EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0676

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 24 ta' Settembru 2004 dwar ir-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Aġenzija tad-Difiża Ewropea

ĠU L 310, 7.10.2004, p. 9–63 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 142M, 30.5.2006, p. 353–407 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/08/2016; Imħassar b' 32016D1351

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/676/oj

30.5.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

353


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta' l-24 ta' Settembru 2004

dwar ir-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Aġenzija tad-Difiża Ewropea

(2004/676/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta 2004/551/PESK tat-12 ta' Lulju 2004 dwar l-istabbiliment ta' l-Aġenzija tad-Difiża Ewropea (1), u partikolarment l-Artikolu 3 (3.1) tagħha,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

TITOLU I

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

1.   Dawn ir-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw għall-persunal ingaġġat b'kuntratt mill-Aġenzija tad-Difiża Ewropea (hawn aktar 'il quddiem imsejħa “membru tal-persunal” u “Aġenzija” rispettivament).

Tali persunal għandu jkun:

persunal temporanju,

persunal kontrattwali.

2.   Għall-finijiet ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, l-awtorità awtorizzata sabiex tikkonkludi kuntratti (hawn aktar 'il quddiem imsejħa “AACC”) għandha tiġi determinata skond id-disposizzjonijiet relevanti ta' l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/551/PESK tat-12 ta' Lulju 2004 dwar l-istabbiliment ta' Aġenzija tad-Difiża Ewropea (2).

3.   Kwalunkwe referenza f'dawn ir-Regolamenti tal-Persunal għal persuna tas-sess maskili għandha tiġi kkunsidrata wkoll bħala referenza għal persuna tas-sess femminili, u viċi versa, sakemm il-kuntest ma jindikax biċ-ċar mod ieħor.

TITOLU II

PERSUNAL TEMPORANJU

KAPITOLI I

Disposizzjonijiet ġenerali

Artikolu 2

Għall-finijiet ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, “persunal temporanju” tfisser persunal ingaġġat sabiex jokkupa temporanjament xi post inkluż fil-lista ta' postijiet allegata mal-budget ta' l-Aġenzija.

Artikolu 3

Il-membri tal-persunal temporanju m' għandhomx jiġu ngaġġati għal aktar minn erba' snin iżda l-ingaġġ tagħhom jista' jkun limitat għal kwalunkwe perijodu iqsar. Il-kuntratti tagħhom jistgħu jiġu mġedda għal mhux aktar minn darba għal perijodu massimu ta' sentejn jekk tkun prevista l-possibbiltà ta' tiġdid fil-kuntratt tal-bidu u fil-limiti previsti f'dak il-kuntratt. Fit-tmiem ta' dak il-perijodu huma m' għandhomx jibqgħu impjegati bħala persunal temporanju skond dawn id-disposizzjonijiet.

Artikolu 4

Il-persunal temporanju m' għandux jiġi mpjegat għal xi skop differenti minn dak li jokkupa, skond dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, postijiet vakanti nklużi fil-lista ta' karigi allegata mal-budget ta' l-Aġenzija.

Artikolu 5

1.   Fl-applikazzjoni ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, għandha tkun projbita kull diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi bħal sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, appartenenza għal xi minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, disabilità, età, jew orjentazzjoni sesswali.

Għall-finijiet ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, is-sħubija mhux matrimonjali għandha tiġi trattata bħala żwieġ sakemm ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha elenkati fl-Artikolu 1(2)(ċ) ta' l-Anness V.

2.   Bl-iskop li tiġi żgurata fil-prattika ugwaljanza sħiħa bejn irġiel u nisa fil-ħajja tax-xogħol, li għandha tikkostitwixxi element essenzjali li jkun ikkunsidrat fl-implimentazzjoni ta' l-aspetti kollha ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, il-prinċipju ta' trattament ugwali m' għandux jimpedixxi lill-Aġenzija milli żżomm jew tadotta miżuri li jipprovdu għal vantaġgi speċifiċi sabiex tkun aktar faċli għas-sess l-anqas rappreżentat li jwettaq attività vokazzjonali jew miżuri li jimpedixxu jew li jikkumpensaw għal żvantaġġi f'karrieri professjonali.

3.   L-Aġenzija għandha, wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Persunal, tiddetermina l-miżuri u l-azzjonijiet sabiex tippromwovi opportunitajiet indaqs għal irġiel u nisa fl-oqsma koperti minn dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, u għandha tadotta d-disposizzjonijiet adegwati partikolarment sabiex tirrimedja tali diżugwaljanzi de facto bħal dawk li jfixklu l-opportunitajiet għan-nisa f'dawk l-oqsma.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, persuna jkollha diżabbiltà jekk hija għandha mankament fiżiku jew mentali li huwa, jew li probabbilment huwa, permanenti. Il-mankament għandu jiġi ddeterminat skond il-proċedura disposta fl-Artikolu 37.

Persuna b'diżabbiltà tissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 36(2)(d) jekk hija tista' teżegwixxi l-funzjonijiet essenzjali ta' l-impjieg meta tkun saret akkomodazzjoni raġonevoli.

“Akkomodazzjoni raġonevoli”, in konnessjoni mal-funzjonijiet essenzjali ta' l-impjieg, għandha tfisser miżuri adegwati, fejn ikun hemm il-bżonn, sabiex jgħinu persuna b'diżabbiltà sabiex ikollha aċċess għal impjieg jew tipparteċipa jew tavvanza fih, jew sabiex tagħmel taħriġ, sakemm tali miżuri ma jimponux piż sproporzjonat fuq min iħaddimha.

5.   Fejn persuni protetti b'dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, li jikkunsidraw ruħhom trattati b'mod inġust minħabba n-nuqqas ta' l-applikazzjoni fir-rigward tagħhom tal-prinċipju ta' trattament ugwali, jippruvaw fatti li minnhom jista' jiġi preżunt li saret diskriminazzjoni diretta jew indiretta, il-piż tal-prova li ma kien hemm l-ebda ksur tal-prinċipju ta' trattament ugwali jaqa' fuq l-Aġenzija. Din id-disposizzjoni ma għandhiex tapplika fi proċedimenti dixxiplinari.

6.   Filwaqt li għandhom jiġu rispettati il-prinċipju tan-non diskriminazzjoni u l-prinċipju ta' proporzjonalitá, kull limitazzjoni ta' l-applikazzjoni tagħhom għandha tkun ġustifikata abbażi ta' motivi oġġettivi u raġonevoli u għandha jkollha għanijiet leġittimi fl-interess ġenerali fil-qafas tal-politika dwar il-persunal.

Artikolu 6

1.   Il-membri tal-persunal temporanju f'servizz attiv għandhom ikollhom aċċess għal miżuri ta' natura soċjali adottati mill-Aġenzija u għal servizzi provduti mill-Kumitat tal-Persunal. Ex-membri tal-persunal temporanju jista' jkollhom aċċess għal miżuri speċifiċi limitati ta' natura soċjali.

2.   Il-membri tal-persunal temporanju f'servizz attiv għandhom ikollhom kondizzjonijiet tax-xogħol konformi ma' standards adegwati ta' saħħa u ta' sigurtà li jkunu ekwivalenti, ta' l-anqas, għar-rekwiżiti minimi applikabbli taħt il-miżuri adottati f'dawn l-oqsma skond it-Trattati.

Artikolu 7

1.   Il-postijiet koperti minn dawn ir-Regolamenti tal-Persunal għandhom jiġu klassifikati, skond in-natura u l-importanza tad-doveri li magħhom huma konnessi, fi grupp funzjonali ta' amministraturi (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “AD”) u grupp funzjonali ta' assistenti (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “AST”).

2.   Function group AD shall comprise twelve grades, corresponding to administrative, advisory, linguistic and scientific duties. Function group AST shall comprise eleven grades, corresponding to executive, technical and clerical duties.

3.   Kull ħatra tirrikjedi, ta' l-anqas

(a)

fil-grupp funzjonali AST:

(i)

livell ta' edukazzjoni post-sekondarja attestat permezz ta' diploma, jew

(ii)

livell ta' edukazzjoni sekondarja attestat permezz ta' diploma li tagħti aċċess għal edukazzjoni post-sekondarja, u esperjenza professjonali adegwata ta' mhux anqas minn tliet snin, jew

(iii)

fejn ikun ġustifikat fl-interessi tas-servizz, taħriġ professjonali jew esperjenza professjonali ta' livell ekwivalenti.

(b)

fil-grupp funzjonali AD għall-gradi 5 u 6:

(i)

livell ta' edukazzjoni li jikkorrespondi għal studji universitarji kompluti ta' mhux anqas minn tliet snin attestat permezz ta' diploma, jew

(ii)

fejn ikun ġustifikat fl-interessi tas-servizz, taħriġ professjonali ta' livell ekwivalenti.

(ċ)

fil-grupp funzjonali AD għall-gradi 7 sa 16:

(i)

livell ta' edukazzjoni li jikkorrespondi għal studji universitarji kompluti attestat permezz ta' diploma fejn il-perijodu normali ta' edukazzjoni universitarja huwa ta' erba' snin jew iżjed, jew

(ii)

livell ta' edukazzjoni li jikkorrespondi għal studji universitarji kompluti attestat permezz ta' diploma u esperjenza professjonali adegwata ta' mhux anqas minn sena fejn il-perijodu normali ta' edukazzjoni universitarja huwa ta' mhux anqas minn tliet snin, jew

(iii)

fejn ikun ġustifikat fl-interessi tas-servizz, taħriġ professjonali ta' livell ekwivalenti.

4.   L-Anness VII jinkludi tabella li turi t-tipi ta' karigi. B'referenza għal din it-tabella, l-Aġenzija għandha tiddefinixxi d-doveri u l-poteri marbuta ma' kull tip ta' kariga wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Persunal.

Artikolu 8

1.   L-AACC għandha, filwaqt li taġixxi biss fl-interessi tas-servizz u mingħajr ma tieħu kont tan-nazzjonalità, tassenja, permezz ta' ħatra jew ta' trasferiment, lil kull membru tal-persunal temporanju, kariga fil-grupp funzjonali tiegħu li jikkorrispondi għall-grad tiegħu.

Membru tal-persunal temporanju jista' japplika għal trasferiment fi ħdan l-Aġenzija.

2.   Membru tal-persunal temporanju jista' jiġi rikjest sabiex jokkupa temporanjament kariga fi grad fil-grupp funzjonali tiegħu li hija ogħla mill-grad sostantiv tiegħu. Mill-bidu tar-raba' xahar f'tali kariga temporanja, huwa għandu jirċievi allowance differenzjali daqs id-differenza bejn ir-rimunerazzjoni marbuta mal-grad sostantiv tiegħu u skala, u r-rimunerazzjoni li huwa kien jirċievi fir-rigward ta' l-iskala li fiha huwa kien ikun klassifikat kieku kien maħtur fil-grad tal-kariga temporanja tiegħu.

Il-perijodu ta' kariga temporanja m' għandux jeċċedi sena, ħlief fejn, direttament jew indirettament, il-kariga tingħata sabiex jiġi sostitwit membru tal-persunal temporanju li huwa sekondat f'kariga oħra fl-interessi tas-servizz, jew li ġie mgħajjat biex jagħmel servizz militari jew li huwa assenti fuq leave tal-mard prolungat.

Artikolu 9

1.   Il-grad u l-iskala li fihom jiġu ngaġġati l-membri tal-persunal temporanju għandhom jiġu stipulati fil-kuntratt tagħhom.

2.   L-assenjazzjoni lill-persunal temporanju ta' kariga fi grad ogħla minn dak li fih huwa kien ingaġġat għandu jiġi dikjarat fi ftehim supplimentari għall-kuntratt tiegħu tas-servizz.

KAPITOLU 2

Drittijiet u obbligi

Artikolu 10

1.   Membru tal-persunal temporanju għandu jeżegwixxi d-doveri tiegħu u jġib ruħu biss fl-interessi ta' l-Aġenzija; huwa la għandu jfittex u lanqas għandu jieħu istruzzjonijiet minn xi gvern, awtorità, organizzazzjoni jew persuna barra l-Aġenzija. Huwa għandu jeżegwixxi d-doveri assenjati lilu b'mod oġġettiv, imparzjali u konformement ma' l-obbligu tiegħu ta' lealtà lejn l-Aġenzija.

2.   Membru tal-persunal temporanju m' għandux, mingħajr il-permess ta' l-AACC, jaċċetta mingħand kwalunkwe gvern jew minn kwalunkwe sors ieħor barra l-Aġenzija kwalunkwe unur, dekorazzjoni, favur, rigal jew ħlas ta' kwalunkwe xorta, ħlief għal servizzi mogħtija jew qabel il-ħatra tiegħu jew matul leave speċjali f'servizz militari jew nazzjonali ieħor u fir-rigward ta' tali servizz.

Artikolu 11

1.   Membru tal-persunal temporanju m' għandux, fl-eżekuzzjoni tad-doveri tiegħu u ħlief kif previst 'il quddiem, jitratta materja li fiha huwa, direttament jew indirettament, għandu xi interess personali tant li jnaqqas l-indipendenza tiegħu, u, b'mod partikolari, xi interessi familjari u finanzjarji.

2.   Kull membru tal-persunal temporanju li, fl-eżekuzzjoni tad-doveri tiegħu, ikollu jitratta materja msemmija hawn fuq għandu immedjatament jinforma lill-AACC. L-AACC għandha tieħu kull miżura adegwata, u tista' partikolarment teżonera l-membru tal-persunal temporanju mir-responsabbiltà f'din il-materja.

3.   Membru tal-persunal temporanju la jista' jżomm u lanqas jakkwista, direttament jew indirettament, f'intrapriżi li huma suġġetti għall-awtorità ta' l-Aġenzija jew li għandhom relazzjonijiet ma' l-Aġenzija, kwalunkwe interess ta' tali xorta jew daqs li jista' jnaqqas l-indipendenza tiegħu fl-eżekuzzjoni tad-doveri tiegħu.

Artikolu 12

Membru tal-persunal temporanju għandu jżomm lura minn kwalunkwe azzjoni jew komportament li jistgħu jirriflettu ħażin fuq il-pożizzjoni tiegħu.

Artikolu 13

1.   Il-membri tal-persunal temporanju għandhom iżommu lura minn kwalunkwe forma ta' fastidju psikoloġiku jew sesswali.

2.   Membru tal-persunal temporanju li kien il-vittma ta' fastidju psikoloġiku jew sesswali m' għandu jbati l-ebda effett preġudizzjali min-naħa ta' l-Aġenzija. Membru tal-persunal temporanju li jagħti xiehda dwar fastidju psikoloġiku jew sesswali m' għandu jbati l-ebda effett preġudizzjali min-naħa ta' l-Aġenzija, sakemm il-membru tal-persunal temporanju aġixxa onestament.

3.   “Fastidju psikoloġiku” tfisser kwalunkwe kondotta ħażina li tissuċċiedi matul xi perijodu, li tkun ripetittiva jew sistematika u li tinvolvi komportament fiżiku, jew lingwaġġ mitkellem jew miktub, jew ġesti jew atti oħra li huma intenzjonali u li jistgħu jimminaw il-personalità, id-dinjità jew l-integrità fiżika jew psikoloġika ta' kwalunkwe persuna.

4.   “Fastidju sesswali” tfisser kondotta konnessa mas-sess li mhijiex mixtieqa mill-persuna li lejha hija mmirata u li għandha l-għan jew l-effett li toffendi dik il-persuna jew li toħloq ambjent intimidanti, jew ostili, jew offensiv jew inkwetanti. Il-fastidju sesswali għandu jiġi trattat bħala diskriminazzjoni sesswali.

Artikolu 14

1.   Suġġett għall-Artikolu 16, membru tal-persunal temporanju li jixtieq jagħmel xi attività barranija, kemm jekk hija mħallsa jew mhux imħallsa, jew jeżegwixxi xi inkarigu barra l-Aġenzija, għandu l-ewwel jieħu l-permess ta' l-AACC. Il-permess għandu jiġi rifjutat biss jekk l-attività jew l-inkarigu in kwistjoni huma tali li jfixklu l-eżekuzzjoni tad-doveri tal-membru tal-persunal temporanju jew huma inkompatibbli ma' l-interessi ta' l-Aġenzija.

2.   Membru tal-persunal temporanju għandu jinnotifika lill-AACC bi kwalunkwe bidla f'attività jew inkarigu f'attività jew inkarigu permessi barra l-Aġenzija, li sseħħ wara li l-membru tal-persunal temporanju ikun talab il-permess ta' l-AACC skond il-paragrafu 1. Il-permess jista' jiġi rtirat jekk l-attività jew l-inkarigu ma jibqgħux jissodisfaw il-kondizzjonijiet imsemmija fl-aħħar sentenza tal-paragrafu 1.

Artikolu 15

Jekk il-konjuġi ta' membru tal-persunal temporanju għandu impjieg bi ħlas, il-membru tal-persunal temporanju għandu jinforma lill-AACC b'dan. Jekk in-natura ta' l-impjieg tirriżulta inkompatibbli ma' dak tal-membru tal-persunal temporanju u jekk il-membru tal-persunal temporanju ma jistax jagħti garanzija li dan jintemm fi żmien speċifikat, l-AACC għandha, wara li tikkonsulta mal-Kumitat tal-Persunal, tiddeċiedi jekk il-membru tal-persunal temporanju għandux ikompli f'postu jew jiġix trasferit f'post ieħor.

Artikolu 16

1.   Membru tal-persunal temporanju li għandu l-ħsieb li jkun kandidat għal xi kariga pubblika għandu jinnotifika lill-AACC b'dan. L-AACC għandha tiddeċiedi, fid-dawl ta' l-interessi tas-servizz, jekk il-membru tal-persunal temporanju kkonċernat:

(a)

għandux jiġi rikjest japplika għal leave għal raġunijiet personali, jew

(b)

għandux jiġi mogħti leave annwali, jew

(ċ)

jistax jiġi awtorizzat jeżegwixxi d-doveri tiegħu fuq bażi part-time, jew

(d)

jistax ikompli jeżegwixxi d-doveri tiegħu bħal qabel.

