EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R1294

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1294/2004 tat- 12 ta' Lulju 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1600/99 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' wajer ta' l-i stainless steel b'dijametru ta' 1 mm jew aktar li joriġina fl-Indja

ĠU L 244, 16.7.2004, p. 1–4 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 142M, 30.5.2006, p. 114–117 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/07/2005

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1294/oj

30.5.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

114


IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1294/2004

tat-12 ta' Lulju 2004

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1600/99 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' wajer ta' l-istainless steel b'dijametru ta' 1 mm jew aktar li joriġina fl-Indja

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li jkunu oġġett ta' dumping minn pajjiżi li m'humiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażi”), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 (2) tas-6 ta' Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li m'humiex membri tal-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURI PREĊEDENTI

(1)

Il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1600/1999 (3), impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' wajer ta' l-istainless steel b'dijametru ta' 1 mm jew aktar (’il-prodott konċernat’) li jaqa taħt il-kodiċi NM ex 7223 00 19 u li joriġina fl-Indja. Il-miżuri ħadu s-sura ta' dazju ad valorem li jvarja bejn 0 % u 55,6 %.

(2)

Il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1599/1999 (4), impona fl-istess ħin dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' l-istess prodott li joriġina fl-Indja. Il-miżuri ħadu s-sura ta' dazju ad valorem li jvarja bejn 0 % u 35,4 % għal esportaturi individwali, b'rata ta' 48,8 % għal esportaturi li ma jikkoperawx.

B.   PROĊEDURI KURRENTI

1.   Talba għal reviżjoni ta' esportatur ġdid

(3)

Wara l-impożizzjoni tal-miżuri definittivi, il-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta' reviżjoni ta' ’esportatur ġdid’ tar-Regolament (KE) Nru 1600/1999, skond l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażi, minn produttur Indjan, VSL Wires Limited (’l-applikant’). L-applikant qal li ma kellu l-ebda relazzjoni ma esportaturi oħra tal-prodott konċernat fl-Indja. Barra dan, qal illi ma kienx esporta l-prodott konċernat matul il-perjodu oriġinali ta' l-investigazzjoni (i.e. mill-l ta' April 1997 sal-31 ta' Marzu 1998), iżda kien esporta l-prodott konċernat lejn il-Komunità wara dak il-perjodu. Skond dak li ntqal hawn fuq, huwa talab illi rata individwali ta' dazju tiġi stabbilita għalih, f'każ illi jinstab li kun hemm xi dumping.

2.   Bidu ta' reviżjoni

(4)

Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza mressqa mill-applikant u kkunsidrat li hija biżżejjed sabiex tiġġustifika l-bidu ta' reviżjoni skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv u wara li l-Komunità ta' l-industrija kkonċernata ngħatat l-opportunità li tikkummenta, il-Kummissjoni bdiet, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1225/2003 (5), reviżjoni ta' “esportatur ġdid” tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1600/1999 fir-rigward ta' l-applikant u bdiet l-investigazzjoni tagħha. Fl-istess waqt, id-dazju anti-dumping fis-seħħ ġie mħassar fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' prodotti konċernati prodotti u esportati lejn il-Komunità mill-applikant, u dawk l-importazzjonijiet saru suġġetti għal reġistrazzjoni skond l-Artikoli 11(4) u 11(5) tar-Regolament bażiku.

(5)

Fl-istess waqt u fuq l-istess kriterji, wara talba magħmula mill-applikant, il-Kummissjoni bdiet reviżjoni aċċellerata tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1599/1999 (6) skond l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97.

3.   Il-Prodott konċernat

(6)

Il-prodott kopert mir-reviżjoni kurrenti huwa dak l-istess prodott li jinsab taħt il-konsiderazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1600/1999, jiġifieri l-wajer ta' l-istainless steel b'dijametru ta' 1 mm jew aktar, li fih 2,5 % jew aktar fil-piż ta' nikil, barra minn wajer li fih 28 % jew aktar fil-piż, iżda ma jaqbiżx il-31 %, ta' nikil u 20 % jew aktar, iżda ma jaqbiżx it-22 % ta' kromju.

