This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005D0368
2005/368/EC: Council Decision of 26 April 2005 appointing three Latvian members to the Committee of the Regions
Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 26 ta' April 2005 li taħtar tliet membri Latvjani għall-Kumitat tar-Reġjuni
Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 26 ta' April 2005 li taħtar tliet membri Latvjani għall-Kumitat tar-Reġjuni
ĠU L 119, 11.5.2005, p. 11–12
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 15–16
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2006
16.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-26 ta' April 2005
li taħtar tliet membri Latvjani għall-Kumitat tar-Reġjuni
(2005/368/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Latvjan,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta’ Jannar 2002 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2002/60/KE li taħtar il-membri u l-membri alternattivi tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2002 sal-25 ta' Jannar 2006 (1). |
(2) |
Tliet postijiet ta’ membri tal-Kumitat tar-Reġjuni saru vakanti wara l-iskadenza tal-mandat tas-Sur Andris JAUNSLEINIS, is-Sur Jānis KALNAČS u s-Sur Arvīds KUCINS, li ġiet mgħarrfa lill-Kunsill fis-6 ta’ April 2005, |
IDDEĊIEDA:
Artikolu 1
Huma maħtura membri tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2006:
— |
Is-Sur Andris ELKSNĪTIS [Dobeles pilsētas Domes priekšsēdētājs] (Deputat elett, President tal-Kunsill tal-Belt ta' Dobele); |
— |
Is-Sur Edmunds KRASTIŅŠ [Rīgas pilsētasDomes loceklis] (Membru tal-Kunsill tal-Muniċipalità ta’ Riga); |
— |
Is-Sur Tālis PUĶĪTIS [Siguldas novada domes priekšsēdētājs] (Deputat elett, President tal-Kunsill Konġunt tal-Muniċipalità ta’ Sigulda); |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu jkollha effett mid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.
Magħmula fi Brussel, fi 26 ta' April 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
F. BODEN
(1) ĠU L 24, 26.1.2002, p. 38.