2.   Membru tal-persunal temporanju li jiġi elett jew maħtur f'xi kariga pubblika għandu jinnotifika immedjatament lill-AACC b'dan. L-AACC għandha, b'kont meħud ta' l-interessi tas-servizz, l-importanza tal-kariga, id-doveri li hija tinvolvi u r-rimunerazzjoni u r-rimbors ta' l-ispejjeż magħmula fl-eżekuzzjoni ta' dawk id-doveri, tieħu waħda mid-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Jekk il-membru tal-persunal temporanju jkun jeħtieġ li joħroġ fuq leave għal raġunijiet personali jew jiġi awtorizzat jeżegwixxi d-doveri tiegħu fuq bażi part-time, il-perijodu ta' tali leave jew ta' xogħol part-time għandu jikkorrispondi għall-perijodu tal-mandat tal-membru tal-persunal temporanju.

Artikolu 17

Membru tal-persunal temporanju għandu, wara li jispiċċa mis-servizz, jibqa' marbut bid-dover li jġib ruħu b'integrità u diskrezzjoni fir-rigward ta' l-aċċettazzjoni ta' ċerti ħatriet jew benefiċċji.

Membri tal-persunal temporanju bil-ħsieb li jibdew xi attività okkupazzjonali, kemm jekk bi ħlas jew mhux, fi żmien sentejn minn meta jispiċċaw mis-servizz għandhom jinformaw lill-Aġenzija b'dan. Jekk dik l-attività hija konnessa max-xogħol eżegwit mill-membru tal-persunal temporanju matul l-aħħar tliet snin tas-servizz u tista' toħloq konflitt ma' l-interessi leġittimi ta' l-Aġenzija, l-AACC tista', b'kont meħud ta' l-interessi tas-servizz, jew tipprojbixxih milli jibdiha jew tagħti l-approvazzjoni tagħha suġġett għal kwalunkwe kondizzjonijiet li jidhrulha xierqa. L-Aġenzija għandha, wara li tikkonsulta mal-Kumitat tal-Persunal, tinnotifika d-deċiżjoni tagħha fi żmien 30 jum tax-xogħol minn meta tkun ġiet informata b'dan. Jekk sat-tmiem ta' dak il-perijodu ma tkun saret l-ebda notifika bħal din, dan għandu jiġi kkunsidrat bħala aċċettazzjoni impliċita.

Artikolu 18

1.   Membru tal-persunal temporanju għandu jżomm lura milli jagħmel kwalunkwe rivelazzjoni mhux awtorizzata ta' informazzjoni li tkun riċevuta fil-qadi ta' dmirijietu, sakemm dik l-informazzjoni ma saritx diġà pubblika jew aċċessibbli għall-pubbliku.

2.   Membru tal-persunal temporanju għandu jibqa' marbut b'dan l-obbligu wara li jitlaq mis-servizz.

Artikolu 19

1.   Membru tal-persunal temporanju għandu d-dritt għal-libertà ta' l-espressjoni, fir-rispett dovut tal-prinċipji ta' lealtà u ta' imparzjalità.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 12 u 18, membru tal-persunal temporanju li għandu l-ħsieb li jippubblika jew li jwassal għall-pubblikazzjoni, kemm jekk waħdu jew ma' oħrajn, kwalunkwe materjal li jitratta dwar ix-xogħol ta' l-Aġenzija għandu jinforma lill-AACC b'dan minn quddiem.

Fejn l-AACC tkun tista' turi li l-materjal jista' serjament jippreġudika l-interessi leġittimi ta' l-Aġenzija, l-AACC għandha tinforma lill-membru tal-persunal temporanju bid-deċiżjoni tagħha bil-miktub fi żmien 30 jum tax-xogħol minn meta tirċievi l-informazzjoni. Jekk sat-tmiem tal-perijodu speċifikat ma tkun ġiet notifikata l-ebda deċiżjoni bħal din, għandu jiġi kkunsidrat li l-AACC ma kella l-ebda oġġezzjoni.

Artikolu 20

1.   Id-drittijiet kollha konnessi ma' kwalunkwe kitba jew xogħol ieħor minn kwalunkwe membru tal-persunal temporanju fl-eżekuzzjoni tad-doveri tiegħu għandhom ikunu l-proprjetà ta' l-Aġenzija li l-attivitajiet tagħha huma trattati f'tali kitba jew xogħol. L-Aġenzija għandha jkollha d-dritt li takkwista b'obbligu d-drittijiet ta' l-awtur ta' tali xogħlijiet.

2.   Kwalunkwe invenzjoni magħmula minn membru tal-persunal temporanju matul jew in konnessjoni ma' l-eżekuzzjoni tad-doveri tiegħu għandha tkun il-proprjetà indisputabbli ta' l-Aġenzija. L-Aġenzija tista', a spejjeż tagħha, tapplika għal u tikseb privattivi ta' dan fil-pajjiżi kollha. Kwalunkwe invenzjoni konnessa max-xogħol ta' l-Aġenzija magħmula minn membru tal-persunal temporanju matul is-sena ta' wara t-tmiem tal-perijodu tas-servizz tiegħu għandha, sakemm ma jiġix ippruvat mod ieħor, tiġi kkunsidrata bħala magħmula matul jew in konnessjoni ma' l-eżekuzzjoni tad-doveri tiegħu. Fejn invenzjonijiet jiġu mogħtija privattivi għandu jiġi dikjarat l-isem ta' l-inventur jew ta' l-inventuri.

3.   L-Aġenzija tista', f'każijiet fejn ikun xieraq, tagħti bonus, li l-ammont tiegħu jiġi ddeterminat mill-Aġenzija, lil membru tal-persunal temporanju li jkun l-awtur ta' invenzjoni li ġiet mogħtija privattiva.

Artikolu 21

Membru tal-persunal temporanju m' għandux, mingħajr il-permess ta' l-AACC, jiżvela, għal kwalunkwe raġuni, fi kwalunkwe proċediment legali informazzjoni li huwa jkollu permezz tad-doveri tiegħu. Il-permess għandu jiġi rifjutat biss fejn l-interessi ta' l-Aġenzija hekk teħtieġ u fejn tali rifjut ma jġibx konsegwenzi kriminali għall-membru tal-persunal temporanju. Membru tal-persunal temporanju għandu jibqa' marbut b'dan l-obbligu wara li jitlaq mis-servizz.

Id-disposizzjonijiet ta' l-ewwel subparagrafu m' għandhomx japplikaw għal membru tal-persunal temporanju jew għal ex membru tal-persunal temporanju li jagħti xiehda quddiem il-Bord ta'Appell jew quddiem il-Bord tad-Dixxiplina dwar materja li tikkonċerna xi membru tal-persunal temporanju jew ex membru tal-persunal temporanju.

Artikolu 22

Membru tal-persunal temporanju għandu jirrisjedi jew fil-post fejn ikun impjegat jew f'post li mhuwiex aktar imbiegħed mid-distanza li hija kompatibbli ma' l-eżekuzzjoni adegwata tad-doveri tiegħu. Il-membru tal-persunal temporanju għandu jinnotifika l-AACC bl-indirizz tiegħu u jinformaha immedjatament bi kwalunkwe bidla fl-indirizz.

Artikolu 23

Membru tal-persunal temporanju, hu x'inhu l-grad tiegħu, għandu jassisti u jagħti parir lis-superjuri tiegħu; għandu jkun responsabbli għall-eżekuzzjoni tad-doveri assenjati lilu.

Membru tal-persunal temporanju li jkun responsabbli għal xi fergħa tas-servizz għandu jkun responsabbli lejn is-superjuri tiegħu fir-rigward ta' l-awtorità mogħtija lilu u għall-eżekuzzjoni ta' l-istruzzjonijiet mogħtija minnu. Ir-responsabbiltà tas-subalterni tiegħu ma għandha bl-ebda mod tilliberah mir-responsabbiltà proprja tiegħu.

Artikolu 24

1.   Membru tal-persunal temporanju li jirċievi ordnijiet li lilu jidhrulu irregolari jew li probabbilment sejrin joħolqu diffikultajiet serji għandu jinforma lis-superjur immedjat, li għandu, jekk l-informazzjoni tiġi mogħtija bil-miktub, jirrispondi bil-miktub. Suġġett għall-paragrafu 2, jekk is-superjur immedjat jikkonferma l-ordnijiet u l-membru tal-persunal temporanju jemmen li tali konferma ma tikkostitwixxix risposta raġonevoli għall-motivi tat-tħassib tiegħu, il-membru tal-persunal temporanju għandu jirriferi l-kwistjoni bil-miktub lill-awtorità ġerarkika immedjatament fuqu. Jekk din ta' l-aħħar tikkonferma l-ordnijiet bil-miktub, il-membru tal-persunal temporanju għandu jeżegwihom sakemm huma mhumiex manifestament illegali jew ma jikkostitwixxux ksur ta' l-istandards tas-sigurtà relevanti.

2.   Jekk is-superjur immedjat jikkunsidra li l-ordnijiet għandhom jiġu eżegwiti fil-pront, il-membru tal-persunal temporanju għandu jeżegwihom sakemm huma mhumiex manifestament illegali jew ma jikkostitwixxux ksur ta' l-istandards tas-sigurtà relevanti. Fuq talba tal-membru tal-persunal temporanju, is-superjur immedjat għandu jkun obbligat li jagħti tali ordnijiet bil-miktub.

Artikolu 25

Membru tal-persunal temporanju jista' jiġi mitlub li jagħmel tajjeb, kompletament jew parzjalment, għal kwalunkwe dannu mġarrab mill-Aġenzija bħala riżultat ta' komportament serjament skorrett min-naħa tiegħu matul jew konness ma' l-eżekuzzjoni tad-doveri tiegħu.

Għandha tingħata deċiżjoni raġunata mill-AACC skond il-proċedura stabbilita fir-rigward ta' materji dixxiplinari.

Il-Bord ta' Appell għandu jkollu kompetenza illimitata f'disputi li jaqgħu taħt din id-disposizzjoni.

Artikolu 26

1.   Kwalunkwe membru tal-persunal temporanju li, matul jew in konnessjoni ma' l-eżekuzzjoni tad-doveri tiegħu, isir jaf b'fatti li jipprovdu bażi għal preżunzjoni ta' l-eżistenza ta' attività illegali possibbli, inkluża l-frodi jew il-korruzzjoni, li hija dannuża għall-interessi ta' l-Aġenzija, jew b'kondotta konnessa mal-qadi ta' dmirijiet professjonali li tista' tikkostitwixxi falliment serju fil-konformità ma' l-obbligi li għandhom il-membri tal-persunal temporanju ta' l-Aġenzija għandu mingħajr dewmien jinforma jew lis-superjur immedjat tiegħu jew, jekk fil-fehma tiegħu ikun utli, lill-Kap Eżekuttiv ta' l-Aġenzija.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tingħata bil-miktub.

2.   Membru tal-persunal temporanju m' għandu jbati l-ebda effett preġudizzjali min-naħa ta' l-Aġenzija bħala riżultat tal-komunikazzjoni tiegħu ta' l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, sakemm huwa jkun aġixxa raġonevolment u onestament.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 m' għandhomx japplikaw għal dokumenti, atti, rapporti, noti jew informazzjoni fi kwalunkwe forma li jkunu qegħdin jinżammu għall-finijiet ta' proċedimenti f'kawżi legali jew li jiġu prodotti jew żvelati lill-membru tal-persunal temporanju matul tali proċedimenti, kemm jekk tali kawżi jkunu nqatgħu jew ikunu għadhom ma nqatgħux.

Artikolu 27

1.   Membru tal-persunal temporanju li ulterjorment jiżvela informazzjoni kif definita fl-Artikolu 26 lill-President tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea jew tal-Parlament Ewropew m' għandu jbati l-ebda effett preġudizzjali min-naħa ta' l-Aġenzija sakemm ikunu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-membru tal-persunal temporanju onestament u raġonevolment jemmen li l-informazzjoni żvelata, u kwalunkwe allegazzjoni inkluża fiha, huma sostanzjalment veri; u

(b)

il-membru tal-persunal temporanju preċedentement żvela l-istess informazzjoni lill-Aġenzija u ta lill-Aġenzija l-perijodu ta' żmien iffissat mill-Aġenzija, fid-dawl tal-komplessità tal-każ, sabiex tieħu azzjoni xierqa. Il-membru tal-persunal temporanju għandu jiġi debitament informat b'dak il-perijodu taż-żmien fi żmien 60 jum.

2.   Il-perijodu msemmi fil-paragrafu 1 m' għandux japplika fejn il-membru tal-persunal temporanju jista' juri li mhuwiex raġonevoli fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha tal-każ.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 m' għandhomx japplikaw għal dokumenti, atti, rapporti, noti jew informazzjoni fi kwalunkwe forma li jkunu qegħdin jinżammu għall-finijiet ta' proċedimenti f'kawżi legali jew li jiġu prodotti jew żvelati lill-membru tal-persunal temporanju matul tali proċedimenti, kemm jekk tali kawżi jkunu nqatgħu jew ikunu għadhom ma nqatgħux.

Artikolu 28

L-Aġenzija għandha tassisti kwalunkwe membru tal-persunal temporanju, partikolarment fi proċedimenti kontra kwalunkwe persuna li tkun qiegħda tagħmel theddid, jew atti jew rimarki offensivi jew diffamatorji, jew kwalunkwe attakk fuq il-persuna jew kontra l-proprjetà li għalihom huwa jew xi membru tal-familja tiegħu jiġi suġġett minħabba l-pożizzjoni jew id-doveri tiegħu.

Hija għandha tikkumpensa lill-membru tal-persunal temporanju għad-dannu li jkun imġarrab f'tali każijiet, sakemm il-membru tal-persunal temporanju ma kkawżax id-dannu intenzjonalment jew bi traskuraġni gravi u ma setax jottjeni kumpens mill-persuna li fil-fatt ikkaġunatu.

Artikolu 29

L-Aġenzija għandha tiffaċilita għall-membri tal-persunal temporanju dak it-taħriġ u dik l-istruzzjoni li huma kompatibbli mal-funzjonament xieraq tas-servizz u li huma konformi ma' l-interessi tagħha.

Tali taħriġ u istruzzjoni għandhom jiġu kkunsidrati għall-finijiet ta' promozzjoni fil-karrieri tagħhom.

Artikolu 30

Il-membri tal-persunal temporanju għandhom id-dritt li jeżerċitaw il-libertà ta' assoċjazzjoni; jistgħu partikolarment ikunu membri ta' trade unions jew ta' assoċjazzjonijiet tal-persunal.

Artikolu 31

Il-membri tal-persunal temporanju jistgħu jippreżentaw talbiet li jikkonċernaw kwistjonijiet koperti minn dawn ir-Regolamenti tal-Persunal lill-AACC.

Kwalunkwe deċiżjoni konnessa ma' xi individwu speċifiku li tittieħed taħt dawn ir-Regolamenti tal-Persunal għandha tiġi immedjatament komunikata bil-miktub lill-membru kkonċernat tal-persunal temporanju. Kwalunkwe deċiżjoni li tolqot sfavorevolment lil xi membru tal-persunal temporanju għandha tiddikjara l-motivi li fuqhom hija bbażata.

Deċiżjonijiet speċifiċi li jirrigwardaw il-ħatra, l-istabbiliment, il-promozzjoni, it-trasferiment, id-determinazzjoni ta' l-istatus amministrattiv u t-terminazzjoni tas-servizz ta' xi membru tal-persunal temporanju għandhom jiġu ppubblikati fl-Aġenzija. Il-pubblikazzjoni għandha tkun aċċessibbli għall-persunal kollu għal perijodu ta' żmien adegwat.

Artikolu 32

Il-fajl personali ta' membru tal-persunal temporanju għandu jikkontieni:

(a)

id-dokumenti kollha li jikkonċernaw l-istatus amministrattiv tiegħu u r-rapporti kollha konnessi ma' l-abbiltà, l-effiċjenza u l-kondotta tiegħu;

(b)

kwalunkwe kummenti mill-membru tal-persunal temporanju dwar tali dokumenti.

Id-dokumenti għandhom ikunu rreġistrati, numerati u skedati f'serje; id-dokumenti msemmija fis-subparagrafu (a) ma jistgħux jiġu wżati jew ċitati mill-Aġenzija kontra xi membru tal-persunal temporanju ħlief jekk huma ġew komunikati lilu qabel ma' ġew skedati.

Il-komunikazzjoni ta' kwalunkwe dokument lil xi membru tal-persunal temporanju għandha tiġi ċertifikata bil-firma tiegħu jew, jekk ma tingħatax firma, għandha tiġi mwettqa permezz ta' ittra reġistrata mibgħuta fl-indirizz li kien l-aħħar komunikat mill-membru tal-persunal temporanju.

Il-fajl personali ta' membru tal-persunal temporanju m' għandu jikkontieni l-ebda riferiment għall-attivitajiet jew opinjonijiet politiċi, trejdunjonistiċi, filosofiċi jew reliġjużi tiegħu, jew għall-oriġini razzjali jew etniċi tiegħu jew għall-orjentazzjoni sesswali tiegħu.

Il-paragrafu preċedenti madankollu ma jipprojbixxix l-inseriment fil-fajl ta' atti u dokumenti amministrattivi magħrufa lill-membru tal-persunal temporanju li huma meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal.

Għandu jkun hemm fajl personali wieħed biss għal kull membru tal-persunal temporanju.

Membru tal-persunal temporanju għandu jkollu d-dritt, anke wara li jitlaq mis-servizz, li jsir jaf id-dokumenti kollha fil-fajl tiegħu u li jieħu kopji tagħhom.

Il-fajl personali għandu jkun kunfidenzjali u jista' jiġi kkonsultat biss fl-uffiċċji ta' l-amministrazzjoni jew b'mezz elettroniku protett. Huwa għandu madankollu jiġi mgħoddi lill-Bord ta' Appell jekk tiġi istitwita azzjoni li tikkonċerna l-membru tal-persunal temporanju.

Artikolu 33

Il-membri tal-persunal temporanju għandhom ikollhom id-dritt li jsiru jafu l-fajls mediċi tagħhom, skond l-arranġamenti li għandhom jiġu stabbiliti mill-Aġenzija.

Artikolu 34

Kwalunkwe deċiżjoni li tirrikjedi l-għoti ta' kumpens għal dannu batut mill-Aġenzija bħala riżultat ta' komportament serjament skorret, kif previst fl-Artikolu 25, għandha tittieħed mill-AACC wara li din tosserva l-formalitajiet previsti f'każijiet ta' tkeċċija fuq komportament serjament skorret.

