Ez a dokumentum az EUR-Lex webhelyről származik.
Dokumentum 32004E0523
Council Joint Action 2004/523/CFSP of 28 June 2004 on the European Union Rule of Law Mission in Georgia, EUJUST THEMIS
Il-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/523/PESK tat- 28 ta' Ġunju 2004 dwar il-Missjoni ta' l-Istat tad-Dritt ta' l-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja; EUJUST THEMIS
Il-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/523/PESK tat- 28 ta' Ġunju 2004 dwar il-Missjoni ta' l-Istat tad-Dritt ta' l-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja; EUJUST THEMIS
ĠU L 228, 29.6.2004., 21–24. o.
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 142M, 30.5.2006., 78–81. o.
(MT)
Már nem hatályos, Érvényesség vége: 14/07/2005
|
30.5.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
78 |
IL-AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2004/523/PESK
tat-28 ta' Ġunju 2004
dwar il-Missjoni ta' l-Istat tad-Dritt ta' l-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja; EUJUST THEMIS
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 14, l-Artikolu 25, it-tielet paragrafu u l-Artikolu 26 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Unjoni Ewropea (UE) tat bidu għal impenn ikbar lejn il-Kawkasu tan-Nofsinhar, kif ġa muri bil-ħatra ta' Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea (EUSR) għal dan ir-reġjun. Permezz tal-preżenza ta' l-EUSR, l-UE ser tkompli tiżgura l-koordinazzjoni ta' l-isforzi magħmula mill-komunità internazzjonali fil-Ġeorġja u tikkontribwixxi għall-isforzi ta' riforma li għaddejjin mill-gvern il-ġdid. |
|
(2) |
L-UE timmira biex issostni l-proċess ta' transizzjoni fil-Ġeorġja permezz tas-sensiela sħiħa ta' l-istrumenti ta' l-UE, inkluż il-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni, li qed jiġi implimentat permezz ta' numru ta' programmi tal-KE fil- Ġeorġja. Fil-qasam ta' l-istat tad-dritt, il-gvern il-ġdid tal-Ġeorġja ħa xi passi deċiżivi minn mindu ħa l-poter. L-UE lesta li tgħin lill-Ġeorġja fil-progress ulterjuri tagħha u hi impenjata b'mod partikolari biex tkompli tgħin lill-gvern il-ġdid fl-isforzi tiegħu biex iqarreb l-istandards lokali fir-rigward l-istat tad-dritt lejn l-istandards internazzjonali u dwak ta' l-UE, f'koperazzjoni sħiħa u mill-qrib ma' atturi internazzjonali l-oħra, b'mod partikolari l-OSCE. |
|
(3) |
Is-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-Ġeorġja hija stabbli iżda tista' tiddeterjora b'riperkussjonijiet potenzjalment serji fuq is-sigurtà reġjonali u internazzjonali u t-tisħieħ tad-demokrazija u ta' l-istat tad-dritt. Impenn ta' sforz politiku u riżorsi ta' l-UE jgħinu biex tissoda l-istabilità fir-reġjun. |
|
(4) |
Fit-3 ta' Ġunju 2004, il-Prim Ministru tal-Ġeorġja, is-Sur Zhvania, stieden lill-UE biex tinsedja Missjoni ta' l-Istat tad-Dritt ta' l-UE fil-kuntest tal-PESD fil-Ġeorġja, u ddikjara li għandhom jiġu konklużi arranġamenti xierqa dwar l-istatus u l-attivitajiet tal-missjoni. Ikun jeħtieġ li jiġi konkluż ftehim għal dan il-għan bejn l-awtoritajiet tal-Ġeorġja u l-UE. |
|
(5) |
F'konformità mal-linji gwida tal-Kunsill Ewropew mlaqqa' f'Nizza fis-7-9 ta' Diċembru 2000, din l-Azzjoni Konġunta għandha tiddetermina r-rwol tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ) skond l-Artikoli 18 u 26 tat-TUE fl-implimentazzjoni tal-miżuri li jaqgħu taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika eżerċitata mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PSC), skond l-Artikolu 25 tat-TUE. |
|
(6) |
Fil-kuntest ta' din il-missjoni u minħabba d-daqs limitat tagħha, għandhom jipparteċipaw biss l-Istati Membri ta' l-UE. |
|
(7) |
L-Artikolu 14(1) tat-TUE jagħmel sejħa għall-indikazzjoni ta' ammont finanzjarju ta' referenza għall-perijodu kollu ta' implimentazzjoni ta' l-Azzjoni Konġunta; l-indikazzjoni ta' l-ammonti li għandhom jiġi ffinanzjati mill-budget tal-Komunità juri r-rieda ta' l-awtorità leġiżlattiva u hija suġġett għad-disponibbiltà ta' approprjazzjonijiet ta' impenn matul is-sena rispettiva tal-budget, |
ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:
Artikolu 1
Missjoni
1. L-Unjoni Ewropea hawnhekk tistabbilixxi Missjoni ta' l-Istat tad-Dritt ta' l-UE fil-Ġeorġja, fil-kuntest ta' fil-kuntest tal-PESD, EUJUST THEMIS tikkomprendi fażi ta' ppjanar li tibda mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2004 u fażi operazzjonali li tibda mhux aktar tard mill-15 ta' Lulju 2004.
