This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005D0020
2005/20/EC, Euratom: Council Decision of 22 December 2004 appointing a French member of the Economic and Social Committee
Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta' Diċembru 2004 li taħtar membru Franċiż tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali
Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta' Diċembru 2004 li taħtar membru Franċiż tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali
ĠU L 11, 14.1.2005, p. 30–30
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 20–20
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2006
|
13.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
20 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-22 ta' Diċembru 2004
li taħtar membru Franċiż tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali
(2005/20/KE, Euratom)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Settembru 2002 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2002 sa l-20 ta’ Settembru 2006 (1),
Billi post ta’ membru f’dak il-Kumitat jinsab vakanti wara r-riżenja tas-Sur Jacques VOISIN, li dwarha l-Kunsill ġie infurmat fit-12 ta’ Ottubru 2004;
Wara li kkunsidra n-nomina sottomessa mill-Gvern Franċiż,
Wara li kiseb l-opinjoni tal-Kummissjoni ta’ l-Unjoni Ewropea,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Is-Sinjura Nicole PRUD’HOMME hija b’dan maħtura membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali minflok is-Sur Jacques VOISIN għall-kumplament tal-mandat ta’ dan ta’ l-aħħar, li jgħodd sa l-20 ta’ Settembru 2006.
Magħmula fi Brussel, nhar it-22 ta' Diċembru 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
C. VEERMAN
(1) ĠU L 253, 21.9.2002, p. 9.