Deċiżjonijiet konnessi ma' membri individwali tal-persunal temporanju għandhom jiġu ppubblikati kif previst fl-Artikolu 31.

Artikolu 35

Il-privileġġi u l-immunitajiet li jgawdu l-membri tal-persunal temporanju huma mogħtija biss fl-interess ta' l-Aġenzija. Il-membri tal-persunal temporanju m' għandhomx ikunu eżenti milli jissodisfaw l-obbligi privati tagħhom jew milli josservaw il-liġijiet u r-regolamenti tal-pulizija li jkunu fis-seħħ.

Fejn ikun hemm tilwima dwar il-privileġġi u l-immunitajiet, il-membru tal-persunal temporanju kkonċernat għandu jinforma immedjatament lill-Aġenzija.

KAPITOLU 3

Kondizzjonijiet ta' l-ingaġġ

Artikolu 36

1.   L-ingaġġ tal-persunal temporanju għandu jkollu l-għan li jikseb għall-Aġenzija s-servizzi ta' persuni ta' l-ogħla livelli ta' abbiltà, effiċjenza u integrità, reklutati fuq il-bażi ġeografika l-aktar estiża possibbli minn fost ċittadini ta' l-Istati Membri li jipparteċipaw fl-Aġenzija.

Il-persunal temporanju għandu jiġi magħżul mingħajr distinzjoni rigward razza, twemmin politiku, filosofiku jew reliġjuż, sess jew orjentazzjoni sesswali u bla ebda riferiment għall-istat ċivili jew għas-sitwazzjoni familjari tiegħu.

2.   Membru tal-persunal temporanju jista' jiġi ngaġġat biss bil-kondizzjoni li:

(a)

jkun ċittadin ta' wieħed mill-Istati Membri parteċipanti u jkun igawdi minn drittijiet sħaħ bħala ċittadin;

(b)

jkun wettaq kwalunkwe obbligi imposti fuqu mil-liġijiet li jikkonċernaw is-servizz militari;

(ċ)

jippreżenta r-referenzi għall-karattru adegwati dwar l-idoneità tiegħu għall-eżekuzzjoni tad-doveri tiegħu;

(d)

huwa fiżikament f'saħħtu sabiex jaqdi d-dmirijiet tiegħu; u

(e)

jipproduċi provi ta' konoxxenza sħiħa ta' waħda mill-lingwi ta' l-Unjoni Ewropea u ta' konoxxenza sodisfaċenti ta' lingwa oħra ta' l-Unjoni safejn meħtieġ għall-eżekuzzjoni tad-doveri tiegħu.

3.   Il-Bord Direttiv għandu jadotta disposizzjonijiet speċifiċi dwar il-proċeduri għar-reklutaġġ tal-persunal temporanju, skond kif ikun meħtieġ, fil-qafas ta' l-Azzjoni Konġunta 2004/551/PESK.

Artikolu 37

Qabel ma jiġi ngaġġat, membru tal-persunal temporanju għandu jiġi eżaminat medikament minn uffiċjal mediku awtorizzat mill-Aġenzija sabiex l-Aġenzija tista' tkun konvinta li huwa jissodisfa r-rekwiżiti ta' l-Artikolu 36(2) (d).

Fejn tingħata opinjoni medika negattiva bħala riżultat ta' l-eżami mediku previst fl-ewwel subparagrafu, il-kandidat jista', fi żmien 20 jum minn meta jiġi notifikat mill-Aġenzija b'din l-opinjoni, jitlob li l-każ tiegħu jiġi preżentat għall-opinjoni ta' kumitat mediku kompost minn tliet tobba magħżula mill-AACC minn fost l-uffiċjali mediċi ta' l-Aġenzija. L-uffiċjal mediku responsabbli mill-opinjoni negattiva tal-bidu għandu jinstama' mill-kumitat mediku. Il-kandidat jista' jirriferi l-opinjoni ta' tabib ta' l-għażla tiegħu lill-kumitat mediku. Fejn l-opinjoni tal-kumitat mediku tikkonferma l-konklużjonijiet ta' l-eżami mediku previst fl-ewwel subparagrafu, il-kandidat għandu jħallas 50 % tal-ħlasijiet u ta' l-ispejjeż sekondarji.

Artikolu 38

Membru tal-persunal temporanju jista' jkun meħtieġ li jservi perijodu ta' prova ta' mhux aktar minn sitt xhur.

Fejn, waqt il-perijodu ta' prova tiegħu, xi membru tal-persunal temporanju jkun miżmum, minħabba mard jew aċċident, milli jeżegwixxi d-doveri tiegħu għal xahar jew iżjed, l-AACC tista' testendi l-perijodu ta' prova tiegħu bil-perijodu taż-żmien korrispondenti.

Mhux inqas minn xahar qabel l-iskadenza tal-perijodu ta' prova, għandu jiġi mfassal rapport dwar il-kapaċità tal-membru tal-persunal temporanju li jeżegwixxi d-doveri appartenenti għall-kariga tiegħu kif ukoll dwar il-kondotta u l-effiċjenza tiegħu fis-servizz. Ir-rapport għandu jiġi kkomunikat lill-persuna konċernata, li għandha jkollha d-dritt li tippreżenta l-kummenti tagħha bil-miktub. Membru tal-persunal temporanju li x-xogħol tiegħu ma nstabx adegwat biex jiġġustifika ż-żamma tiegħu fil-kariga għandu jiġi ssensjat.

Madankollu, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, l-AACC tista' testendi l-perijodu ta' prova għal massimu ta' sitt xhur, u possibilment tassenja l-membru tal-persunal temporanju lil dipartiment ieħor.

Rapport dwar il-membru tal-persunal temporanju bi prova jista' isir fi kwalunkwe żmien waqt il-perijodu ta' prova jekk ikun ċar li x-xogħol tiegħu mhuwiex adegwat. Ir-rapport għandu jiġi kkomunikat lill-persuna konċernata, li għandha jkollha d-dritt li tippreżenta l-kummenti tagħha bil-miktub. Abbażi ta' dak ir-rapport, l-AACC tista' tiddeċiedi li tissensja lill-membru tal-persunal temporanju qabel it-tmiem tal-perijodu ta' prova billi tagħtih avviż ta' xahar.

Artikolu 39

1.   Membru tal-persunal temporanju għandu jiġi reklutat fl-ewwel skala tal-grad tiegħu.

L-AACC tista' tippermetti anzjanità addizzjonali sa massimu ta' 24 xahar sabiex jittieħed kont ta' l-esperjenza professjonali tiegħu. Għandhom jiġu adottati disposizzjonijiet implimentattivi ġenerali sabiex jiġi mplimentat dan l-Artikolu.

2.   Meta membru tal-persunal temporanju jingħażel għal kariga li tikkorrispondi għal grad ogħla, kif previst fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 9, għandu jiddaħħal fl-ewwel skala ta' dak il-grad. Madankollu, il-membri tal-persunal temporanju fil-gradi AD 9 sa AD 13 li jkunu qed iwettqu d-dmirijiet ta' kap tat-taqsima u li jieħdu ħatra fi grad ogħla għandhom jiddaħħlu fit-tieni skala tal-grad il-ġdid. L-istess arranġament għandu japplika għal kull membru tal-persunal temporanju li meta jieħu l-promozzjoni jiġi maħtur direttur jew direttur-ġenerali.

Artikolu 40

Il-ħila, l-effiċjenza u l-kondotta fis-servizz ta' kull membru tal-persunal temporanju għandu jkun is-suġġett ta' rapport perjodiku li jsir mill-inqas darba kull sentejn. Il-Kap Esekuttiv għandu jistabbilixxi disposizzjonijiet li jagħtu d-dritt sabiex ikun jista' jsir appell fil-limitu tal-proċedura ta' rappurtaġġ, li għandu jiġi eżerċitat qabel ma jitressaq ilment kif imsemmi fl-Artikolu 167(2).

Mir-raba' grad 'il fuq, għall-membri tal-persunal temporanju fil-grupp funzjonali AST, ir-rapport jista' jkun fih ukoll opinjoni dwar jekk, abbażi ta' prestazzjoni, ikollux il-potenzjal sabiex iwettaq il-funzjoni ta' amministratur.

Ir-rapport għandu jiġi kkomunikat lill-membru tal-persunal temporanju. Għandu jkollu d-dritt jagħmel kwalunkwe kumment dwaru li jikkunsidra rilevanti.

KAPITOLU 4

Kondizzjonijiet tax-xogħol

Sezzjoni A

Leave tal-ġenitur u tal-familja

Artikolu 41

Membru tal-persunal temporanju għandu jkollu d-dritt għal mhux aktar minn sitt xhur ta' leave tal-ġenitur mingħajr is-salarju bażiku għal kull tifel, li jkun irid jittieħed matul l-ewwel tnax-il sena wara t-twelid jew adozzjoni tat-tifel. Iż-żmien ta' leave jista' jiġi rduppjat għal ġenitur waħdu rikonoxxut taħt id-disposizzjonijiet ta' implimentazzjoni ġenerali adottati mill-Aġenzija. Il-leave minimu li jista' jittieħed f'xi ħin m'għandux ikun inqas minn xahar.

Matul il-leave tal-ġenitur, l-isħubija tal-membru tal-persunal temporanju fl-iskema tas-sigurtà soċjali għandha tkompli; il-kisba ta' drittijiet għall-pensjoni, l-allowance tat-tfal dipendenti u l-allowance ta' l-edukazzjoni għandhom jibqgħu fis-seħħ. Il-membru tal-persunal temporanju għandu jibqa' jżomm il-kariga, u jibqa' intitolat għal avanz fi skala ogħla jew għal promozzjoni fil-grad. Il-leave jista' jittieħed bħala full-time jew half-time. Meta l-leave tal-ġenitur jittieħed bħala half-time, il-perijodu massimu previst fl-ewwel paragrafu għandu jiġi rduppjat. Matul il-leave tal-ġenitur, il-membru tal-persunal temporanju għandu jkun intitolat għal allowance ta' EUR 798,77 fix-xahar jew 50 % ta' tali somma jekk il-leave ikun half-time iżda ma jkunx jista' jidħol għal kwalunkwe xogħol ieħor bi ħlas. Il-kontribuzzjoni kollha għall-iskema tas-sigurtà soċjali prevista fl-Artikoli 67 u 68 għandha ssir mill-Aġenzija u kkalkulata abbażi tas-salarju bażiku tal-membru tal-persunal temporanju.

Madankollu, fil-każ ta' leave half-time, din id-disposizzjoni għandha tapplika biss għad-differenza bejn is-salarju bażiku sħiħ u s-salarju bażiku li jkun ġie mnaqqas proporzjonalment. Fir-rigward ta' dik il-parti tas-salarju bażiku li tkun attwalment tħallset lilu, il-kontribuzzjoni tal-membru tal-persunal temporanju għandha tiġi kkalkulata billi jintużaw l-istess perċentwali bħal kieku kellu mpjieg full-time.

L-allowance għandha tkun ta' EUR 1 065,02 fix-xahar, jew 50 % ta' tali somma jekk il-membru tal-persunal temporanju jkun fuq leave half-time, għal ġenitur waħdu kif imsemmi fl-ewwel paragrafu u matul l-ewwel tliet xhur tal-leave tal-ġenitur meta tali leave jittieħed mill-missier matul il-leave ta' maternità jew minn wieħed mill-ġenituri immedjatament wara l-leave ta' maternità jew matul jew immedjatament wara l-leave ta' adozzjoni. L-ammonti msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jiġu adattati konformi mar-remunerazzjoni.

Artikolu 42

Meta jkun hemm mard serju jew diżabbiltà li jkunu ġew iċċertifikati medikament fil-każ ta' konjuġi ta' membru tal-persunal temporanju, qraba fil-linja axxendenti, qraba fil-linja dixxendenti, aħwa, il-membru tal-persunal temporanju għandu jkun intitolat għal perijodu ta' leave tal-familja mingħajr is-salarju bażiku. Il-perijodu totali ta' dan il-leave m'għandux ikun iżjed minn disa' xhur matul il-karriera kollha tal-membru tal-persunal temporanju.

Għandu japplika t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 41.

Sezzjoni B

Siegħat ta' xogħol

Artikolu 43

Membri tal-persunal temporanju f'impjieg attiv għandhom ikunu għad-disposizzjoni ta' l-Aġenzija f'kull waqt.

Madankollu, il-gimgħa ta' xogħol normali m'għandhiex tkun aktar minn 42 siegħa u s-siegħat ta' ġurnata ta' xogħol jiġu ddeterminati mill-AACC. Fl-istess limiti, l-AACC tista', wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Persunal, tiddeċiedi dwar is-siegħat ta' xogħol ta' ċerti gruppi tal-membri tal-persunal temporanju li jkollhom dmirijiet partikulari.

Barra minn hekk, membru tal-persunal temporanju jista' jiġi mitlub biex jibqa' disponibbli għal li jista' jinqala' minħabba l-esiġenzi tas-servizz jew ir-regoli ta' sigurtà fuq il-post tax-xogħol jew id-dar barra mill-ħinijiet normali ta' xogħol. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Persunal.

Artikolu 44

1.   Membru tal-persunal temporanju jista' jitlob għal awtorizzazzjoni sabiex jaħdem part-time.

L-AACC tista' tagħti tali awtorizzazzjoni jekk din tkun kompatibbli ma' l-interessi tas-servizz.

2.   Il-membru tal-persunal temporanju għandu jkun intitolat għall-awtorizzazzjoni fil-każijiet li ġejjin:

(a)

biex jieħu kura ta' tfal taħt id-9 snin,

(b)

biex jieħu kura ta' tfal bejn id-9 u t-12-il sena, jekk it-tnaqqis fil-ħin ta' xogħol ma jkunx aktar minn 20 % tal-ħin ta' xogħol normali,

(ċ)

biex jieħu kura tal-konjuġi, qraba fil-linja axxendenti, qraba fil-linja dixxendenti, aħwa b'mard serju jew diżabbli,

(d)

sabiex jieħu sehem f'aktar taħriġ, jew

(e)

minn meta jkollu 55 sena matul l-aħħar ħames snin qabel jirtira.

Meta jintalab il-part-time sabiex jieħu sehem f'aktar taħriġ, jew meta jkollu 55 sena l-AACC tista' tirrifjuta l-awtorizzazzjoni jew tipposponi d-data ta' seħħ unikament f'ċirkostanzi eċċezzjonali u għal raġunijiet importanti li għandhom x'jaqsmu mas-servizz.

Meta tali dritt għal awtorizzazzjoni jiġi eżerċitat sabiex jieħu kura tal-konjuġi, qraba fil-linja axxendenti, qraba fil-linja dixxendenti, aħwa b'mard serju jew diżabbli, jew biex jieħu sehem f'aktar taħriġ, it-total ta' dawn il-perjodi kollha m'għandux ikun iżjed minn ħames snin matul il-karriera kollha tal-membru tal-persunal temporanju.

3.   L-AACC għandha twieġeb għat-talba tal-membru tal-persunal temporanju fi żmien 60 jum.

4.   Ir-regoli li jirregolaw ix-xogħol part-time u l-proċedura sabiex tingħata l-awtorizzazzjoni huma stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 45

Membru tal-persunal temporanju jista' jitlob awtorizzazzjoni biex jaħdem half-time f'forma ta' job-sharing f'impjieg li jkun identifikat bħala wieħed adattat għal dan mill-AACC. L-awtorizzazzjoni għal xogħol half-time fil-forma ta' job-sharing m'għandhiex tkun limitata biż-żmien. Tista', madankollu, tiġi irtirata mill-AACC fl-interessi tas-servizz fil-waqt li jingħata avviż ta' sitt xhur lill-membru tal-persunal temporanju. Bl-istess mod, l-AACC tista', fuq applikazzjoni tal-membru tal-persunal temporanju kkonċernat u b'avviż ta' mhux inqas minn sitt xhur, tirtira l-applikazzjoni. F'dan il-każ, il-membru tal-persunal temporanju jista' jiġi trasferit f'kariga oħra.

Għandhom japplikaw l-Artikolu 53 u, għajr għat-tielet sentenza tal-paragrafu 2, l-Artikolu 3 ta' l-Anness II.

L-AACC tista' tistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 46

Membru tal-persunal temporanju m'għandux jiġi mitlub jaħdem bis-sahra ħlief f'każijiet ta' urġenza jew ta' pressjoni eċċezzjonali ta' xogħol. Xogħol notturn u kwalunkwe xogħol fil-Ħdud jew festi pubbliċi jista' jiġi awtorizzat biss skond il-proċedura stabbilita mill-AACC. It-total tas-sahra li membru tal-persunal temporanju jista' jiġi mitlub jagħmel m' għandux ikun aktar minn 150 siegħa fi kwalunkwe sitt xhur.

Is-sahra li ssir minn membri tal-persunal temporanju fil-grupp funzjonali AD, u fil-grupp funzjonali AST 5 sa 11 ma tikkwalifikax għal drittijiet għal kumpens jew rimunerazzjoni.

Kif previst fl-Anness IV, is-sahra li ssir minn membri tal-persunal temporanju fi grad AST 1 sa AST 4 tintitolhom jew għal-leave kumpensatorju jew għal rimunerazzjoni meta il-ħtiġiet tas-servizz ma jippermettux leave kumpensatorju matul ix-xahar ta' wara dak meta tkun saret is-sahra.

Artikolu 47

Membru tal-persunal temporanju li hu mistenni jaħdem regolarment billejl, is-Sibtijiet, il-Ħdud jew fil-festi pubbliċi għandu jkun intitolat għal allowances speċjali meta jkun qed jagħmel xogħol bix-xift li jkun meħtieġ mill-Aġenzija minħabba l-esiġenzi tas-servizz jew ir-regoli ta' sigurtà u li hija tqis bħala ħaġa regolari u permanenti.

L-AACC għandha tiddetermina l-kategoriji tal-membri tal-persunal temporanju li huma ntitolati għal dawn l-allowances, u r-rati u kondizzjonijiet tagħhom.

Is-siegħat normali ta' xogħol ta' membru tal-persunal temporanju li jaħdem bix-xift ma jistgħux jaqbżu t-total annwali tas-siegħat normali ta' xogħol.