2. L-EUJUST THEMIS għandha topera skond l-għanijiet u disposizzjonijiet oħra hekk kif jinstabu fil-mandat tal-missjoni stabbilit fl-Artikolu 2.
Artikolu 2
Mandat tal-missjoni
1. L-EUJUST THEMIS, għandha, f'koordinazzjoni sħiħa ma', u f'komplementarjetà ma', il-programmi tal-KE, kif ukoll programmi oħra tad-donaturi, tgħin fl-iżvilupp ta' strateġija orrizzontali tal-gvern li tiggwida l-proċess ta' riforma għal kull stakeholder rilevanti fi ħdan is-settur tal-ġustizzja kriminali, inkluż l-istabbiliment ta' mekkaniżmu għall-koordinazzjoni u l-iffissar ta' prijoritajiet għar-riforma tal-ġustizzja kriminali.
2. B'mod iżjed speċifiku, l-EUJUST THEMIS tista', skond il-possibilitajiet u l-kapaċitajiet tagħha:
L-ewwelnett:
|
(a) |
Tagħti gwida urġenti għall-istrateġija ġdida ta' riforma tal-ġustizzja kriminali; |
|
(b) |
Issostni r-rwol ta' koordinazzjoni ġenerali ta' l-awtoritajiet rilevanti tal-Ġeorġja fil-qasam tar-riforma ġudizzjarja u ta' kontra l-korruzzjoni; |
|
(ċ) |
Issostni l-ippjanar għal leġislazzjoni ġdida kif meħtieġ, per eżempju Kodiċi ta' Proċedura Kriminali; It-tieninett: |
|
(d) |
Issostni l-iżvilupp ta' koperazzjoni kemm internazzjonali kif ukoll reġjonali fil-qasam tal-ġustizzja kriminali. |
3. L-EUJUST THEMIS għandha tgħin fl-iżvilupp ta' politika ġenerali u ttejjeb l-ippjanar ta' l-ogħla livell u l-kapaċitajiet ta' prestazzjoni fl-oqsma identifikati bħala dawk li jeħtieġu għajnuna urġenti.
Artikolu 3
Struttura
1. Fil-prinċipju, l-EUJUST THEMIS għandha tkun strutturata kif ġej:
|
(a) |
Uffiċċju Prinċipali tal-missjoni fi Tbilisi, magħmul mill-Kap tal-Missjoni u l-persunal kif imfisser fil-Pjan ta' Operazzjoni (OPLAN); |
|
(b) |
esperti li huma ppostjati, per eżempju, fil-posizzjonijiet ewlenin li ġejjin fi ħdan l-awtoritajiet tal-Ġeorġja:
|
2. L-insedjament eżatt jiddependi fuq valutazzjoni tal-ħtiġijiet iżjed dettaljata fil-bidu tal-missjoni, li għandha titwettaq f'koordinazzjoni mill-qrib ma' l-awtoritajiet tal-Ġeorġja kif ukoll mal-Kummissjoni u mad-donaturi internazzjonali.
