This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004E0553
2004/553/CFSP: Council Common Position 2004/553/CFSP of 19 July 2004 amending Common Position 2003/495/CFSP on Iraq
Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/553/PESK tad- 19 ta' Lulju 2004 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK dwar l-Iraq
Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/553/PESK tad- 19 ta' Lulju 2004 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK dwar l-Iraq
ĠU L 246, 20.7.2004, p. 32–33
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 142M, 30.5.2006, p. 154–155
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008
30.5.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
154 |
IL-POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2004/553/PESK
tad-19 ta' Lulju 2004
li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK dwar l-Iraq
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 15 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-7 ta' Lulju 2003 il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK (1) dwar l-Iraq b'implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 1483 (2003). |
(2) |
Fit-8 ta' Ġunju 2004, il-Kunsill ta' Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta UNSCR 1546 (2004) li tilqa' l-formazzjoni ta' Gvern sovran ad Interim ta' l-Iraq li sat-30 ta' Ġunju 2004 għandu jassumi responsabbiltà u awtorità sħiħa biex jiggverna l-Iraq, li sat-30 ta' Ġunju 2004 għandha tintemm l-okkupazzjoni ta' l-Iraq, l-Awtorità Provviżorja ta' Koalizzjoni ma tibqax teżisti u l-Iraq jerġa' jasserixxi s-sovranità sħiħa tiegħu, imma li tisħaq l-importanza li l-Istati kollha jirrispettaw il-projbizzjonijiet relatati mal-bejgħ jew provvista lill-Iraq ta' armamenti u materjal relatat stabbilit b' UNSCR 661 (1990) u riżoluzzjonijiet sussegwenti relevanti inkluża UNSCR 1483 (2003), għajr dawk l-armi u materjal relatat meħtieġ mill-Gvern ta' l-Iraq jew il-forza multinazzjonali stabbilita skond UNSCR 1511 (2003), u li tfakkar l-obbligi kontinwati ta' l-Istati Membri sabiex jiffriżaw u jittrasferixxu ċerti fondi, assi u riżorsi ekonomiċi skond UNSCR 1483 (2003), kif ukoll il-projbizzjonijiet kontinwati jew obbligazzjonijiet ta' Stati relatati ma' partiti speċifikati fil-paragrafi 8 u 12 ta' UNSCR 687 (1991) jew l-attivitajiet deskritti fil-paragrafu 3 (f) ta' UNSCR 707 (1991). |
(3) |
Fit-28 ta' Ġunju 2004 l-Awtorità Proviżorja ta' Koalizzjoni waqfet teżisti u l-Iraq reġa' asserixxa s-sovranità sħiħa tiegħu. |
(4) |
Hija meħtieġa azzjoni mill-Komunità biex jiġu implimentati ċerti miżuri, |
(5) |
Il-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK għandha għalhekk tiġi emendata. |
ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:
Artikolu 1
L-Artikolu 1 tal-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK għandu jiġu mibdul bis-segwenti:
“Artikolu 1
1. Il-bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta' armamenti u materjal relatat ta' kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u spare parts għal dawn, lill-Iraq minn ċittadini ta' Stati Membri jew ġejjin minn territorji ta' Stati Membri jew billi jużaw bastimenti jew ajruplani tal-bandiera tagħhom għandhom ikunu pprojbiti kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom kif ukoll jekk le.
2. Mingħajr preġudizzju għall-projbizzjonijiet fuq jew obbligazzjonijiet ta' l-Istati Membri relatati ma' partiti speċifikati fil-paragrafi 8 u 12 ta' l-UNSCR 687 (1991) tat-3 ta' April 1991 jew l-attivitajiet deskritti fil-paragrafu 3 (f) ta' UNSCR 707 (1991) tal-15 ta' Awwissu 1991, il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu m' għandux japplika għall-bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta' armamenti u materjal relatat meħtieġ mill-Gvern ta' l-Iraq jew il-forza multinazzjonali stabbilita skond l-UNSCR 1511 (2003) biex jintlaħqu l-għanijiet ta' l-UNSCR 1546 (2004).
3. Il-bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta' armamenti u materjal relatat imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jkun suġġett għal awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membri.”
Artikolu 2
Id-diżposizzjonijiet fl-Artikolu 5 tal-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK għandhom ikomplu japplikaw, għajr li l-privileġġi u l-immunitajiet previsti fl-Artikolu 5(1), 5(2)(a) u 5(2)(b) m' għandhomx japplikaw għal kwalunkwe ġudizzju finali li jirriżulta minn obbligazzjoni kuntrattwali li l-Iraq ikkonkluda wara t-30 ta' Ġunju 2004.
Artikolu 3
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tidħol b'effet fid-data ta' l-adozzjoni tagħha. Għandha tibda tgħodd mit-28 ta' Ġunju 2004.
Artikolu 4
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, nhar id-19 ta' Lulju 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
P. H. DONNER
(1) ĠU L 169, tat-8.7.2003, p. 72. Il-Pożizzjoni Komuni emendata mill-Pożizzjoni Komuni 2003/735/PESK (ĠU L 264, tal-15.10.2003, p. 40).