Artikolu 48

Membru tal-persunal temporanju għandu jkun intitolat għal allowances speċjali fejn meħtieġ skond deċiżjoni meħuda mill-AACC minħabba l-esiġenzi tas-servizz jew ir-regoli ta' sigurtà biex jibqa' disponibbli għal li jista' jinqala' fuq il-post tax-xogħol tiegħu jew id-dar barra mill-ħinijiet normali ta' xogħol.

L-AACC għandha tiddetermina l-kategoriji tal-membri tal-persunal temporanju li huma ntitolati għal dawn l-allowances, il-kondizzjonijiet sabiex jingħataw l-allowances kif ukoll r-rati tagħhom.

Artikolu 49

Allowances speċjali jistgħu jingħataw lil ċerti membri tal-persunal temporanju sabiex jiġu kumpensati għall-kondizzjonijiet ta' xogħol partikolarment iebsa.

L-Aġenzija għandha tiddetermina l-kategoriji tal-benefiċjarji, kif ukoll ir-rati u kondizzjonijiet ta' tali allokazzjonijiet speċjali.

Sezzjoni C

Leave

Artikolu 50

Il-membri tal-persunal temporanju għandhom ikunu ntitolati għal leave annwali ta' mhux inqas minn 24 jum ta' xogħol iżda mhux iktar minn 30 jum ta' xogħol għal kull sena kalendarja, skond l-istess regoli bħal dawk stabbiliti bi qbil komuni bejn l-istituzzjonijiet Komunitarji.

Barra minn dan il-leave annwali, membru tal-persunal temporanju jista', eċċezzjonalment fuq applikazzjoni, jingħata leave speċjali. Ir-regoli dwar tali leave huma stabbiliti fl-Anness III.

Artikolu 51

Barra mil-leave previst fl-Artikolu 50, nisa tqal għandhom ikunu ntitolati għal leave ta' għoxrin ġimgħa wara li jkunu ppreżentaw ċertifikat mediku. Il-leave għandu jibda mhux qabel sitt ġimgħat mid-data li tkun qed tistenna li tixtri kif tidher fiċ-ċertifikat u jintemm mhux qabel 14-il ġimgħa wara li tkun xtrat. Fil-każ ta' twelid multiplu jew prematur jew ta' twelid ta' tarbija ħandikappata, il-perijodu għandu jkun ta' 24 ġimgħa. Għall-iskopijiet ta' din id-disposizzjoni twelid prematur huwa twelid li jseħħ qabel it-tmiem ta' l-34 ġimgħa ta' tqala.

Artikolu 52

1.   Membru tal-persunal temporanju li jiġib prova li ma jistax jaqdi dmirijietu minħabba mard jew aċċident għandu jkun intitolat għal leave tal-mard.

Il-membru tal-persunal temporanju kkonċernat għandu jinnotifika l-Aġenzija bl-inkapaċità tiegħu malajr kemm jista' jkun u fl-istess ħin jagħti l-indirizz tiegħu attwali. Għandu jipproduċi ċertifikat mediku jekk ikun assenti għal aktar minn tlitt ijiem. Dan iċ-ċertifikat għandu jintbagħat mhux aktar tard mill-ħames jum ta' assenza, kif evidenzjat mid-data tat-timbru tal-posta. Fin-nuqqas ta' dan, u ħlief jekk dan in-nuqqas li jintbagħat iċ-ċertifikat ikun minħabba raġunijiet li fuqhom ma jkollux kontroll, l-assenza tal-membru tal-persunal temporanju għandha tiġi kkunsidrata bħala waħda mhux awtorizzata.

Il-membru tal-persunal temporanju jista' fi kwalunkwe ħin jiġi mitlub jagħmel eżami mediku organizzat mill-Aġenzija. Jekk l-eżami ma jistax isir minħabba raġunijiet attribwiti lill-membru tal-persunal temporanju, l-assenza tiegħu għandha tiġi kkunsidrata bħala waħda mhux awtorizzata sa mid-data li fiha l-eżami jkun irid isir.

Jekk ir-riżultat ta' l-eżami juri li l-membru tal-persunal temporanju jkun jista' jwettaq dmirijietu, l-assenza tiegħu għandha, suġġett għas-subparagrafu li ġej, tiġi meqjusa bħala waħda mhux ġustifikata mid-data ta' l-eżami.

Jekk il-membru tal-persunal temporanju jikkunsidra li l-konklużjonijiet ta' l-eżami mediku organizzat mill-AACC mhumiex ġustifikabbli fuq bażi medika, hu stess jew tabib li jaġixxi f'ismu jista' fi żmien jumejn jippreżenta talba lill-Aġenzija sabiex il-kwestjoni tiġi riferita lil tabib indipendenti għal opinjoni.

L-Aġenzija għandha tittrasmetti t-talba lil tabib ieħor li dwaru jkunu qablu t-tabib tal-membru tal-persunal temporanju u l-uffiċjal mediku ta' l-Aġenzija. Jekk ma jintlaħaqx tali ftehim fi żmien ħamest ijiem mit-talba, l-Aġenzija għandha tagħżel persuna minn lista ta' tobba indipendenti li għandha tiġi stabbilita kull sena għal dan l-iskop b'kunsens komuni tal-AACC u l-Kumitat tal-Persunal. Il-membru tal-persunal temporanju jista' fi żmien jumejn tax-xogħol joġġezzjona għall-għażla ta' l-Aġenzija, u mbagħad l-Aġenzija għandha tagħżel persuna oħra mil-lista, liema għażla għandha tkun finali.

L-opinjoni tat-tabib indipendenti li tkun ingħatet wara konsultazzjoni mat-tabib tal-membru tal-persunal temporanju u l-uffiċjal mediku ta' l-Aġenzija għandha tkun torbot. Fejn l-opinjoni tat-tabib indipendenti tkun tikkonferma l-konklużjoni ta' l-eżami organizzat mill-Aġenzija, l-assenza għandha tiġi trattata bħala waħda mhux ġustifikata mid-data ta' dak l-eżami. Fejn l-opinjoni tat-tabib indipendenti ma tkunx tikkonferma l-konklużjoni ta' dak l-eżami, l-assenza għandha tiġi trattata għall-finijiet kollha bħala waħda ġustifikata.

2.   Jekk, matul perijodu ta' 12-il xahar, membru tal-persunal temporanju jkun assenti sa mhux aktar minn tlitt ijiem minħabba mard għal total ta' aktar minn 12-il jum, għandu jipproduċi ċertifikat mediku għal kwalunkwe assenza oħra minħabba mard. L-assenza tiegħu għandha tiġi kkunsidrata bħala waħda mhux ġustifikata sa mit-tlettax-il jum ta' assenza minħabba mard bla ċertifikat mediku.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli dwar proċedimenti dixxiplinari, fejn xieraq, kwalunkwe assenza li tkun ikkunsidrata bħala waħda mhux ġustifikata taħt il-paragrafi 1 u 2 għandha titnaqqas mil-leave annwali tal-membru tal-persunal temporanju kkonċernat. F'każ li l-membru tal-persunal temporanju ma jkunx intitolat għal aktar leave, għandu jitlef il-benefiċċju tar-rimunerazzjoni tiegħu għall-perijodu korrispondenti.

4.   L-AACC tista' tirriferi lill-Kumitat ta' l-Invalidità l-każ ta' kull membru tal-persunal temporanju li t-total tal-leave tal-mard tiegħu jkun aktar minn 12-il xahar matul kwalunkwe perijodu ta' tliet snin.

5.   Membru tal-persunal temporanju jista' jiġi mitlub jieħu leave wara eżami mill-uffiċjal mediku ta' l-Aġenzija jekk l-istat ta' saħħtu jkun jeħtieġ hekk jew jekk xi ħadd fid-dar tiegħu jkun qed isofri minn mard kontaġjuż.

F'każijiet ta' tilwim, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fis-subparagrafi 5 sa 7 tal-paragrafu 1.

6.   Membri tal-persunal temporanju għandu jsirilhom ta' kull sena eżami mediku tas-saħħa jew mill-uffiċjal mediku ta' l-Aġenzija jew minn tabib tal-familja li jagħżlu huma.

Fil-każ ta' l-aħħar, il-kont tat-tabib għandu jitħallas mill-Aġenzija sa ammont massimu ffissat mill-AACC għal perijodu ta' mhux aktar minn tliet snin.

Artikolu 53

Il-leave annwali ta' membru tal-persunal temporanju li jkun awtorizzat li jaħdem part-time għandu, għat-tul ta' żmien li jkun hekk awtorizzat, jitnaqqas proporzjonalment.

Artikolu 54

Ħlief f'każ ta' mard jew aċċident, membru tal-persunal temporanju ma jistax ikun assenti mingħajr permess bil-quddiem mis-superjur immedjat tiegħu. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura dixxiplinarja li tista' tapplika, kull assenza mhux awtorizzata li tkun ġiet debitament stabbilita, għandha titnaqqas mil-leave annwali tal-membru tal-persunal temporanju kkonċernat. Jekk ikun uża l-leave annwali tiegħu kollu, għandu jitlef ir-rimunerazzjoni tiegħu għal perijodu ekwivalenti.

Jekk membru tal-persunal temporanju jixtieq iqatta' l-leave mhux fil-post fejn ikun impjegat għandu jikseb permess bil-quddiem mill-AACC.

Il-leave speċjali u dak tal-ġenitur u tal-familja m'għandux jaqbeż it-terminu tal-kuntratt.

Madankollu, il-leave ta' mard bi ħlas previst fl-Artikolu 52 m'għandux jeċċedi t-tliet xhur jew it-tul ta' żmien li fih il-membru tal-persunal temporanju jkun ħadem, meta dan ta' l-aħħar ikun itwal. Il-leave m'għandux jaqbeż it-terminu tal-kuntratt.

Meta jiskadu dawn il-limiti ta' żmien, membru tal-persunal temporanju li l-kuntratt tiegħu ma jkunx terminat, minkejja li ma jkunx jista' jerġa' jidħol għad-dmirijiet tiegħu, għandu jitqiegħed fuq leave bla ħlas.

Madankollu, meta membru tal-persunal temporanju jimrad b'mard konness max-xogħol jew ikorri fit-twettiq ta' dmirijietu, għandu jibqa' jirċievi r-rimunerazzjoni sħiħa tiegħu tul il-perijodu li fih ma jkunx jista' jaħdem sa dak iż-żmien meta jingħatalu allowance għall-invalidità skond l-Artikolu 76.

Sezzjoni D

Festi pubbliċi

Artikolu 55

L-Aġenzija għandha tagħmel lista tal-festi pubbliċi.

Artikolu 56

1.   F'ċirkostanzi eċċezzjonali membru tal-persunal temporanju jista' fuq talba tiegħu stess jingħata leave bla ħlas abbażi ta' raġunijiet personali serji. L-ACCA għandha tiddetermina l-perijodu ta' tali leave, li m'għandux jaċċedi kwart tal-perijodu li fih il-membru tal-persunal temporanju jkun diġà ħadem jew:

tliet xhur jekk l-anzjanità tal-membru tal-persunal temporanju tkun inqas minn erba' snin;

tnax-il xahar fil-każijiet l-oħra kollha.

2.   Kull perijodu ta' leave li jingħata skond il-paragrafu preċedenti m'għandux jgħodd għal skopijiet ta' l-applikazzjoni tad-disa' paragrafu ta' l-Artikolu 59.

3.   Waqt li membru tal-persunal temporanju jkun fuq leave bla ħlas is-sħubija tiegħu fl-iskema tas-sigurtà soċjali prevista fl-Artikolu 67 għandha tiġi sospiża.

Madankollu, membru tal-persunal temporanju li ma jkunx impjegat bi qligħ jista', sa mhux aktar tard minn xahar wara dak ta' meta jkun beda l-leave bla ħlas, japplika sabiex jibqa' jiġi kopert kontra r-riskji msemmija fl-Artikolu 67, sakemm hu stess jagħmel tajjeb għal nofs l-ispejjeż tal-kontribuzzjonijiet previsti f'dak l-Artikolu għall-perijodu tal-leave tiegħu. Il-kontribuzzjoni għandha tiġi kkalkulata b'riferenza għall-aħħar salarju bażiku tiegħu.

Barra minn hekk, membru tal-persunal temporanju li jagħti prova li ma jistax jikseb drittijiet għal pensjoni taħt skema tal-pensjoni oħra jista' japplika biex ikompli jikseb drittijiet tal-pensjoni ulterjuri matul il-perijodu ta' leave mhux imħallas, sakemm iħallas l-ispiża ta' kontribuzzjoni li hi daqs tliet darbiet ir-rata stabbilita fl-Artikolu 89; il-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu kkalkolati b'referenza għas-salarju bażiku għall-grad u l-iskala tiegħu.

Artikolu 57

Membru tal-persunal temporanju li jissejjaħ għas-servizz militari, servizzi alternattivi jew taħriġ għar-riżervi jew li jissejjaħ mill-ġdid sabiex iservi fis-servizzi armati għandu jiġi assenjat leave għal servizz nazzjonali; fl-ebda ċirkostanza ma jista' tali leave jeċċedi l-perijodu tal-kuntratt.

Membru tal-persunal temporanju li jissejjaħ għas-servizz militari jew servizz alternattiv għandu jieqaf milli jirċievi r-rimunerazzjoni tiegħu iżda għandu jibqa' jżomm d-dritt taħt dawn ir-Regolamenti tal-Persunal sabiex javanza għal skala ogħla. Għandu wkoll jibqa' jżomm id-dritt għal severence grant jekk, wara li jkun spiċċa s-servizz militari tiegħu jew servizz alternattiv, iħallas il-kontribuzzjonijiet għall-pensjoni b'mod retroattiv.

Membru tal-persunal temporanju li jiġi msejjaħ għal taħriġ tar-riżervi jew li jissejjaħ mill-ġdid biex iservi fis-servizzi armati għandu, matul il-perijodu ta' taħriġ jew sejħa mill-ġdid, jibqa' jirċievi r-rimunerazzjoni tiegħu suġġett għal tnaqqis ta' ammont ekwivalenti għall-paga tas-servizz.

KAPITOLU 5

Rimunerazzjoni u spejjeż

Artikolu 58

Ir-rimunerazzjoni tal-persunal temporanju għandha tinkludi salarju bażiku, allowances tal-familja u allowances oħrajn.

Artikolu 59

1.   Ir-rimunerazzjoni tal-membri tal-Persunal Temporanju għandha tiġi espressa f'euro. Il-piżijiet, tnaqqis, reviżjoni annwali u l-aġġustamenti għandhom jiġu ddeterminati skond l-istess regoli bħal dawk stabbiliti fl-Artikoli 63, 64, 65, 65a u 66a tar-Regolamenti tal-Persunal ta' Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej kif stabbilit bir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (3) min hawn aktar il-quddiem imsejħa “ir-Regolamenti tal-Persunal tal-KE” u fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 tal-Kunsill tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej (4). It-tnaqqis stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal tal-KE għandhom ikunu għall-benefiċċju tal-budget ta' l-Aġenzija ħlief għall-kontribuzzjonijiet għall-skemi ta' assigurazzjoni kontra l-mard, l-aċċidenti u l-qgħad.

2.   Is-salarji bażiċi għandhom jiġu ddeterminati skond l-istess regoli bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-KE.

3.   L-allowances tal-familja għandhom jinkludu:

(a)

allowance tal-familja;

(b)

allowance għat-tfal dipendenti;

(ċ)

allowance għall-edukazzjoni.

4.   Membri tal-persunal temporanju li jirċievu l-allowance tal-familja speċifikati f'dan l-Artikolu għandhom jiddikjaraw l-allowances simili li jirċievu minn sorsi oħrajn; dawn l-allowances ta' l-aħħar għandhom jitnaqqsu minn dawk imħallsa taħt l-Artikoli 1, 2 u 3 ta' l-Anness V.

5.   L-allowance għat-tfal dipendenti tista' tiġi rduppjata b'deċiżjoni raġunata speċjali ta' l-AACC abbażi ta' dokumenti mediċi li jistabbilixxu li t-tifel/tifla ikkonċernat ibati minn diżabbiltà mentali jew fiżika li tinvolvi lill-membru tal-persunal temporanju fi spejjeż kbar.

6.   Fejn, bis-saħħa ta' l-Artikoli 1, 2 u 3 ta' l-Anness V, tali allowances tal-familja jitħallsu lil persuna barra minn membru tal-persunal temporanju, dawn l-allowances għandhom jitħallsu fil-munita tal-pajjiż fejn dik il-persuna tkun residenti, ikkalkulati fejn applikabbli abbażi tar-rati ta' kambju msemmija fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 63 tar-Regolament tal-Persunal tal-KE. Għandhom ikunu suġġetti għall-ippeżar għall-pajjiż in kwestjoni jekk jinsab fl-Unjoni Ewropea jew għal peżar ekwivalenti għal 100 jekk il-pajjiż ta' residenza jinsab barra mill-Unjoni.

Il-paragrafi 4 u 5 għandhom japplikaw fejn allowances tal-familja jitħallsu lil tali persuna.

7.   L-allowance ta' espatrijazzjoni għandha tkun ugwali għal 16 % ta' l-ammont totali tas-salarju bażiku, allowance għal familja u l-allowance tat-tifel/tifla dipendenti li għalihom il-membru tal-persunal temporanju jkun intitolat. L-allowance ta' espatrijazzjoni m'għandhiex tkun ta' inqas minn EUR 442,78 fix-xahar.

8.   F'każ ta' mewt ta' membru tal-persunal temporanju, il-konjuġi li jibqgħu ħajjin jew it-tfal dipendenti jirċievu r-rimunerazzjoni sħiħa tal-mejjet sa l-aħħar tat-tielet xahar wara ix-xagħar ta' meta seħħet il-mewt.

F'każ tal-mewt ta' persuna li tkun intitolata għal allowance għall-invalidità, id-disposizzjonijiet ta' hawn fuq għandhom japplikaw fir-rigward ta' l-allowance tal-mejjet.

9.   Membru tal-persunal temporanju li kien f'xi skala fil-grad tiegħu għal mill-anqas sentejn għandu javvanza awtomatikament għall-iskala li tmiss f'dak il-grad.