4.   Il-Perjodu ta' l-investigazzjoni

(7)

L-investigazzjoni kopriet il-perjodu mill-1 ta' April 2002 sal-31 ta' Marzu 2002 (“il-perjodu tar-reviżjoni ta' investigazzjoni”).

5.   Il-Partijiet konċernati

(8)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-applikant u lill-Gvern ta' l-Indja (’GOI’) bil-bidu tal-proċedura. Barra minn hekk, tat lil partijiet oħra direttament konċernati, l-opportunità li jagħmlu magħruf bil-miktub il-fehmiet tagħhom u li jitolbu seduta. Madanakollu, l-ebda fehma jew talba għal seduta ma ġiet irċevuta mill-Kummissjoni.

(9)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-applikant u rċeviet tweġiba kompluta saż-żmien mistenni. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li ħasset li kienet meħtieġa għall-iskop ta' l-investigazzjoni u għamlet żjara ta' verifika fuq il-propjeta' ta' l-applikant.

Ċ.   IL-FIRXA TAR-REVIŻJONI

(10)

Ladarba ma saret l-ebda talba għal reviżjoni tas-sejbiet dwar dannu, min-naħa ta' l-applikant, ir-reviżjoni ġiet limitata għad-dumping.

D.   IR-RIŻULTATI TA' L-INVESTIGAZZJONI

(11)

L-applikant kien kapaċi juri b'mod sodisfaċenti illi ma kien in konnessjoni, direttament jew indirettament, ma l-edba mill-produtturi Indjani li jesportaw u li huma soġġetti għall-miżuri ta' anti-dumping eżistenti fir-rigward tal-prodott konċernat.

(12)

L-investigazzjoni kkonfermat illi l-applikant ma kienx esporta l-prodott konċernat tul il-perjodu oriġinali ta' l-investigazzjoni, i.e. mill-1 ta' April 1997 sal-31 ta' Marzu 1998.

(13)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk l-applikant kienx esporta il-prodott konċernat lejn il-Komunità wara l-perjodu ta' l-investigazzjoni oriġinali. F'dan ir-rigward, hija stabbiliet illi l-applikant la għamel bejgħ fil-Komunità u lanqas ma daħal f'xi obbligazzjoni kuntrattwali irrevokabbli biex jesporta ammont sostanzjali tal-prodott konċernat lejn il-Komunità tul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-reviżjoni.

(14)

Ġie stabbilit illi l-applikant kien għamel bejgħ wieħed lill-Komunità li effettivament seħħ f'Awwissu ta' l-2001, i.e. wara l-perjodu ta' l-investigazzjoni oriġinali iżda ħafna qabel il-perjodu ta' investigazzjoni tar-reviżjoni.

(15)

L-applikant talab lill-Kummissjoni biex jiġi mtawwal il-perjodu ta' investigazzjoni tar-reviżjoni biex ikopri l-perjodu li fih sar il-bejgħ imsemmi fil-premessa (14). F'dan il-kuntest, l-applikant sostna li hu kien talab għal reviżjoni ta' ’esportatur ġdid’ f'Awwissu ta' l-2001 u li kien ippropona perjodu ta' investigazzjoni mill-1 ta' Lulju 2001 sal-31 ta' Marzu 2003.

Dwar dan, ta' min jinnota li skond l-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku, għall-iskop ta' sejba rappreżentattiva, il-Kummissjoni se tagħżel perjodu ta' investigazzjoni illi, fil-każ ta' dumping, se tkopri normalment perjodu ta' mhux inqas minn sitt xhur immedjatament qabel il-bidu tal-proċeduri. Il-fatt illi għaddew kważi sentejn u skambji numerużi ta' korrispondenza qabel ma l-applikant ressaq talba għal reviżjoni sodisfaċenti, ma jiġġustifikax it-tbegħid mir-regola mniżżla fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, jekk perjodu ta' investigazzjoni mtawwal jiġi aċċettat u jekk dan il-perjodu jkun ikopri biss dik it-transazzjoni ta' esportazzjoni, dan kollu jista' jwassal għal sitwazzjoni fejn jiġu użati data u informazzjoni tal-kontijiet antikwati. Dan iwassal għal tnaqqis fil-preċiżjoni tas-sejbiet ta' l-investigazzjoni meta relatat mas-sitwazzjoni preżenti ta' l-applikant.