Artikolu 4
Il-Kap tal-Missjoni u l-esperti tal-missjoni
1. Il-Kap tal-Missjoni għandu jieħu f'idejh l-amministrazzjoni ta' kuljum ta' l-attivitajiet ta' l-EUJUST THEMIS u għandu jkun responsabbli għall-kwistjonijiet ta' persunal u dixxiplina.
2. Il-Kap tal-Missjoni għandu jiffirma kuntratt mal-Kummissjoni.
3. L-esperti kollha tal-missjoni fost il-persunal ta' l-EUJUST THEMIS għandhom jibqgħu taħt l-awtorità ta' l-Istat Membru jew istituzzjoni ta' l-UE xierqa u għandhom jaqdu dmirijiethom u jaġixxu fl-interess tal-missjoni. Kemm waqt, kif ukoll wara l-missjoni, l-esperti tal-missjoni għandhom jeżerċitaw l-akbar diskrezzjoni dwar il-fatti kollha u l-informazzjoni kollha relatati mal-missjoni.
Artikolu 5
Fażi ta' l-Ippjanar
1. Matul il-fażi ta' l-ippjanar tal-missjoni, grupp ta' l-ippjanar għandu jiġi stabbilit u għandu jinkludi l-Kap tal-Missjoni, li għandu jmexxi l-grupp ta' l-ippjanar, u l-persunal meħtieġ biex jittratta il-funzjonijiet li jirriżultaw mill-ħtiġijiet tal-missjoni.
2. Valutazzjoni komprensiva tas-sitwazzjoni titwettaq bħala prijorità fil-proċess ta' l-ippjanar u tista' tiġi aġġornata kif meħtieġ.
3. Il-grupp ta' l-ippjanar għandu jfassal OPLAN u jiżviluppa l-istrumenti tekniċi kollha meħtieġa biex tiġi eżegwita l-EUJUST THEMIS. L-OPLAN ser iqis il-valutazzjoni komprensiva tas-sitwazzjoni. Il-Kunsill għandu japprova l-OPLAN.
4. Il-grupp ta' l-ippjanar għandu jaħdem f'koordinazzjoni mill-qrib ma' l-atturi internazzjonali rilevanti, inklużi l-OSCE, il-Kunsill ta' l-Ewropa u d-donaturi bilaterali.
Artikolu 6
Il-Persunal
1. In-numri u l-kompetenzi tal-persunal ta' l-EUJUST THEMIS għandhom ikunu konsistenti mal-mandat tal-missjoni stabbilit fl-Artikolu 2 u l-istruttura stabbilita fl-Artikolu 3.
2. L-esperti tal-missjoni għandhom jiġu ssekondati mill-Istati Membri jew mill-istituzzjonijiet ta' l-UE. Il-perijodu ta' l-issekondament għandu jkun ta' sena. Kull Stat Membru għandu jħallas l-ispejjeż relatati ma' l-esperti tal-missjoni ssekondati minnu, inklużi l-pagi, l-kopertura medika, l-allowances barra dawk per diem u l-ispejjeż għall-ivvjaġġar lejn u mill-Ġeorġja.
3. Il-persunal internazzjonali u dak lokali għandu jiġi rreklutat fuq bażi kontrattwali mill-EUJUST THEMIS kif meħtieġ.
Artikolu 7
Status tal-persunal
1. L-istatus tal-persunal ta' l-EUJUST THEMIS fil-Ġeorġja, inklużi fejn xieraq il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għall-ikkompletar u l-funzjonament bla xkiel ta' l-EUJUST THEMIS għandhom jiġu miftehma skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24 tat-TUE. Is-SĠ/RGħ, filwaqt li jgħin lill-Presidenza, jista' jinnegozja tali arranġament f'isimha.
2. L-Istat Membru jew istituzzjoni ta' l-UE li ssekonda/t membru tal-persunal għandu/ha j/tkun responsabbli biex i/twieġeb kwalunkwe pretensjoni marbuta mas-sekondament, minn jew dwar il-membru tal-persunal. L-Istat Membru jew istituzzjoni ta' l-UE in kwistjoni għandu/ha j/tkun responsabbli biex tinbeda kwalunkwe azzjoni kontra l-issekondat.