Artikolu 60

Il-pagament ta' allowance tal-familja u allowance ta' espatrijazzjoni għandhom jiġu ddeterminati skond l-Artikoli 1, 2, 3 u 4 ta' l-Anness V.

Artikolu 61

Suġġett għall-Artikoli 62 sa 65, membru tal-persunal temporanju għandu jkollu d-dritt, skond l-Artikoli 5 sa 16 ta' l-Anness V, għal rimbors ta' spejjeż li jsiru minnu meta jibda x-xogħol, meta jiġi trasferit jew meta jitlaq mis-servizz, kif ukoll ir-rimbors ta' spejjeż li jsiru matul it-twettiq ta' dmirijietu jew in konnessjoni magħhom.

Artikolu 62

Membru tal-persunal temporanju li jiġi mpjegat għal perijodu ta' mhux anqas minn 12-il xahar għandu, kif previst fl-Artikolu 9 ta' l-Anness V, ikun intitolat għal rimbors ta' l-ispejjeż ta' ġarr.

Artikolu 63

1.   Membru tal-persunal temporanju li jiġi mpjegat għal perijodu ta' mhux anqas minn sena għandu jirċievi allowance ta' installazzjoni kif previst fl-Artikolu 5 ta' l-Anness V, li tammonta, għal perijodu ta' servizz mistenni ta':

mhux inqas minn sena iżda inqas minn sentejn,

għal terz

tar-rata stabbilita fl-Artikolu 5 ta' l-Anness V

mhux inqas minn sentejn iżda inqas minn tliet snin,

għal żewġ terzi

tliet snin jew aktar,

għal tliet terzi

2.   L-allowance għal sistemazzjoni ġdida prevista fl-Artikolu 6 ta' l-Anness V għandha tingħata lill-persunal temporanju li jkun temm erba' snin ta' servizz. Membru tal-persunal temporanju li jkun temm aktar minn sena ta' servizz iżda inqas minn erba' snin għandu jirċievi allowance għal sistemazzjoni ġdida skond it-tul ta' żmien fis-servizz.

3.   Madankollu, l-allowance ta' installazzjoni prevista fil-paragrafu 1 u l-allowance għall-istabbiliment mill-ġdid prevista fil-paragrafu 2 m'għandhomx ikunu anqas minn:

(a)

EUR 976,85 għal membru tal-persunal temporanju li hu ntitolat għall-allowance tal-familja; u

(b)

EUR 580,83 għal membru tal-persunal temporanju li mhux intitolat għall-allowance tal-familja.

F'każijiet fejn ir-raġel u l-mara, li jkunu t-tnejn membri tal-persunal temporanju ta' l-Aġenzija, t-tnejn għandhom id-dritt għall-allowance ta' l-installazzjoni, din għandha titħallas biss lil dik il-persuna li għandha l-iżjed salarju bażiku għoli.

F'każijiet fejn ir-raġel jew il-mara ta' membru tal-persunal temporanju ta' l-Aġenzija j/tkun uffiċjal jew impjegat/a ieħor/oħra tal-Komunitajiet Ewropej li j/tkun intitolat/a għall-allowance ta' installazzjoni jew sistemazzjoni ġdida u j/taqla' salarju bażiku ogħla, tali allowance m'għandiex titħallas lill-membru tal-persunal temporanju.

Artikolu 64

L-allowance ta' sussistenza ta' kuljum għandha tkun kif stabbilit fl-Artikolu 10 ta' l-Anness V. Madankollu, membru tal-persunal temporanju li jkun impjegat għal perijodu fiss ta' inqas minn 12-il-xahar u li jkun jista' jagħti prova li hu impossibbli għalih li jibqa' jgħix fil-post tiegħu ta' residenza għandu jkun intitolat għal allowance ta' sussistenza ta' kuljum għall-perijodu tal-kuntratt tiegħu jew għal massimu ta' sena.

Artikolu 65

L-Artikolu 8 ta' l-Anness V dwar il-pagament annwali ta' spejjeż ta' vjaġġar mill-post ta' l-impjieg għall-post ta' l-oriġini, għandu japplika biss għall-persunal temporanju li jkun temm mhux inqas minn disa' xhur ta' servizz.

Artikolu 66

Il-ħlas ta' somom dovuti għandu jkun kif stabbilit fl-Artikoli 17 u 18 ta' l-Anness V.

KAPITOLU 6

Benefiċċji tas-sigurtà soċjali

Sezzjoni A

Assigurazzjoni kontra l-mard u l-aċċidenti, benefiċċji tas-sigurtà soċjali

Artikolu 67

1.   Il-membru tal-persunal temporanju matul il-perijodu ta' impjieg, matul il-leave tal-mard u matul il-perjodi ta' leave bla ħlas imsemmija fl-Artikoli 16 u 56 skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fihom, jew meta jkun qed jirċievi allowance għall-invalidità, il-konjuġi tiegħu, fejn tali konjuġi ma jkunx eliġibbli għal benefiċċji ta' l-istess natura u ta' l-istess livell minħabba kwalunkwe disposizzjoni legali oħra jew regolamenti, it-tfal tiegħu u dipendenti oħra fis-sens ta' l-Artikolu 2 ta' l-Anness V, u l-benefiċjarji tal-pensjoni tas-sopravissut huma assigurati kontra l-mard sa 80 % ta' l-ispiża li tkun saret suġġett għall-istess regoli bħal dawk imfassla bi ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Komunita' bis-saħħa ta' l-Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-KE. Din ir-rata għandha tiżdied għal 85 % għas-servizzi li ġejjin: konsulti u visti, interventi kirurġiċi, sptar, prodotti farmaċewtiċi, radjoloġija, analiżi, testijiet tal- laboratorju u protesi fuq preskrizzjoni medika bl-eċċezzjoni ta' protesi dentali. Għandha tiżdied għal 100 % f'każijiet ta' tuberikolożi, poliomyelitis, kankru, mard mentali u mard ieħor rikonoxxut mill-AACC li jkun ta' gravità komparabbli, u għal early detection screening u f'każijiet ta' internament. Madankollu, ir-rimbors ta' 100 % m'għandux japplika fejn mard konness max-xogħol jew aċċident jagħti lok għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 68.

Is-sieħeb mhux miżżewweġ ta' membru tal-persunal għandu jiġi ttratat bħal konjuġi taħt l-iskema ta' assigurazzjoni kontra l-mard, fejn ikunu ġew sodisfatti l-ewwel tliet kondizzjonijiet fl-Artikolu 1(2)(ċ) ta' l-Anness V.

Terz tal-kontribuzzjoni meħtieġ sabiex l-assigurazzjoni tkun tkopri dan għandu jitħallas mill-membru tal-persunal temporanju iżda b'mod li l-ammont li jrid jħallas ma jkunx aktar minn 2 % tas-salarju tiegħu bażiku.

2.   Membru tal-persunal temporanju li s-servizz tiegħu jintemm u li jipprovdi evidenza li mhux f'impjieg bi ħlas jista', sa mhux aktar tard minn xahar wara dak li fih jintemm is-servizz tiegħu, japplika biex ikompli, sa massimu ta' sitt xhur wara t-tmiem ta' servizz, jiġi assigurat kontra l-mard kif previst fil-paragrafu 1. Il-kontribuzzjoni msemmija f' paragrafu 1 għandha tiġi kalkulata b'referenza għall-aħħar salarju bażiku li l-membru tal-persunal temporanju jkun rċieva, b'nofs il-kontribuzzjoni mħallsa minnu.

B'deċiżjoni ta' l-AACC meħuda wara konsultazzjoni ma' l-uffiċjal mediku ta' l-Aġenzija, il-perijodu ta' xahar biex issir l-applikazzjoni u l-limitu ta' sitt xhur speċifikati fl-ewwel subparagrafu m' għandhomx japplikaw fejn il-persuna konċernata tkun qed issofri minn marda serja jew fit-tul li qabditha qabel telqet is-servizz u li nformat biha lill-Aġenzija qabel it-tmiem tal-perijodu ta' sitt xhur speċifikat fl-ewwel subparagrafu, sakemm il-persuna konċernata tagħmel eżami mediku organizzat mill-Aġenzija.

3.   Fejn l-ex-konjuġi ta' membru tal-persunal temporanju, tifel/tifla li ma j/tibqax dipendenti ta' membru tal-persunal temporanju jew persuna li ma tibqax tiġi trattata bħala tifel/tifla dipendenti fis-sens ta' l-Artikolu 2 ta' l-Anness V, j/tista' j/tipprovdi evidenza li hu/hi mhux/mhijiex f'impjieg bi ħlas, hi/hi j/tista' j/tkompli j/tiġi assigurat(a) kontra l-mard għal massimu ta' sena kif previst fil-paragrafu 1, fil-kapaċità tiegħu/tagħha bħala persuni assigurati koperti taħt l-assigurazzjoni ta' dak il-membru tal-persunal temporanju; din il-kopertura ma għandiex tagħti lok għall-ħlas ta' kontribuzzjoni. Dan il-perijodu ta' sena għandu jibda' fid-data tad-digriet assolut ta' divorzju jew tat-telf ta' l-istatus ta' tifel/tifla dipendenti jew ta' l-istatus ta' persuna trattata bħala tifel/tifla dipendenti.

4.   Membru tal-persunal temporanju li baqa' fis-servizz ta' l-Aġenzija sa l-età ta' 63 sena jew li qed jirċievi allowance għall-invalidità, wara li jkun telaq is-servizz, għandu jkollu d-dritt għall-benefiċċji previsti fil-paragrafu 1. L-ammont ta' kontribuzzjoni għandu jiġi kalkulat b'referenza għall-ammont ta' pensjoni jew allowance.

Dawk il-benefiċċji għandhom japplikaw ukoll għall-persuna li għandha d-dritt għall-pensjoni tas-sopravissut wara l-mewt ta' membru tal-persunal temporanju li kien f'impjieg attiv jew li baqa' fis-servizz ta' l-Aġenzija sa l-età ta' 63 sena, jew il-mewt ta' persuna li għandha d-dritt għall-allowance għall-invalidità. L-ammont ta' kontribuzzjoni għandu jiġi kalkulat b'referenza għall-ammont tal-pensjoni tas-sopravissut.

5.   Persuni li għandhom id-dritt għall-pensjoni ta' l-orfni m' għandhomx jirċievu l-benefiċċju previst fil-paragrafu 1 ħlief jekk japplikaw għalih. Il-kontribuzzjoni għandha tiġi kalkulata b'referenza għall-pensjoni ta' l-orfni.

6.   Fil-każ ta' persuni li għandhom id-dritt għall-pensjoni tas-sopravissut, il-kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafi 4 u 5 ma tistax tkun inqas minn dik kalkulata b'referenza għas-salarju bażiku li jikkorrispondi ma' l-ewwel skala fil-grad 1.

7.   Fejn in-nefqa totali mhux irrimborsata għal kwalunkwe perijodu ta' 12-il xahar taqbeż nofs is-salarju bażiku fix-xahar tal-membru tal-persunal temporanju, għandu jiġi permess rimbors speċjali mill-AACC, b'kont meħud taċ-ċirkustanzi familjari tal-persuna konċernata, bil-mod previst fir-regoli msemmija fil-paragrafu 1.

8.   Persuni li għandhom id-dritt għall-benefiċċji preċedenti għandhom jiddikjaraw l-ammont ta' kwalunkwe rimbors imħallas jew li huma jistgħu jitolbu taħt kwalunkwe skema oħra ta' assigurazzjoni kontra l-mard, prevista bil-liġi jew b'regolament, għalihom infushom jew għal persuni koperti mill-assigurazzjoni tagħhom.

Fejn it-total ta' dak li kieku jirċievu bħala rimbors jaqbeż it-total tar-rimborsi previsti fil-paragrafu 1, id-differenza għandha tiġi mnaqqsa mill-ammont li għandu jiġi rimborsat skond il-paragrafu 1, bl-eċċezzjoni ta' rimborsi miksuba taħt skema privata ta' assigurazzjoni supplimentari kontra l-mard li tkopri dik il-parti ta' l-ispiża li ma tistax tiġi rimborsata mill-iskema ta' assigurazzjoni kontra l-mard ta' l-Aġenzija.

Artikolu 68

1.   Membru tal-persunal temporanju, matul il-perijodu ta' l-impjieg, matul il-leave tal-mard u matul il-perijodi ta' leave mhux imħallsa msemmija fl-Artikoli 16 u 56 skond il-kondizzjonijiet stabbiliti hawnhekk huwa assigurat, mid-data minn meta jidħol fis-servizz, kontra r-riskju ta' mard marbut max-xogħol u kontra r-riskju ta' aċċidenti suġġett għall-istess regoli bħal dawk imfassla bi ftehim komuni bejn l-istituzzjonijiet tal-Komunita' skond l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-KE. Hu għandu jikkontribwixxi għall-ispiża ta' assigurazzjoni kontra riskji mhux marbuta max-xogħol sa 0.1 % tas-salarju bażiku tiegħu.

Tali regoli għandhom jispeċifikaw liema riskji mhumiex koperti.

2.   Il-benefiċċji li jridu jiġu mħallsa għandhom ikunu kif ġej:

(a)

Fil-każ ta' mewt:

 

Ħlas lill-persuni mniżżla hawn taħt ta' somma waħda f'daqqa li hi daqs ħames darbiet is-salarju bażiku annwali tal-mejjet kalkulata b'referenza għall-ammonti ta' kull xahar ta' salarju rċevut matul it-12-il xahar qabel l-aċċident:

lill-konjugi u lit-tfal tal-membru mejjet tal-persunal temporanju skond il-liġi tas-suċċessjoni li tirregola l-assi tal-membru tal-persunal temporanju; l-ammont li jrid jiġi mħallas lill-konjugi m' għandux, madankollu, ikun inqas minn 25 % tas-somma waħda f'daqqa;

fejn ma hemm l-ebda persuni tal-kategorija ta' hawn fuq, lid-dixxendenti l-oħra skond il-liġi tas-suċċessjoni li tirregola l-assi tal-membru tal-persunal temporanju;

fejn ma hemm l-ebda persuni ta' kwalunkwe waħda miż-żewġ kategoriji ta' hawn fuq, lill-familjari fil-linja axxendenti skond il-liġi tas-suċċessjoni li tirregola l-assi tal-membru tal-persunal temporanju;

fejn ma hemm l-ebda persuni minn kwalunkwe waħda mit-tlett kategoriji hawn fuq, lill-Aġenzija.

(b)

Fil-każ ta' invalidità permanenti totali:

 

Ħlas lill-membru tal-persunal temporanju ta' somma waħda f'daqqa li hi daqs tmien darbiet is-salarju bażiku annwali tiegħu kalkulat abbażi ta' l-ammonti fix-xahar ta' salarju rċevut matul it-12-il xahar qabel l-aċċident.

(ċ)

Fil-każ ta' invalidità permanenti parzjali:

 

Ħlas lill-membru tal-persunal temporanju ta' proporzjon tas-somma prevista fis-subparagrafu (b), kalkulata b'referenza għall-iskala stabbilita fir-regoli msemmija fil-paragrafu 1.

Kif previst f'dawn ir-regoli annwalità tista' tiġi sostitwita għall-ħlasijiet previsti hawn fuq.

Il-benefiċċji mniżżla hawn fuq jistgħu jitħallsu flimkien mal-benefiċċji previsti fis-Sezzjoni B.

3.   Dawn li ġejjin dawn għandhom ukoll jiġu koperti b'mod previst fir-regoli msemmija fil-paragrafu 1: spejjeż mediċi, farmaċewtiċi, kirurġiċi, radjografiċi, ortopediċi u kliniċi, spejjeż ta' l-isptar, spejjeż għall-protesi, għall-massaġġi u spejjeż għat-trasport, u kwalunkwe spiża simili oħra magħmula bħala riżultat ta' l-aċċident jew tal-marda marbuta max-xogħol.

Ir-rimbors għandu, madankollu, jsir biss meta l-ammont imħallas lill-membru tal-persunal temporanju taħt l-Artikolu 67 ma jkopriex kompletament l-ispiża magħmula.

Artikolu 69

1.   Il-kontribuzzjonijiet tal-persunal temporanju u ta' l-Aġenzija għall-iskema ta' assigurazzjoni kontra l-mard u l-aċċidenti għandhom jiġu mħallsa kompletament lill-iskema ta' assigurazzjoni kontra l-mard u l-aċċidenti stabbilita fir-Regolamenti tal-Persunal tal-KE.

2.   Jekk, madankollu, l-eżami mediku previst fl-Artikolu 36 juri li l-impjegat qed isofri minn mard jew minn invalidità, l-AACC tista' tiddeċiedi li l-ispejjeż li jirriżultaw minn tali mard jew invalidità għandhom jiġu esklużi mir-rimbors ta' l-ispiża prevista fl-Artikolu 67.

Jekk membru tal-persunal temporanju jagħti prova li ma jistax jikseb kopertura taħt kwalunkwe skema oħra ta' assigurazzjoni kontra l-mard prevista bil-ligi jew b'regolament, hu jista', b'applikazzjoni magħmula sa mhux aktar tard minn xahar wara li jiskadi l-kuntratt tiegħu, ikompli jibbenefika mill-kopertura kontra l-mard prevista fl-Artikoli 67 u 68, għal perijodu ta' mhux aktar minn sitt xhur wara li jiskdadi l-kuntratt tiegħu. Il-kontribuzzjonijiet previsti fl-Artikolu 67(2) għandhom ikunu ibbażati fuq l-aħħar salarju bażiku tiegħu u għalhekk nofs għandhom jitħallsu minnu.

3.   Ir-rata ta' kontribuzzjoni għandha tkun riveduta u addattata mill-Kunsill kif meħtieġ wara perijodu ta' sitt snin fid-dawl tar-riskju ta' mard u aċċidenti tal-persunal temporanju ta' l-Aġenzija.

4.   L-AACC tista', wara li tikseb il-parir ta' l-uffiċjal mediku awtorizzat mill-Aġenzija, tiddeċiedi li l-limitu ta' żmien ta' xahar li fih trid issir l-applikazzjoni u l-limitu ta' sitt xhur previsti fil-paragrafu 2 m' għandhomx japplikaw fejn il-persuna konċernata tkun qed issoffri minn marda serja jew fit-tul li qabdet lill-persuna matul l-impjieg tagħha, li hi tkun irrappurtat lill-Aġenzija qabel it-tmiem tal-perijodu ta' sitt xhur previst fil-paragrafu 2, fuq il-kondizzjoni li l-persuna konċernata tagħmel eżami mediku organizzat mill-Aġenzija.