Barra dan, ta' min jinnota illi, anke jekk perjodu ta' investigazzjoni ta' reviżjoni twil kien ġie magħżul bl-inklużjoni tal-bejgħ waħdieni ta' Awwissu ta' l-2001, dan il-bejgħ waħdieni ma kienx ikun bażi rappreżentattiva għall-istima ta' dumping u ta' l-istabbiliment ta' marġinu individwali ta' dumping. Din it-transazzjoni waħedha rrappreżentat biss madwar 0,2 % tal-produzzjoni annwali tal-prodott konċernat min-naħa ta' l-applikant, u l-prezz tagħha kien id-doppju tal-prezz ta' l-esportazzjoni ta' l-istess prodott lejn il-pajjizi terzi kollha l-oħra matul dak il-perjodu. Konsegwentement, bejgħ bħal dak ma setax jiġi użat għad-determinazzjoni ta' dumping rappreżentattiv għall-applikant.

(16)

Fit-tweġiba għall-kwestjonarju, l-applikant semma kuntratt li kien ġie ffirmat matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-reviżjoni, iżda fuq il-post ikkonferma li l-bejgħ qatt ma kien sar. Huwa għalhekk stabbilit illi l-applikant qatt ma daħal f'obbligazzjoni irrevokabbli li jesporta ammont sinifikanti lejn il-Komunità u li dak li sostna l-applikant b' “l-intenzjoni li jkompli jesporta lejn il-KE” wara l-bejgħ ta' l-2001 ma twettaqx. Għal dawn ir-raġunijiet, huwa kkunsidrat illi fl-assenza ta' xi transazzjoni ta' esportazzjoni lejn il-Komunità jew xi obbligazzjoni kuntrattwali irrevokabbli matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-reviżjoni, l-ebda marġinu individwali ta' dumping ma jista' jiġi stabbilit għall-applikant skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, il-marġinu ta' dumping misjub fl-investigazzjoni oriġinali għal partijiet li ma ġewx investigati individwalment, i.e. 76,2 % (ara l-premessa (23) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1600/1999), għandu japplika.

E.   ID-DAZJU ANTI-DUMPING

(17)

Meta tikkunsidra li l-ogħla livell ta' eliminazzjoni ta' dannu ta' 55,6 % stabbilit tul l-investigazzjoni oriġinali huwa iktar baxx mill-marġinu ta' dumping għall-applikant ta' 76,2 % (ara l-premezza (16) hawn fuq), ir-rata tad-dazju anti-dumping għall-applikant m'għandiex tkun aktar mil-livell ta' eliminazzjoni ta' dannu skond l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku.

(18)

Minkejja n-nuqqas ta' esportazzjonijiet lejn il-Komunità matul il-perjodu ta' nvestigazzjoni tar-reviżjoni, rata individwali ta' dazju kumpensatorju bbażata fuq l-ammont tas-sussidju ta' l-esportazzjoni (ad valorem 14,1 %), kienet ikkolkolata għall-applikant fir-reviżjoni parallela aċċellerata tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1599/1999, skond l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 (ara l-premessa (5) hawn fuq).

(19)

Skond l-Artikolu 14(1) tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 24(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97, l-ebda prodott m'hu se jkun suġġett kemm għal dazji kumpensatorji kif ukoll anti-dumping, minħabba li dawn jittrattaw ma l-istess sitwazzjoni li tiġi mid-dumping u mis-sussidjar ta' l-esportazzjoni.

