Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0157

    Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 17 ta’ Frar 2005 li jaħtar żewġ membri Ġermaniżi u żewġ membri supplenti Ġermaniżi tal-Kumitat tar-Reġjuni

    ĠU L 52, 25.2.2005, p. 37–38 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 154–155 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2006

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/157(1)/oj

    13.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    154


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tas-17 ta’ Frar 2005

    li jaħtar żewġ membri Ġermaniżi u żewġ membri supplenti Ġermaniżi tal-Kumitat tar-Reġjuni

    (2005/157/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Ġermaniż,

    Billi:

    (1)

    Fit-22 ta’ Jannar 2002 il-Kunsill adotta Deċiżjoni (1) li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni,

    (2)

    żewġ postijiet ta’ membri jinsabu vakanti wara l-iskadenza tal-mandat tas-Sinjura Barbara RICHSTEIN u tas-Sinjur Manfred LENZ, li ġew notifikati lill-Kunsill fit-12 ta’ Jannar 2005, post ta’ membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni jinsab vakanti wara r-riżenja tas-Sur Hans-Georg KLUGE, notifikata lill-Kunsill fil-21 ta’ Diċembru 2004.

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu uniku

    Il-persuni li ġejjin huma maħtura fuq il-Kumitat tar-Reġjuni

    (a)

    bħala membri:

     

    Is-Sur Gerd HARMS

    Bevollmächtigter des Landes Brandenburg für Bundes- und Europaangelegenheiten,

    Staatssekretär in der Staatskanzlei

    biex jissostitwixxi lis-Sinjura Barbara RICHSTEIN

     

    Is-Sinjura Barbara RICHSTEIN

    Abgeordnete des Landtages Brandenburg (Deputata tal-Landtag de Brandebourg)

    biex tissostitwixxi lis-Sur Manfred LENZ

    (b)

    bħala membri supplenti:

     

    Is-Sur Markus KARP

    Staatssekretär im Ministerium für Wissenschaft, Forschung und Kultur

    biex jissostitwixxi lis-Sur Hans-Georg KLUGE

     

    Is-Sur Steffen REICHE

    Mitglied des Landtages

    biex jissostitwixxi lis-Sur Wolfgang KLEIN

    għall-bqija tat-terminu tal-mandat tagħhom, li jibqa’ jgħodd sal-25 ta’ Jannar 2006.

    Magħmula fi Brussel, nhar is-17 ta’ Frar 2005.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J.-C. JUNCKER


    (1)  ĠU L 24, 26.1.2002, p. 38.


    Top