Artikolu 70

1.   Ex-membru tal-persunal temporanju li hu qiegħed meta s-servizz tiegħu ma' l-Aġenzija jkun ġie mitmum:

li mhux qed jirċievi allowance għall-invalidità mill-Aġenzija,

li s-servizz tiegħu mhux mitmum b'riżenja jew bi tħassir tal-kuntratt għal raġunijiet dixxiplinari,

li kkonkluda minimu ta' sitt xhur ta' servizz,

u li hu residenti fi Stat Membru ta' l-UE,

għandu jkun eliġibbli għall-allowance tal-qgħad fix-xahar taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti hawn taħt.

Fejn għandu d-dritt għall-benefiċċji tal-qgħad taħt skema nazzjonali, għandu jkun obbligat li jiddikjara dan lill-Aġenzija. F'tali każijiet, l-ammont ta' dawk il-benefiċċji jiġi mnaqqas mill-allowance mħallsa taħt il-paragrafu 3.

2.   Biex ikun eliġibbli għal din l-allowance tal-qgħad, l-ex membru tal-persunal temporanju għandu:

(a)

jkun reġistrat, fuq talba tiegħu stess, ma' l-awtoritajiet ta' l-impjieg ta' l-Istat Membru ta' l-UE fejn jistabbilixxi r-residenza tiegħu, bħala li qed ifittex impjieg;

(b)

jissodisfa l-obbligi stabbiliti mil-liġi ta' dak l-Istat Membru ta' l-UE għal persuni li qed jirċievu benefiċċji tal-qgħad taħt dik il-liġi;

(ċ)

kull xahar jibgħat lill-Aġenzija ċertifikat maħruġ mill-awtorità ta' l-impjieg nazzjonali kompetenti li jiddikjara jekk ikunx issodisfa jew le l-obbligi u l-kondizzjonijiet imsemmija f' subparagrafi (a) u (b).

L-allowance tista' tingħata jew tinżamm mill-Aġenzija, anki fejn l-obbligi nazzjonali msemmija taħt subparagrafu (b) ma jkunux ġew sodisfatti, f'każijiet ta' mard, ta' aċċidenti, ta' maternità, ta' invalidità jew f'każ ta' sitwazzjoni rikonoxxuta bħala li hi simili jew fejn l-awtorità nazzjonali, responsabbli biex twettaq dawk l-obbligi, tkun tat dispensa.

Il-Bord Direttiv għandu jistabbilixxi tali disposizzjonijiet kif hu jikkunsidra meħtieġa biex jiġi applikat dan l-Artikolu.

3.   L-allowance tal-qgħad għandha tkun stabbilita b'referenza għas-salarju bażiku miksub mill-ex membru tal-persunal temporanju fil-ħin tat-tmiem tas-servizz tiegħu. L-allowance għandha tkun stabbilita għal:

(a)

60 % tas-salarju bażiku għal perijodu inizzjali ta' 12-il xahar,

(b)

45 % tas-salarju bażiku mit-13-il xahar sa' l-24 xahar,

Ħlief matul perijodu inizzjali ta' sitt xhur, li fih l-iktar limitu baxx speċifikat hawn taħt huwa applikabbli imma l-limitu l-għoli mhuwiex, l-ammonti hekk kalkolati ma jistgħux ikunu la inqas minn EUR 1 171,52 u lanqas ma jistgħu jaqbżu l-EUR 2 343,04. Dawn il-limiti għandhom jiġu aġġustati skond l-istess regoli bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-KE, skond l-Artikolu 65 ta' dawk ir-Regolamenti.

4.   Il-perijodu li matulu l-allowance tal-qgħad trid tiġi mħallsa lil ex-membru tal-persunal temporanju ma tistax tkun iktar minn 24 xahar mid-data tat-tmiem ta' servizz u ma għandha fl-ebda każ taqbeż l-ekwivalenti ta' terz tat-tul attwali tas-servizz imwettaq. Madankollu, jekk, matul dak il-perijodu, l-ex membru tal-persunal temporanju ma jibqax jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, il-ħlas ta' l-allowance tal-qgħad għandu jiġi sospiż. Il-ħlas jerġa jibda' jekk, qabel it-tmiem ta' dak il-perijodu, l-ex membru tal-persunal temporanju jerġa jibda jissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija u ma jkollux dritt għall-benefiċċju nazzjonali tal-qgħad.

5.   Ex-membru tal-persunal temporanju li hu eliġibbli għall-allowance tal-qgħad għandu jkollu d-dritt għall-allowance tal-familja skond l-istess regoli bħal dawk previsti fl-Artikolu 67 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-KE. L-allowance tal-familja għandha tiġi kalkolata abbażi ta' l-allowance tal-qgħad taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 ta' l-Anness V.

Il-persuna konċernata għandha tkun obbligata li tiddikjara kwalunkwe allowance ta' l-istess tip imħallsa lilha jew lill-konjugi tagħha minn fonti oħra; tali allowances għandhom jiġu mnaqqsa minn dawk li jridu jiġu mħallsa abbażi ta' dan l-Artikolu.

Ex-membru tal-persunal temporanju li huwa eliġibbli għall-allowance tal-qgħad għandu jkollu d-dritt, kif previst fl-Artikolu 67 għall-koperta ta' assigurazzjoni kontra l-mard mingħajr ma jkollu għalfejn jagħti kwalunkwe kontribuzzjoni.

6.   L-allowance tal-qgħad u l-allowance tal-familja għandhom jiġu mħallsa mill-Fond Speċjali tal-Qgħad f'euro. L-ebda koeffiċjent ta' korrezzjoni m' għandu jkun applikabbli.

7.   Membri tal-persunal temporanju għandhom jikkontribwixxu terz tal-finanzjament ta' l-iskema ta' assigurazzjoni kontra l-qgħad. Dik il-kontribuzzjoni għandha tkun stabbilita għal 0,81 % tas-salarju bażiku tal-persuna konċernata wara li jiġi mnaqqas allowance standard ta' EUR 1 065, 02 u mingħajr ma jittieħed kont tal-koeffiċjenti ta' korrezzjoni previsti fl-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-KE.

Il-kontribuzzjoni għandha titnaqqas kull xahar mis-salarju tal-persuna konċernata u mqiegħda, flimkien maż-żewġ terzi li jkun baqa' li jaqgħu fuq l-Aġenzija, fil-Fond Speċjali tal-Qgħad stabbilit skond l-Artikolu 28a tal-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Impjegati Oħra tal-Komunitajiet kif stabbiliti bir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (minn hawn 'il quddiem imsejħa ”CEOS tal-KE”). Ir-rata ta' kontribuzzjoni għandha tkun riveduta u adattata mill-Kunsill kif meħtieġ wara perijodu ta' 6 snin fid-dawl tar-riskju ta' qgħad tal-persunal temporanju ta' l-Aġenzija.

8.   L-allowance tal-qgħad imħallas lill-ex membru tal-persunal temporanju li huwa qiegħed għandhom ikunu suġġetti għall-istess regoli bħal dawk previsti bir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68.

9.   Id-dipartimenti nazzjonali b'responsabbiltà għall-impjieg u l-qgħad, filwaqt li jaġixxu skond il-liġi nazzjonali tagħhom, u l-Aġenzija għandhom jikkoperaw ma' xulxin b'mod effettiv sabiex jiżguraw li dan l-Artikolu huwa applikat sew.

10.   L-arranġamenti dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu suġġetti għall-istess regoli bħal dawk stabbiliti bi ftehim reċiproku bejn l-Istituzzjonijiet tal-Komunita' mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tas-subparagrafu finali tal-paragrafu 2.

Artikolu 71

1.   Meta jitwieled tifel/tifla lil membru tal-persunal temporanju, il-persuna li għandha l-kura attwali tat-tifel/tifla għandha tirċievi għotja ta' EUR 198,31.

L-istess għotja għandha tiġi mħallsa lil membru tal-persunal temporanju li jadotta tifel/tifla li għandu/ha inqas minn ħames snin u huwa/hija dipendenti fis-sens ta' l-Artikolu 2(2) ta' l-Anness V.

2.   Din l-għotja għandha tkun ukoll pagabbli fil-każ ta' tmiem ta' tqala wara mhux inqas minn seba' xhur.

3.   Il-persuna li tirċievi l-għotja fl-okkażjoni tat-twelid ta' tifel/tifla għandha tiddikjara kwalunkwe għotjiet ta' l-istess natura li ġew rċevuti minn fonti oħrajn għall-istess tifel/tifla; tali għotjiet għandhom jiġu mnaqqsa mill-għotja prevista hawn fuq. Fejn iż-żewġ ġenituri huma membri tal-persunal temporanju ta' l-Aġenzija, l-għotja għandha tiġi mħallsa darba biss.

Artikolu 72

Fil-każ tal-mewt ta' membru tal-persunal temporanju, il-konjugi ta' membru tal-persunal temporanju jew it-tifel/tifla dipendenti, jew kwalunkwe persuna dipendenti oħra fis-sens ta' l-Artikolu 2 ta' l-Anness V li għex(et) bħala parti mill-familja tal-membru tal-persunal temporanju, l-Aġenzija għandha tirrimborsa l-ispejjeż involuti fit-trasportazzjoni tal-ġisem mill-post ta' l-impjieg tal-membru tal-persunal temporanju għall-post ta' l-oriġini tiegħu.

Madankollu, fil-każ tal-mewt ta' membru tal-persunal temporanju waqt missjoni, l-Aġenzija għandha tħallas l-ispejjeż involuti fit-trasportazzjoni tal-ġisem mill-post fejn isseħħ il-mewt għall-post ta' l-oriġini tal-membru tal-persunal temporanju.

Artikolu 73

Jistgħu jsiru rigali, self jew avvanzi lill-persunal temporanju matul il-validità tal-kuntratt tagħhom jew wara li jiskadi l-kuntratt meta, bħala riżultat ta' marda serja fit-tul jew ta' diżabilità li kellhom bidu matul l-impjieg tiegħu, jew fil-każ ta' aċċident li seħħ matul l-impjieg tiegħu, il-membru tal-persunal temporanju mhux kapaċi jaħdem u jagħti prova li tali marda jew aċċident mhiex/mhux kopert(a) bi skema oħra ta' sigurtà soċjali.

Sezzjoni B

Assigurazzjoni kontra invalidità u mewt

Artikolu 74

Membri tal-persunal temporanju huma assigurati skond id-disposizzjonijiet li ġejjin kontra r-riskju ta' mewt u ta' invalidità li jseħħu matul l-impjieg tagħhom.

Il-ħlasijiet u l-benefiċċji previsti f'din is-Sezzjoni għandhom jiġu sospiżi jekk skond dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, ir-remunerazzjoni li membru tal-persunal temporanju jirċievi fir-rigward ta' l-impjieg tiegħu hija sospiża.

Artikolu 75

Fejn l-eżami mediku magħmul qabel membru tal-persunal temporanju jiġi impjegat juri li jsofri minn mard jew invalidità, l-AACC tista', sa fejn għandhom x'jaqsmu riskji li jirriżultaw minn tali mard jew invalidità, tiddeċiedi li tagħtih dritt għall-benefiċċji garantiti fir-rigward ta' invalidità jew mewt biss wara perijodu ta' ħames snin mid-data ta' meta jidħol fis-servizz ta' l-Aġenzija.

Il-membru tal-persunal temporanju jista' jappella kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Kumitat ta' l-Invalidità li għandu jiġi stabbilit mill-Aġenzija. Skond ftehim bejn l-Aġenzija u l-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, l-Aġenzija tista' tagħmel użu mill-Kumitat ta' l-Invalidità tal-Kunsill.

Artikolu 76

1.   Membru tal-persunal temporanju li qed isofri minn invalidità totali u li, minħabba dik ir-raġuni, huwa obbligat jissospendi l-impjieg ma' l-Aġenzija għandu jkollu d-dritt, għal kemm iddum l-invalidità, għal allowance għall-invalidità, li l-ammont tagħha għandu jiġi determinat kif ġej.

Jekk membru tal-persunal temporanju, li jkun qed jirċievi allowance għall-invalidità, jilħaq il-65 sena, ir-regoli ġenerali dwar l-għotja ta' tmiem ta' mjieg għandhom jiġu applikati L-ammont ta' l-għotja ta' tmiem ta' mjieg għandha tiġi bbażata fuq is-salarju għall-grad u l-iskala okkupati mill-impjegat meta sar invalidu.

2.   L-allowance għall-invalidità għandha tkun 70 % tas-salarju bażiku finali tal-membru tal-persunal temporanju. Madankollu, m' għandux ikun inqas mill-figura minima ta' sussistenza, jiġifieri, is-salarju bażiku ta' membru tal-persunal temporanju tal-KE fl-ewwel skala tal-Grad 1. L-allowance ta' l-invalidità għandha tkun suġġetta għal kontribuzzjonijiet għall-iskema tal-pensjoni, kalkolata abbażi ta' dik l-allowance.

3.   Fejn l-invalidità tal-membru tal-persunal temporanju tirriżulta minn aċċident li jseħħ fit-twettiq tad-doveri tiegħu jew b'konnessjoni ma' dan, jew tirriżulta minn marda marbuta max-xogħol, minn att ta' spirtu pubbliku jew milli wieħed ipoġġi ħajtu f'riskju biex isalva bniedem ieħor, l-allowance għall-invalidità għandu jkun ta' mhux inqas minn 120 % tal-figura minima ta' sussistenza. F'tali każijiet il-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni għandhom jitħallsu mill-budget ta' l-Aġenzija.

4.   Fil-każ ta' invalidità miġjuba deliberatament mill-membru tal-persunal temporanju, l-AACC tista' tiddeċiedi li hu għandu jirċievi biss l-għotja prevista fl-Artikolu 85.

5.   Persuni li għandhom id-dritt għall-allowance ta' l-invalidità għandhom ikollhom id-dritt ukoll għall-allowance tal-familja determinati skond l-Artikolu 59(3). Skond l-Anness V, l-allowance tal-familja għandha tiġi determinata abbażi ta' l-allowance ta' dak li jkun qed jirċieviha.

Artikolu 77

1.   L-invalidità għandha tiġi stabbilita mill-Kumitat ta' l-Invalidità msemmi fl-Artikolu 75.

2.   L-Aġenzija jista' tkun teħtieġ eżamijiet perijodiċi ta' dak li jkun qed jirċievi allowance għall-invalidità biex tistabbilixxi li hu għadu jissodisfa l-kondizzjonijiet għall-ħlas ta' dik l-allowance. Jekk il-Kumitat ta' l-Invalidità jsib li dawn il-kondizzjonijiet ma għadhomx jiġu sodisfatti, il-membru tal-persunal temporanju għandu jerġa jibda s-servizz ma' l-Aġenzija, sakemm il-kuntratt tiegħu ma jkunx skada.

Madankollu, jekk jirriżulta li hu impossibli li l-persuna konċernata tiġi impjegata fis-servizz ta' l-Aġenzija, il-kuntratt jista' jiġi mitmum suġġett għall-ħlas ta' ammont li jikkorrispondi għar-remunerazzjoni li kieku kienet tiġi mħallsa matul il-perijodu ta' avviż u, fejn applikabbli, għall-kumpens għat-tmiem tal-kuntratt previst fl-Artikolu 95. L-Artikolu 85 għandu japplika wkoll.

Artikolu 78

Il-persuni li għandhom dritt minħabba membru mejjet tal-persunal temporanju, kif determinat skond l-istess regoli bħal dawk stabbiliti fil-Kapitolu 3 ta' l-Anness VI, għandhom ikollhom id-dritt għall-pensjoni tas-sopravissut kif previst fl-Artikoli 79 sa 82.

Fejn ex-membru tal-persunal temporanju li jkun qed jirċievi allowance għall-invalidità jmut, il-persuni li għandhom dritt taħt il-membru l-mejjet tal-persunal temporanju, kif definit fil-Kapitolu 3 ta' l-Anness VI, għandu jkollhom id-dritt għall-pensjoni tas-sopravissut kif previst f'dak l-Anness.

Jekk għal iktar minn sena ma jkunx magħruf il-post fejn ikun jinsab membru tal-persunal temporanju, jew ex-membru tal-persunal temporanju li jkun qed jirċievi allowance għall-invalidità, il-pensjonijiet provviżorji lill-konjugi tiegħu jew lill-persuni oħra rikonoxxuti bħala d-dipendenti tiegħu għandhom jiġu determinati skond l-istess regoli bħal dawk stabbiliti fil-Kapitoli 5 u 6 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-KE.

Artikolu 79

Id-dritt li wieħed jirċievi ħlas ta' pensjoni għandu jkollu effett mill-ewwel jum tax-xahar wara dak li fih isseħħ il-mewt jew, fejn applikabbli, fl-ewwel jum tax-xahar wara l-perijodu li matulu l-armla/armel tal-mejjet, l-orfni jew id-dipendenti ħajjin, jirċievu l-qliegħ tiegħu taħt l-Artikolu 59(8).

Artikolu 80

L-armla/armel ta' membru tal-persunal temporanju għandu/ha jkollu/ha d-dritt għall-pensjoni tas-sopravissut skond il-Kapitolu 3 ta' l-Anness VI. Il-pensjoni għandha tkun mhux inqas minn 35 % tas-salarju bażiku finali fix-xahar li kien jaqla' l-membru tal-persunal temporanju, u lanqas inqas mis-salarju bażiku ta' membru tal-persunal temporanju tal-KE fl-ewwel skala tal-grad 1.

Persuna li tkun qed tieħu l-pensjoni tas-sopravissut għandu/ha jkollu/ha d-dritt, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness V għall-allowances tal-familja speċifikati fl-Artikolu 59 (3). Madankollu, l-allowance ta' tfal dipendenti għandha tkun daqs id-doppju ta' l-ammont ta' l-allowance previst fl-Artikolu 59(3)(b).

