Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R1140

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1140/2004 tal- 21 ta' Ġunju 2004 li jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti tas-sajd li joriġinaw f'Ċeuta u Melilla

    ĠU L 222, 23.6.2004, p. 1–3 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 142M, 30.5.2006, p. 73–75 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1140/oj

    30.5.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    73


    IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1140/2004

    tal-21 ta' Ġunju 2004

    li jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti tas-sajd li joriġinaw f'Ċeuta u Melilla

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 656/2000 (1), il-Kunsill fetaħ kwoti bla dazju tat-tariffa Komunitarja għal ċerti prodotti tas-sajd li joriġinaw f'Ċeuta, li skadew fil-31 ta' Diċembru 2002.

    (2)

    F'Ottubru 2002 Spanja talbet li l-validità tal-kwoti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 656/2000 tiġi mtawwla u sostniet it-talba tagħha b'argumenti soċjali u ekonomiċi dwar Ċeuta, fejn uriet ir-restrizzjoniet li fihom qed topera l-ekonomija tagħha u d-diffikultajiet li magħhom l-industrija lokali tas-sajd qed ikollha tħabbat wiċċha. It-talba hija ġġustifikata minħabba li s-sitwazzjoni ekonomika f'Ċeuta tirrikjedi l-adozzjoni ta' miżuri preferenzjali sabiex tiġi ffaċilitata l-esportazzjoni lejn il-Komunità.

    (3)

    Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2000/204/KE ta'-24 ta' Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Euro-Mediterranju li jistabbilixxi Assocjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (2) il-Komunità ssospendiet bis-sħiħ id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni fuq l-importazzjoni għal firxa wiesgħa ta' prodotti tas-sajd li joriġinaw mill-Marokk. L-importazzjoni ta' dawn il-prodotti fil-Komunità ma hi suġġetta għall-ebda limitazzjoni kwantitattiva u l-firxa tagħhom hija ħafna usa' mill-firxa ta' prodotti li huma koperti mill-kwoti ta' tariffi miftuħa għal Ċeuta. Meta jitqies li l-Marokk idawwar it-territorji ta' Ċeuta u Melilla min-naħa ta' l-art, huwa approprjat li tiġi mwaqqfa kull diskriminazzjoni oħra u li Ċeuta u Melilla jingħataw trattament preferenzjali għall-istess firxa ta' prodotti tas-sajd biex jipprovdi għal opportunitajiet ta' kummerċ simili u biex jiġi promoss l-iżvilupp ekonomiku f'dawk it-territorji.

    (4)

    Peress li l-ftehim ta' assoċjazzjoni mal-Marokk ma jipprevedi l-ebda limiti ta' żmien għall- applikazzjoni tat-trattament preferenzjali għall-prodotti tas-sajd ebda limitu ta' żmien ma għandu jkun introdott għal dan ir-Regolament.

    (5)

    L-eliġibiltà għas-sospenzjonijiet tat-tariffi mdaħħla minn dan ir-Regolament hija soġġetta għar-regoli ta' oriġini stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 82/2001 tal-5 ta' Diċembru 2000 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti li joriġinaw” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva fil-kummerċ bejn it-territorji doganali tal-Komunità u Ċeuta u Melilla (3),

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Id-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni għall-prodotti elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament li joriġinaw minn-Ċeuta u Melilla għandhom jiġu sospiżi bis-sħiħ.

    Artikolu 2

    Prova ta' l-istatus oriġinarju tal-prodotti għandha tingħata skond ir-Regolament (KE) Nru 82/2001.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak li fih ikun ġie ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, nhar il-21 ta' Ġunju 2004.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. WALSH


    (1)  ĠU L 80, tal-31.3.2000, p. 5.

    (2)  ĠU L 70, tat-18.3.2000, p. 1.

    (3)  ĠU L 20, ta' l-20.1.2001, p. 1.


    ANNESS

    Prodotti li joriġinaw minn Ċeuta u Melilla, u li għalihom id-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni huma sospiżi bis-sħiħ

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Chapter 3

    Ħut u krustaċej, molluski u invertebrati oħra akwatiċi

     

    Ħut ippreparat jew ippreżervat, sħiħ jew f'biċċiet, imma m'hux ikkapuljat

    1604 11 00

    Salamun

    1604 12

    Aringi

    1604 13

    Sardini, salmonidae u aringi ċkejknin jew żgħar

    1604 14

    Tonn, skipjack u plamtu (sarda spp.)

    1604 15

    Kavalli

    1604 16 00

    Inċova

    1604 19 10

    Salmonidae, barra minn salamun

    1604 19 31 to 1604 19 39

    Ħut mir-razza Euthynnus, barra minn skipjack (Euthynnus (Katsuwonus) pelamis)

    1604 19 50

    Ħut ta' l-ispeċji Orcynopsis unicolor

    1604 19 91 to 1604 19 98

    Ħut ieħor

     

    Ħut ieħor ippreparat jew ippreżervat

    1604 20 05

    Preparati ta' surimi

    1604 20 10

    Ta' salamun

    1604 20 30

    Ta' Salmonidae, barra minn salamun

    1604 20 40

    Ta' inċova

    1604 20 50

    Ta' sardini, plamtu, kavalli ta' l-ispecji Scomber scombrus and Scomber japonicus; Ħut ta' l-ispeċji Orcynopsis unicolor

    1604 20 70

    Ta' tonn, skipjack, jew ħut ieħor mil-ġenji Euthynnus

    1604 20 90

    Ta' ħut ieħor

     

    Kavjal u sostituti tal-kavjal ippreparati mill-bajd tal-ħut

    1604 30

    Kavjal u sostituti tal-kavjal

     

    Krustaċej, molluski u invertebrati oħra akwatiċi ippreparati jew ippreservati

    1605 10 00

    Granċijiet

    1605 20

    Gambli u gambli kbar

    1605 30

    Awwisti

    1605 40 00

    Krustaċji oħra

    1605 90 11

    Molluski bivalvi mir-razza Mytilus (Mytilus spp., Perna spp.), f'kontenituri li ma' jħallux l-arja tidħol jew toħroġ

    1605 90 19

    Molluski bivalvi oħra mir-razza Mytilus

    1605 90 30

    Molluski oħra


    Top