Artikolu 8
Linja ta' Kmand
1. L-istruttura ta' l-EUJUST THEMIS, bħala parti mill-approċċ usa' ta' l-Istat tad-Dritt ta' l-UE fil-Ġeorġja għandha jkollha linja ta' kmand unifikata, bħala operazzjoni ta' mmaniġġjar ta' kriżijiet.
2. l-EUSR għandu jirraporta lill-Kunsill permezz tas-SĠ/RGħ,
3. il-PSC għandu jipprovdi l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika,
4. il-Kap tal-Missjoni għandu jmexxi l-EUJUST THEMIS u jieħu f'idejh l-amministrazzjoni tagħha ta' kuljum,
5. il-Kap tal-Missjoni għandu jirraporta lis-SĠ/RGħ permezz ta' l-EUSR,
6. is-SĠ/RGħ għandu jiggwida lill-Kap tal-Missjoni permezz ta' l-EUSR.
Artikolu 9
Kontroll politiku u direzzjoni strateġika
1. Il-PSC għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-missjoni. Il-Kunsill hawnhekk jawtorizza lill-PSC biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti skond l-Artikolu 25 tat-TUE. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħat li jaħtar, fuq proposta mis-SĠ/RGħ, Kap tal-Missjoni, u li jemenda l-OPLAN u l-Linja ta' Kmand. Is-setgħat ta' deċiżjoni fir-rigward ta' l-għanijiet u t-tmiem ta' l-operazzjoni għandhom jibqgħu mogħtija lill-Kunsill, megħjun mis-SĠ/RGħ.
2. Il-PSC għandu jirraporta lill-Kunsill f'intervalli regolari.
3. Il-PSC għandu jirċievi, f'intervalli regolari, rapporti mill-Kap tal-Missjoni dwar kif qed timxi l-missjoni. Il-PSC jista' jistieden lill-Kap tal-Missjoni għal-laqgħat tiegħu kif xieraq.
Artikolu 10
Arranġamenti finanzjarji
1. L-ammont ta' referenza finanzjarju maħsub sabiex ikopri l-ispiża relatata mal-missjoni għandu jkun ta' 2 050 000 EUR.
2. L-ispiża ffinanzjata mill-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandha tkun amministrata skond il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea bl-eċċezzjoni li kwalunkwe finanzjament minn qabel ma għandux jibqa' proprjetà tal-Komunità. Ċittadini ta' pajjiżi terzi għandhom jitħallew jagħmlu offerti għall-kuntratti.
3. Il-Kap tal-Missjoni għandu jirraporta b'mod sħiħ lil, u jiġi sorveljat mill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet magħmula fil-qafas tal-kuntratt tiegħu.
4. L-arranġamenti finanzjarji għandhom jirrispettaw il-ħtiġiet operazzjonali ta' l-EUJUST THEMIS, inkluża l-kompatibilità tat-tagħmir.
5. L-ispiża għandha tkun eliġibbli sa mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din l-Azzjoni Konġunta.
Artikolu 11
Azzjoni Komunitarja
1. Il-Kunsill jinnota l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tindirizza l-azzjoni tagħha lejn il-kisba tal-għanijiet ta' din l-Azzjoni Konġunta, fejn xieraq, permezz ta' strumenti Komunitarji rilevanti.
2. Il-Kunsill jinnnota wkoll li huma meħtieġa arranġamenti ta' koordinazzjoni f'Tblisi kif ukoll fi Brussell.
Artikolu 12
Rilaxx ta' informazzjoni sigrieta
Is-SĠ/RGħ huwa awtorizzat li jirrilaxxa lill-istat ospitanti, lill-OSCE u lill-Kunsill ta' l-Ewropa, u lin-NU, kif xieraq u skond il-ħtiġijiet operazzjonali tal-Missjoni, informazzjoni u dokumenti klassifikati ta' l-UE sal-livell “RESTREINT UE” maħluqa għall-għanijiet ta' l-operazzjoni, skond ir-regolamenti ta' sigurtà tal-Kunsill. Arranġamenti lokali jiġu mfassla għal dan il-għan.
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta' l-adozzjoni tagħha
Hi għandha tintemm fl-14 ta' Lulju 2005.
Artikolu 14
Pubblikazzjoni
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell fil-Lussemburgu, nhar it-28 ta' Ġunju 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
M. CULLEN