Artikolu 81

Fejn membru tal-persunal temporanju jew persuna li għandha d-dritt għall-allowance ta' l-invalidità j/tmut mingħajr ma j/tħalli konjugi bid-dritt għall-pensjoni tas-sopravissut, it-tfal dipendenti fuq il-mejjet fis-sens ta' l-Artikolu 2 ta' l-Anness V fil-ħin tal-mewt tiegħu għandu jkollhom id-dritt għall-pensjoni ta' l-orfni skond l-Artikolu 10 ta' l-Anness VI.

L-istess dritt għal pensjoni għandu japplika għal tfal li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' hawn fuq fil-każ tal-mewt jew taż-żwieġ mill-ġdid ta' l-armla/armel li j/tkun qed j/tirċievi l-pensjoni tas-sopravissut.

Fejn membru tal-persunal temporanju jew persuna li għandha dritt għall-allowance ta' l-invalidità i/tmut imma l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel paragrafu mhumiex sodisfatti, it-tfal dipendenti fis-sena ta' l-Artikolu 2 ta' l-Anness V għandhom ikollhom id-dritt għall-pensjoni ta' l-orfni skond l-Artikolu 10 ta' l-Anness VI; il-pensjoni għandha, madankollu, tkun daqs nofs il-pensjoni kalkolata skond dak l-Artikolu.

Għal persuni trattati bħala tfal dipendenti fis-sens ta' l-Artikolu 2(4) ta' l-Anness V, il-pensjoni ta' l-orfni ma tistax taqbeż ammont daqs id-doppju ta' l-allowance tat-tfal dipendenti.

M' għandha titħallas ebda pensjoni ta' l-orfni fejn ġenitur naturali li ġie sostitwit minn ġenitur adottiv imut.

L-orfni għandhom ikollhom id-dritt għall-allowance ta' l-edukazzjoni skond l-Artikolu 3 ta' l-Anness V.

Artikolu 82

Fil-każ ta' divorzju jew fejn hemm iktar minn kategorija waħda ta' persuni li jibqgħu ħajjin li jikkwalifikaw biex jieħdu pensjoni tas-sopravissut, tali pensjoni għandha tiġi mqassma fil-mod previst fl-Anness VI.

Artikolu 83

1.   Minkejja kwalunkwe disposizzjonijiet oħra, b'mod partikolari dawk dwar l-ammonti minimi li jridu jiġu mħallsa lil persuni li għandhom id-dritt għall-pensjoni tas-sopravissut, l-ammont totali li għandu jiġi mħallas lill-armla/armel u lill-persuni oħra li għandhom id-dritt, f'pensjoni tas-sopravissut miżjuda b'allowances tal-familja mnaqqsa t-taxxa u tnaqqis obbligatorju ieħor ma jistax jaqbeż dan li ġej:

(a)

fil-każ tal-mewt ta' membru tal-persunal temporanju li jkun f'impjieg attiv jew fuq leave għal raġunijiet personali jew fuq leave minħabba servizz militari jew fuq leave tal-ġenituri jew fuq leave tal-familja, l-ammont tar-remunerazzjoni li l-membru tal-persunal temporanju kien kieku jirċievi fl-istess grad u skala li kieku kien għadu fis-servizz, flimkien ma' kwalunkwe allowances tal-familja li rċieva f'dak il-każ u mnaqqsa t-taxxa u tnaqqis ieħor obbligatorju;

(b)

għall-perijodu wara d-data li fiha l-membru tal-persunal temporanju msemmi f'(a) hawn fuq kien jagħlaq il-65 sena, l-ammont ta' l-għotja minħabba tmiem ta' impjieg li kien ikollu dritt għalih wara dan, li kieku kien ħaj, ibbażat fuq l-istess grad u skala fil-ħin tal-mewt, flimkien ma' kwalunkwe allowances tal-familja li kieku kien jirċievi, imnaqqsa t-taxxa u tnaqqis ieħor obbligatorju;

(ċ)

fil-każ tal-mewt ta' ex-membru tal-persunal temporanju li għandu d-dritt għall-allowance ta' l-invalidità, l-ammont tal-pensjoni li kien kieku jkollu d-dritt għalih, li kieku kien ħaj, suġġett għall- allowances u t-tnaqqis imsemmija f' subparagrafu (b);

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, m' għandux jingħata każ ta' ippeżar li jista' jaffettwa l-ammonti varji in kwistjoni.

3.   L-ammont massimu kif definit fis-subparagrafi (a) sa (ċ) ta' paragrafu 1 għandu jitqassam fost il-persuni li għandhom id-dritt għall-pensjoni tas-sopravissut fi proporzjon mad-drittijiet rispettivi tagħhom, mingħajr ma jingħata każ tal-paragrafu 1 għal dan il-għan.

It-tieni u t-tielet subparagrafi ta' l-Artikolu 84(1) għandhom japplikaw għall-ammonti hekk imqassma.

Artikolu 84

1.   Il-pensjonijiet previsti hawn fuq għandhom jiġu kalkolati b'referenza għall-iskali tas-salarji fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar li fih jibda d-dritt.

L-ebda koeffiċjent ta' korrezzjoni m' għandu jkun applikabbli għall-pensjonijiet.

Pensjonijiet espressi f'euro għandhom jiġu mħallsa f'waħda mill-muniti msemmija fl-Artikolu 29 ta' l-Anness VI.

2.   Fejn, skond l-Artikolu 59, ir-remunerazzjonijiet huma adattati, l-istess adattazzjoni għandha tiġi applikata għall-pensjonijiet.

3.   Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw b'analoġija għal dawk li jkunu qed jirċievu l-allowance għall-invalidità.

Sezzjoni Ċ

Għotja ta' tmiem ta' mpjieg

Artikolu 85

Meta jkun ser jitlaq is-servizz, membru tal-persunal kontrattwali għandu jkollu d-dritt għall-ħlas ta' l-għotja ta' tmiem ta' mpjieg jew għat-trasferiment ta' l-attwarji ekwivalenti tad-drittijiet tiegħu għall-pensjoni ta' l-irtirar skond l-Artikolu 1 ta' l-Anness VI.

Artikolu 86

Fejn membru tal-persunal temporanju jkun eżerċita l-għażla prevista fl-Artikolu 90, l-għotja ta' tmiem ta' mpjieg tiegħu għandha tiġi mnaqqsa b'mod proporzjonat fir-rigward tal-perijodu li fihom inġibdu s-somom.

L-ewwel subparagrafu m' għandux japplika għal membru tal-persunal temporanju li, fit-tliet xhur wara l-applikazzjoni għalih ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, jitlob li jitħalla jħallas lura tali somom flimkien ma' imgħax kompost bir-rata ta' 3,5 % fis-sena, li tista' tiġi riveduta skond l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 87.

Artikolu 87

1.   Ir-rata għall-kalkolu ta' l-imgħax kompost għandha tkun ir-rata effettiva msemmija fil-paragrafi 2 u 3 u għandha, jekk meħtieġ, tiġi riveduta fl-okkażjoni tal-valutazzjonijiet attwarjali ta' kull ħames snin.

2.   Ir-rati ta' l-interessti li għandu jittieħed kont tagħhom għall-kalkoli attwarjali għandhom ikunu abbażi tar-rati osservati ta' l-interessi medji annwali fuq id-dejn pubbliku fit-tul ta' żmien ta' l-Istati Membri kif pubblikati mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej. Indiċi xierqa tal-prezzijiet tal-konsumatur għandu jintuża biex tiġi kalkulata r-rata netta ta' interessi korrispondenti ta' inflazzjoni kif meħtieġ għall-kalkoli attwarjali.

3.   Ir-rata annwali effettiva li għandu jittieħed kont tagħha għall-kalkoli attwarjali għandha tkun l-medja tar-rati ta' l-interessi medji reali għat-12-il sena li jippreċedu s-sena kurrenti.

Sezzjoni D

Finanzjament ta' l-iskema ta' assigurazzjoni għall-invalidità u fuq il-ħajja u ta' l-iskema tal-pensjoni

Artikolu 88

1.   Benefiċċji mħallsa taħt l-iskema tas-sigurtà soċjali prevista fis-Sezzjonijiet B u Ċ għandhom jitħallsu mill-budget ta' l-Aġenzija. L-Istati Membri li qed jipparteċipaw fl-Aġenzija għandhom b'mod konġunt jiggarantixxu ħlas ta' tali benefiċċji skond l-iskala stabbilita għall-finanzjament ta' tali spiża.

2.   Fil-każijiet kollha s-salarji u l-allowances għall-invalidità għandhom ikunu suġġetti għat-tnaqqis tal-kontribuzzjoni ta' l-iskema tas-sigurtà soċjali prevista fis-Sezzjoni B.

3.   Il-finanzjament ta' l-iskema tas-sigurtà soċjali prevista fis-Sezzjonijiet B u Ċ, għandu jkun kif stabbilit fl-Artikolu 89 ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikoli 21 u 22 ta' l-Anness VI.

4.   Il-kontribuzzjonijiet tal-persunal temporanju u ta' l-Aġenzija għall-iskema tas-sigurtà soċjali prevista fis-Sezzjonijiet B u Ċ għandhom jiġu mħallsa kompletament lill-budget ta' l-Aġenzija.

Artikolu 89

Il-Membri tal-persunal temporanju għandhom jikkontribwixxu terz ta' l-ispiża ta' finanzjament ta' din l-iskema tal-pensjoni. Il-kontribuzzjoni għandha tkun ta' 9,25 % tas-salarju bażiku tal-membru tal-persunal temporanju, mingħajr ma jittieħed kont ta' l-ippeżar previst fl-Artikolu 59. Il-kontribuzzjoni għandha titnaqqas kull xahar mis-salarji tal-membru tal-persunal temporanju. Il-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu aġġustati skond l-istess regoli bħal dawk stabbiliti fl-Anness XII tar-Regolament tal-Persunal tal-KE.

Artikolu 90

Skond il-kondizzjonijiet li jridu jiġu stabbiliti mill-Aġenzija, membru tal-persunal temporanju jista' jitlob lill-Aġenzija biex jitwettqu kwalunkwe ħlasijiet li hu mitlub jagħmel biex jikkostitwixxi jew iżomm id-drittijiet għall-pensjoni fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu. L-Aġenzija tista' tiddeċiedi wkoll li tagħmel kwalunkwe ħlasijiet li membru tal-persunal temporanju huwa mitlub li jagħmel sabiex jikkostitwixxi jew iżomm id-drittijiet tiegħu għall-pensjoni fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu, anki fin-nuqqas ta' talba minn tali membru tal-persunal temporanju. F'tali każ, l-Aġenzija għandha debitament tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha.

Tali ħlasijiet m' għandhomx jaqbżu d-doppju tar-rata prevista fl-Artikolu 89 u għandhom jitħallsu mill-budget ta' l-Aġenzija.

Sezzjoni E

Ħlas ta' pretensjonijiet minn persunal temporanju

Artikolu 91

L-iskema ta' l-invalidità jew l-iskema tal-pensjoni tas-sopravissut huma stabbiliti fl-Artikoli 19 sa 23 ta' l-Anness VI.

Sezzjoni F

Ħlas ta' benefiċċji

Artikolu 92

1.   Il-ħlas ta' benefiċċji għandu jsir skond l-Artikoli 83 sa 84 ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal u skond l-Artikolu 28 ta' l-Anness VI.

2.   Kwalunkwe somom dovuti minn membru tal-persunal temporanju lill-Aġenzija taħt din l-iskema ta' assigurazzjoni fid-data meta l-benefiċċji għandhom jiġu mħallsa għandhom jiġu mnaqqsa mill-ammont tal-benefiċċju tiegħu jew mill-benefiċċji li għandhom jiġu mħallsa lil dawk li għandhom dritt taħtu. It-tnaqqis jista' jiġi mifrux fuq numru ta' xhur.

Sezzjoni G

Surroga favur l-Aġenzija

Artikolu 93

1.   Fejn il-mewt, il-korriment aċċidentali jew il-mard ta' persuna koperta minn dawn ir-Regolament tal-Persunal hija/huwa ikkawżat minn parti terza, l-Aġenzija għandha, fir-rigward ta' l-obbligi li jaqgħu fuqhom taħt dawn ir-Regolamenti tal-Persunal konsegwenti fuq l-każ li jkun ikkawża tali mewt, korriment jew mard, tkun surrogata għad-drittijiet, inklużi d-drittijiet għal azzjoni, tal-vittma jew ta' dawk li għandhom dritt taħtu kontra l-parti terza.

2.   Is-surroga prevista fil-paragrafu 1 għandha testendi inter alia għal dawn li ġejjin:

ħlas kontinwu ta' remunerazzjoni skond l-Artikolu 52 lill-membru tal-persunal temporanju matul il-perijodu meta huwa temporanjament mhux tajjeb għax-xogħol,

ħlasijiet magħmula skond l-Artikolu 59(8) wara l-mewt ta' membru tal-persunal temporanju jew ta' persuna intitolata għal allowance ta' l-invalidita',

benefiċċji mħallsa taħt l-Artikoli 67 u 68 u r-regoli implimentattivi tagħhom, relatati ma' assigurazzjoni kontra l-mard u l-aċċidenti,

ħlas ta' l-ispejjeż involuti fit-trasportazzjoni tal-ġisem, kif imsemmi fl-Artikolu 72,

allowances supplementari tal-familja mħallsa skond l-Artikolu 59(5) u skond l-Artikolu 2(3) u (5) ta' l-Anness V fir-rigward ta' tifel/tifla dipendenti li j/ssofri minn marda serja, minn infermità jew minn diżabilità,

allowances għall-invalidità mħallsa fil-każ ta' aċċident jew mard li jirriżultaw f'invalidità permanenti li ma jħallux lill-membru tal-persunal temporanju jwettaq id-doveri tiegħu,

pensjonijiet tas-sopravissut imħallsa fil-każ tal-mewt ta' membru tal-persunal temporanju jew ta' ex-membru tal-persunal temporanju jew il-mewt tal-konjugi ta' membru tal-persunal temporanju jew ta' ex-membru tal-persunal temporanju li kellu dritt għall-pensjoni, fejn il-konjugi mhux membru tal-persunal temporanju,

pensjoni ta' l-orfni mħallsa irrispettivament ta' l-età lit-tifel/tifla ta' membru tal-persunal temporanju jew ex-membru tal-persunal temporanju meta, wara l-mewt tal-persuna li fuqha kien/et dipendenti, dak/dik it-tifel/tifla, minħabba mard serju, infermità jew diżabilità ma j/tistax j/taqla' l-għixien tiegħu.

3.   Madankollu, l-Aġenzija ma għandiex tkun surrogata għal drittijiet ta' kumpens fir-rigward ta' dannu purament personali bħal ma huma l-korriment mhux materjali, id-danni għall-uġiegħ u s-sofferenza jew kumpens għal sfigurament u telf ta' kumdità iktar mill-allowance mogħtija għal dawk it-titoli taħt l-Artikolu 68.

4.   Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3 ma jistgħux ifixklu azzjoni diretta mill-Aġenzija.

KAPITOLU 7

Rkupru ta' ħlas żejjed

Artikolu 94

Kwalunkwe somma mħallsa żejda għandha tiġi rkuprata jekk dak li jkun rċeviha kien konxju li ma kien hemm l-ebda raġuni dovuta għall-ħlas jew jekk tant kien ovvju li l-ħlas kien żejjed li dak li jkun rċevih ma setax ma jindunax b'dan.

It-talba għall-irkupru għandha ssir sa mhux aktar tard minn ħames snin mid-data li fiha s-somma kienet imħallsa. Fejn l-AACC tista' tistabbilixxi li dak li jkun rċieviha żgwida b'mod deliberat lill-amministrazzjoni bil-ħsieb li jikseb is-somma konċernata, it-talba għall-irkupru ma għandiex tiġi invalidata anki jekk dan il-perijodu jkun għadda.

KAPITOLU 8

Tmiem ta' impjieg

Artikolu 95

Minbarra mill-waqfien fil-każ ta' mewt, l-impjieg ta' persunal temporanju għandu jieqaf:

(a)

fl-aħħar tax-xahar li fih il-membru tal-persunal temporanju jilħaq il-65 sena;

(b)

fid-data dikjarata fil-kuntratt; jew

(ċ)

fit-tmiem tal-perijodu ta' avviż speċifikat fil-kuntratt li jagħti lill-membru tal-persunal temporanju jew lill-Aġenzija l-għażla li jintemm l-impjieg qabel. Il-perijodu ta' avviż m' għandux ikun inqas minn xahar għal kull sena ta' servizz, suġġett għal minimu ta' xahar u għal massimu ta' tliet xhur.

Għal persunal temporanju li l-kuntratti tagħhom ġew imġedda l-massimu għandu jkun ta' sitt xhur. Il-perijodu ta' avviż m' għandux, madankollu, jibda' jgħodd matul il-leave tal-maternità jew leave tal-mard, sakemm tali leave tal-mard ma jaqbiżx it-tlett xhur. Għandu, barra minn hekk, jiġi sospiż matul il-leave tal-maternità jew tal-mard suġġett għal-limiti msemmija qabel. Jekk l-Aġenzija ttemm il-kuntratt, il-membru tal-persunal temporanju għandu jkollu d-dritt għal kumpens li jkun daqs terz tas-salarju bażiku tiegħu għall-perijodu bejn id-data meta d-doveri tiegħu jispiċċaw u d-data meta l-kuntratt tiegħu jiskadi; jew

(d)

fejn il-membru tal-persunal temporanju ma għadux jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 36(2), punt (a), suġġett għall-possibilità li tiġi awtorizzata eċċezzjoni taħt din id-disposizzjoni. Jekk l-eċċezzjoni ma tiġix awtorizzata, il-perijodu ta' avviż imsemmi fil-punt (ċ) għandu japplika.

Artikolu 96

L-impjieg jista' jiġi mitmum mill-Aġenzija mingħajr avviż:

(a)

matul jew fit-tmiem tal-perijodu ta' prova skond l-Artikolu 38;

(b)

jekk il-membru tal-persunal temporanju ma jistax jerġa jassumi d-doveri tiegħu fit-tmiem ta' perijodu ta' leave tal-mard imħallas kif previst fl-Artikolu 52. F'tali każ, il-membru tal-persunal temporanju għandu jirċievi allowance li hu daqs dan is-salarju bażiku, flimkien ma' allowances tal-familja bir-rata ta' jumejn għal kull xahar ta' servizz konkluż.