(20)

Fuq il-bażi ta' dak li ntqal hawn fuq, rata ta' dazju anti-dumping definittiv impost fuq importazzjonijiet ġol-Komunità ta' wajer ta' l-istainless steel b'dijametru ta' 1mm jew aktar, prodott u esportat minn VSL Wires Limited, espress bħala persentaġġ tal-prezz tal-fruntiera tal-Komunità CIF (dazju tad-dwana mhux imħallsa) u meħuda in konsiderazzjoni ir-riżultati tar-reviżjoni parallela aċċellerata tal-miżuri kompensatorji eżistenti, għandha tkun ta' 41,5 %, i.e. 55,6 % nieqes 14,1 %. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1600/1999 għandu għalhekk jiġi emendat.

F.   INTAXXAR RETROATTIV TAD-DAZJU ANTI-DUMPING

(21)

Id-dazju anti-dumping applikabbli għal VSL Wires Limited għandu wkoll jiġi intaxxat retroattivament fuq importazzjonijiet li ġew suġġetti għal reġistrazzjoni skond l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1225/2003.

G.   AMMISSJONI U T-TUL TAL-MIŻURI

(22)

Il-Kummissjoni infurmat lill-applikant u lill-GTI bil-fatti essenzjali u bil-konsiderazzjonijiet fuq il-bażi ta' liema kien hemm l-intenzjoni li jiġi propost li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1600/1999 jiġi emendat. Huma kienu ġew mogħtija wkoll perjodu ta' żmien raġonevoli sabiex jikkummentaw.

(23)

Fit-tweġiba għall-ammissjoni, l-applikant qal illi l-Kummissjoni naqset milli tikkunsidra alternattivi oħra disponibbli għall-istabbiliment ta' prezz ta' l-esportazzjoni u, b'mod partikolari, l-użu tal-prezzijiet ta' l-esportazzjoni ta' l-applikant għal pajjiżi terzi oħra għall-iskop tal-kalkolu ta' marġini ta' dumping. Dwar dan, ta' min jinnota illi skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, il-prezz ta' l-esportazzjoni fil-kalkolu ta' dumping għandu jkun il-prezz li ġie mħallas effettivament jew li għandu jitħallas għall-prodott meta mibjugħ għall-esportazzjoni mill-pajjiż esportatur lejn il-Komunità. Ma hemm l-ebda disposizzjoni li tgħid li l-prezz ta' l-esportazzjoni jista' jiġi stabbilit fuq il-bażi ta' l-esportazzjonijiet mill-pajjiż esportatur lejn destinazzjonijiet oħra għajr il-Komunità. Il-pretensjoni m'għandiex għalhekk tiġi milqugħa u l-konlużjonijiet imniżżla fil-premessi (11) sa (16) t'hawn fuq jiġu kkonfermat.

(24)

Din ir-reviżjoni ma taffettwax id-data li fiha ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1600/1999 se jiskadi skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tabella fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1600/1999 hija hawnhekk emendata biż-żieda tas-segwenti:

“VSL Wires Limited, G-1/3 MIDC, Żona Industrijali Tarapur, Distrett Boisar, Thane, Maharashtra, Indja

41,5

A444”

Artikolu 2

1.   Id-dazju anti-dumping hawnhekk impost għandu jiġi ntaxxat retroattivament fuq importazzjonijiet tal-prodott konċernat li ġew reġistrati skond l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1225/2003.

2.   Sakemm mhux speċifikat mod ieħor għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw dazji tad-dwana.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fit-12 ta' Lulju 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

B. BOT


(1)  ĠU L 56, tas-6.3.1996, p. 1, Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, tat-13.3.2004, p. 12).

(2)  ĠU L 288, tal-21.10.1997, p. 1, Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 461/2004.

(3)  ĠU L 189, tat-22.7.1999, p. 19.

(4)  ĠU L 189, tat-22.7.1999, p. 1, Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 164/2002 ĠU L 30, tal-31.1.2002, p. 9).

(5)  ĠU L 172, tal-10.7.2003, p. 6.

(6)  ĠU C 161, tal-10.7.2003, p. 2.


Top