' l-Artikolu 258 tiegħu,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari r-raba’ subparagrafu ta' l-Artikolu 166 tiegħu,

    Wara li kkunsidra t-talba tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta’ l-4 ta’ April 2005,

    Billi:

    L-ammonti ta’ allowances ta’ kuljum mħallsa lil membri u membri supplenti tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, stabbilit bid-Deċiżjoni 81/121/KEE (1), għandu jiġi addattat,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 81/121/KEE għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 2

    1.   L-allowance ta’ kuljum għal kull ġurnata ta' vjaġġar għandha tkun:

    EUR 130 għal membri u membri supplenti.

    2.   L-allowance ta’ kuljum għal kull ġurnata ta’ laqgħa għandha tkun:

    EUR 208 għal membri u membri supplenti.

    3.   Fejn il-benefiċjarju jipprovdi prova sodisfaċenti li hu nefaq xi flus waqt li għadda lejl fuq il-post tax-xogħol, huwa għandu jitħallas allowance ta’ kuljum supplimentari ta’ EUR 30.”

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fit-12 ta' Lulju 2005.

    Magħmula fi Brussel, 12 ta' Lulju 2005.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. BROWN


    (1)  ĠU L 67, 12.3.1981, p. 29. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/985/KE, Euratom (ĠU L 343, 18.12.2002, p. 31).


    Top