Artikolu 97

1.   Wara li l-proċedura dixxiplinarja prevista fit-Titolu V tkun ġiet segwita, l-impjieg jista' jiġi mitmum mingħajr avviż għal raġunijiet dixxiplinarji f'każijiet serji ta' nuqqas intenzjonat jew negliġenti min-naħa tal-persunal temporanju milli jwettqu l-obbligi tagħhom. Deċiżjoni raġunata għandha tittieħed mill-AACC, wara li l-membru tal-persunal temporanju konċernat ikun ġie mogħti opportunità biex jippreżenta d-difiża tiegħu.

Qabel ma jiġi mitmum l-impjieg tiegħu, membru tal-persunal temporanju jista' jiġi sospiż skond l-Artikolu 160.

2.   Fejn impjieg huwa mitmum skond il-paragrafu 1, l-AACC tista' tiddeċiedi:

(a)

li tillimita l-għotja ta' tmim ta' mpjieg prevista fl-Artikolu 85 għall-ħlasijiet mill-ġdid tal-kontribuzzjoni prevista fl-Artikolu 88, flimkien ma' imgħax kompost bir-rata ta' 3,5 % per annum;

(b)

li żżomm kompletament jew parzjalment l-allowance għal stabbiliment mill-ġdid previst fl-Artikolu 63(2).

Artikolu 98

1.   L-impjieg ta' membru tal-persunal temporanju għandu jiġi mitmum mill-Aġenzija mingħajr avviż jekk l-AACC tiskopri:

(a)

li fiż-żmien ta' l-ingaġġ tiegħu huwa ta deliberatament informazzjoni falza dwar il-kwalifikazzjonijiet professjonali u l-esperjenza tiegħu jew dwar il-kapaċità tiegħu li jissodisfa l-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 36(2), u

(b)

li l-informazzjoni falza mogħtija kienet fattur determinanti fl-ingaġġ tiegħu.

2.   F'tali każijiet l-AACC għandha, wara li tkun semgħat lill-membru tal-persunal temporanju konċernat, u wara li tkun ġiet segwita l-proċedura dixxiplinari prevista fit-Titolu V, tiddikjara li l-impjieg tiegħu ġie mitmum.

Qabel ma l-impjieg tiegħu jiġi mitmum, membru tal-persunal temporanju jista' jiġi sospiż skond l-Artikolu 160.

Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 97(2) għandhom japplikaw.

Artikolu 99

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 97 u 98, azzjoni dixxiplinari skond it-Titolu V ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal tista' tittieħed kontra membru tal-persunal temporanju jew ex-membru tal-persunal temporanju li jonqos b'mod intenzjonali jew b'traskuraġni milli jonora l-obbligi tiegħu skond dawn ir-Regolamenti tal-Persunal.

TITOLU III

PERSUNAL KONTRATTWALI

KAPITOLU 1

Disposizzjonijiet ġenerali

Artikolu 100

Għall-finijiet ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, “persunal kontrattwali” jfisser persunal mhux assenjat għal post inkluż fil-lista ta' postijiet allegata mal-budget ta' l-Aġenzija u ingaġġat għat-twettiq ta' doveri fuq bażi ta' full-time jew part-time .

Artikolu 101

1.   Il-persunal kontrattwali għandu jiġi mħallas mill-approprjazzjonijiet totali għall-finijiet taħt il-budget ta' l-Aġenzija.

2.   Il-Bord Direttiv għandu jadotta disposizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw l-użu ta' persunal kontrattwali, kif meħtieġ, fi ħdan il-qafas ta' l-Azzjoni Konġunta 2004/551/PESK.

3.   L-Aġenzija għandha tipprovdi previżjoni annwali indikativa għall-użu ta' persunal kontrattwali għal kull grupp funzjonali, fil-kuntest tal-proċedura tal-budget.

Artikolu 102

1.   Il-presunal kontrattwali għandu jiġi suddiviż f'erba' gruppi funzjonali li jikkorrespondu għad-doveri li għandhom jiġu mwettqa. Kull grupp funzjonali għandu jiġi suddiviż fi gradi u skali.

2.   It-tipi ta' doveri u l-grupp funzjonali korrispondenti huma murija fit-tabella li ġejja:

funzjonali Grupp

Gradi

Dmirijiet

IV

13 sa 18

Dmirijiet amministrattivi, konsultattivi, lingwistiċi u tekniċi ekwivalenti, imwettqa taħt is-superviżjoni tal-persunal temporanju.

III

8 sa 12

Dmirijiet eżekuttivi, ta' l-abbozzar, tal-kontabilità u dmirijiet tekniċi ekwivalenti, imwettqa taħt is-superviżjoni tal-persunal temporanju.

II

4 sa 7

Dmirijiet klerikali u segretarjali, amministrazzjoni ta' l-uffiċċju u dmirijiet tekniċi ekwivalenti, mwettqa taħt is-superviżjoni tal-persunal temporanju.

I

1 sa 3

Dmirijiet manwali u ta' servizz ta' sostenn għall-amministrazzjoni, imwettqa taħt is-superviżjoni tal-persunal temporanju.

3.   Abbażi ta' din it-tabella, l-Aġenzija għandha tiddefinixxi l-poteri annessi ma kull tip ta' dmirijiet.

4.   L-Artikolu 6 għandu japplika b'analoġija.

KAPITOLU 2

Drittijiet u obbligi

Artikolu 103

L-Artikoli 10 sa 34 għandhom japplikaw b'analoġija.

KAPITOLU 3

Kondizzjonijiet ta' l-ingaġġ

Artikolu 104

1.   Il-persunal kontrattwali għandu jiġi magħżul fuq l-bażi ġeografika l-iktar wiesgħa possibbli minn fost ċittadini ta' l-Istati Membri parteċipanti u mingħajr distinzjoni dwar oriġini razzjali jew etnika, twemmin politiku, filosofiku jew reliġjuż, età jew diżabilità, sess jew orjentazzjoni sesswali u mingħajr riferiment għall-istat ċivili jew is-sitwazzjoni familjari tiegħu.

2.   Ir-reklutaġġ bħala membru tal-persunal kontrattwali għandu jeħtieġ mill-inqas:

(a)

fil-grupp funzjonali I, l-ikkompletar b'suċċess ta' edukazzjoni obbligatorja;

(b)

fil-grupp funzjonali II u III:

(i)

livell ta' edukazzjoni post-sekondarja attestat permezz ta' diploma, jew

(ii)

livell ta' edukazzjoni sekondarja attestat permezz ta' diploma li tagħti aċċess għal edukazzjoni post-sekondarja, u esperjenza professjonali adegwata ta' mill-inqas tlett snin, jew

(iii)

fejn ikun ġustifikat fl-interess tas-servizz, taħriġ professjonali jew esperjenza professjonali ta' livell ekwivalenti;

(ċ)

fil-grupp funzjonali IV:

(i)

livell ta' edukazzjoni li jikkorrespondi għal studji universitarji kompluti ta' mhux anqas minn tliet snin attestat permezz ta' diploma, jew

(ii)

fejn ikun ġustifikat fl-interessi tas-servizz, taħriġ professjonali ta' livell ekwivalenti.

3.   Membru tal-persunal kontrattwali jista' ingaġġat biss bil-kondizzjoni li:

(a)

huwa ċittadin ta' wieħed mill-Istati Membri parteċipanti fl-Aġenzija u jgawdi d-drittijiet kollha tiegħu bħala ċittadin;

(b)

jkun wettaq kwalunkwe obbligi imposti fuqu mil-liġijiet li jikkonċernaw is-servizz militari;

(ċ)

jipproduċi r-referenzi xierqa dwar l-idoneità tiegħu għat-twettiq tad-doveri tiegħu;

(d)

huwa fiżikament f'saħħtu biex jaqdi d-dmirijiet tiegħu; u

(e)

jipproduċi provi ta' konoxxenza profonda ta' waħda mill-lingwi ta' l-Unjoni Ewropea u ta' konoxxenza sodisfaċenti ta' lingwa oħra ta' l-Unjoni Ewropea safejn meħtieġ għat-twettiq tad-doveri tiegħu.

4.   Fil-kuntratt inizzjali, l-AACC tista' tirrinunzja għall-ħtieġa li l-persuna konċernata għandha tipproduċi dokumenti ta' sostenn li juru li huwa jissodisfa l-kondizzjonijiet fil-punti (a), (b) u (ċ) tal-paragrafi 2 u 3 fejn l-ingaġġ tiegħu mhux għal iżjed minn tlett xhur.

5.   Il-Bord Direttiv għandu jadotta disposizzjonijiet speċifiċi dwar il-proċeduri għall-ingaġġ tal-persunal kontrattwali, kif meħtieġ, fi ħdan il-qafas ta' l-Azzjoni Konġunta 2004/551/PESK.

Artikolu 105

Qabel ma jiġi ingaġġat, membru tal-persunal kontrattwali għandu jiġi eżaminat medikament minn uffiċjal mediku awtorizzat mill-Aġenzija sabiex l-Aġenzija tista' tkun konvinta li huwa jissodisfa r-rekwiżiti ta' l-Artikolu 104(3) (d).

L-Artikolu 37 japplika b'analoġija.

Artikolu 106

1.   Membru tal-persunal kontrattwali li l-kuntratt tiegħu huwa konkluż għal perijodu ta' mill-inqas sena għandu jservi perijodu ta' prova għall-ewwel sitt xhur tal-perijodu ta' impjieg tiegħu jekk hu qiegħed fil-grupp funzjonali I u l-ewwel disa' xhur jekk hu qiegħed f'kwalunkwe grupp funzjonali ieħor.

2.   Fejn waqt il-perijodu ta' prova tiegħu membru tal-persunal kontrattwali ma setgħax iwettaq id-doveri tiegħu għal xahar jew iżjed minħabba marda jew aċċident, l-AACC tista' testendi l-perijodu ta' prova tiegħu bit-tul ta' żmien korrispondenti.

3.   Mhux inqas minn xahar qabel l-iskadenza tal-perijodu ta' prova, għandu jiġi mfassal rapport dwar il-kapaċità tal-membru tal-persunal kontrattwali li jwettaq id-doveri relatati mal-post tiegħu kif ukoll dwar il-kondotta u l-effiċjenza tiegħu fis-servizz. Ir-rapport għandu jiġi kkomunikat lill-persuna konċernata, li għandha jkollha d-dritt li tippreżenta l-kummenti tagħha bil-miktub. Membru tal-persunal kontrattwali li x-xogħol tiegħu ma nstabx adegwat biex jiġġustifika ż-żamma tiegħu fil-kariga għandu jiġi ssensjat. Madankollu, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, l-AACC tista' testendi l-perijodu ta' prova għal massimu ta' sitt xhur, u possibilment tassenja l-membru tal-persunal temporanju lil dipartiment ieħor.

4.   Rapport dwar il-membru tal-persunal kontrattwali bi prova jista' isir f'kwalunkwe mument waqt il-perijodu ta' prova jekk ikun ċar li x-xogħol tiegħu mhux adegwat. Ir-rapport għandu jiġi kkomunikat lill-persuna konċernata, li għandha jkollha d-dritt li tippreżenta l-kummenti tagħha bil-miktub. Abbażi ta' dak ir-rapport, l-AACC tista' tiddeċiedi li tkeċċi lill-membru tal-persunal kontrattwali qabel tmiem il-perijodu ta' prova billi tagħtih avviż ta' xahar.

5.   Membru tal-persunal kontrattwali mkeċċi għandu jkollu d-dritt għal kumpens daqs terz tas-salarju bażiku tiegħu għal kull xahar ta' prova mwettaq.

Artikolu 107

Il-kuntratti tal-persunal kontrattwali jistgħu jiġu konklużi għal perijodu fiss ta' mill-inqas tlett xhur u mhux iżjed minn erba' snin. Dawn jistgħu jiġu mġedda mhux aktar minn darba għal perijodu fiss ta' mhux aktar minn ħames snin. Il-kuntratt inizzjali u l-ewwel tiġdid għandu jkun ta' tul totali ta' mhux inqas minn sitt xhur għall-grupp funzjonali I u ta' mhux inqas minn disa' xhur għall-gruppi funzjonali l-oħra.

Artikolu 108

1.   Il-persunal kontrattwali għandu jiġi reklutat biss

(i)

fil-gradi 13, 14, jew 16 għall-grupp funzjonali IV,

(ii)

fil-gradi 8, 9, jew 10 għall-grupp funzjonali III,

(iii)

fil-gradi 4, jew 5 għall-grupp funzjonali II,

(iv)

fil-grad 1 għall-grupp funzjonali I.

Il-gradazzjoni ta' tali persunal kontrattwali f'kull grupp funzjonali għandha tqis il-Kwalifikazzjonijiet u l-esperjenza tal-persuni konċernati. Sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi ta' l-Aġenzija, jistgħu jitqiesu wkoll il-kondizzjonijiet tas-suq tax-xogħol kurrenti fl-Unjoni Ewropea. Fil-grad tagħhom, tali persunal kontrattwali għandu jiġu reklutat fl-ewwel skala.

2.   Fejn membru tal-persunal kontrattwali jbiddel għal post ġdid fl-istess grupp funzjonali, huwa m'għandux jiġi klassifikat fi grad jew skala aktar baxxa mill-post li kellu qabel.

Fejn membru ta' tali persunal kontrattwali jbiddel għal grupp funzjonali ogħla, huwa għandu jiġi kklassifikat fi grad u skala tali li r-remunerazzjoni tiegħu hija mill-inqas daqs dik li kellu dritt għaliha taħt il-kuntratt preċedenti.

Artikolu 109

1.   L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 40 għandu japplika b'analoġija għal persunal kontrattwali ingaġġat għal perijodu ta' mhux anqas minn sena.

2.   Membru tal-persunal kontrattwali li kien fi skala fil-grad tiegħu għal sentejn għandu javvanza awtomatikament fl-iskala f'dak il-grad.

3.   Fil-każ ta' persunal kontrattwali, klassifikazzjoni fil-grad ogħla li jmiss fl-istess grupp funzjonali għandha ssir b'deċiżjoni ta' l-Aġenzija. Din għandha tiġi effettwata billi tali persunal kontrattwali jiġi klassifikat fl-ewwel skala tal-grad ogħla li jmiss. Tali promozzjoni għandha ssir esklussivament b'selezzjoni minn fost persunal kontrattwali b'kuntratt ta' mill-inqas tlett snin li wettqu perijodu minimu ta' sentejn fil-grad tagħhom, wara konsiderazzjoni tal-meriti komparativi ta' tali persunal kontrattwali eliġibbli għal promozzjoni għal grad ogħla u tar-rapporti dwaru. Meta tikkunsidra l-meriti komparativi, l-AACC għandha b'mod partikolari tqis ir-rapporti dwar il-membri tal-persunal kontrattwali, l-użu tal-lingwi fit-twettiq tad-doveri tagħhom barra mil-lingwa li għaliha pproduċew prova ta' konoxxenza profonda skond l-Artikolu 104(3)(e) u, fejn xieraq, il-livell ta' responsabbiltajiet eżerċitati minnhom.

4.   Membru tal-persunal kontrattwali jista' jbiddel għal grupp funzjonali ogħla biss permezz ta' parteċipazzjoni f'proċedura ta' selezzjoni ġenerali.

KAPITOLU 4

Kondizzjonijiet tax-xogħol

Artikolu 110

L-Artikoli 41 sa 57 għandhom japplikaw b'analoġija.

KAPITOLU 5

Rimunerazzjoni u spejjeż

Artikolu 111

L-Artikoli 58 sa 66 għandhom japplikaw b'analoġija, suġġett għall-emendi stabbiliti fl-Artikoli 112 u 113.

Artikolu 112

L-iskala tas-salarji bażiċi għandha tkun determinata skond l-istess skala bħal dik stabbilita fl-Artikolu 93 tas-CEOS tal-KE.

Artikolu 113

Minkejja l-Artikolu 63(3), l-allowance għall-installazzjoni prevista fil-paragrafu 1 u l-allowance għal stabbiliment mill-ġdid previst fil-paragrafu 2 ta' dak l-Artikolu, m' għandhomx ikunu inqas minn:

EUR 734,76 għal membru tal-persunal kontrattwali li għandu d-dritt għall-allowance tal-familja; u

EUR 435, 62 għal membru tal-persunal kontrattwali li m' għandux d-dritt għall-allowance tal-familja.

KAPITOLU 6

Sezzjoni A

Benefiċċji tas-sigurtà soċjali

Artikolu 114

L-Artikoli 67 sa 69 għandhom japplikaw b'analoġija. Madankollu, l-Artikolu 67(4) u (5) ma għandhom japplikaw għal membru tal-persunal kontrattwali li baqa' fis-servizz ta' l-Aġenzija sa l-età ta' 63 sena, sakemm kien impjegat għal iżjed minn 3 snin bħala membru ta' tali persunal.

Artikolu 115

1.   Ex-membru tal-persunal kontrattwali li jkun qiegħed meta s-servizz tiegħu ma' l-Aġenzija jkun ġie mitmum, u:

(a)

li mhux qed jirċievi allowance għall-invalidità mill-Aġenzija.

(b)

li s-servizz tiegħu mhuwiex mitmum b'riżenja jew bi tħassir tal-kuntratt għal raġunijiet dixxiplinarji,

(ċ)

li temm minimu ta' sitt xhur ta' servizz,

(d)

li hu residenti fi Stat Membru ta' l-UE,

għandu jkun eliġibbli għall-allowance tal-qgħad fix-xahar taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti hawn taħt.

Fejn għandu d-dritt għall-benefiċċji tal-qgħad taħt skema nazzjonali, għandu jkun obbligat li jiddikjara dan lill-Aġenzija. F'tali każijiet, l-ammont ta' dawk il-benefiċċji għandu jiġi mnaqqas mill-allowance imħallsa taħt il-paragrafu 3.

2.   Biex ikun eliġibbli għal dan l-allowance tal-qgħad, il-ex-membru tal-persunal kontrattwali għandu:

(a)

jkun reġistrat, fuq talba tiegħu stess, ma' l-awtoritajiet ta' l-impjieg ta' l-Istat Membru ta' l-UE fejn jistabbilixxi r-residenza tiegħu, bħala li qed ifittex impjieg;

(b)

jissodisfa l-obbligi stabbiliti mil-liġi ta' dak l-Istat Membru ta' l-UE għal persuni li qed jirċievu benefiċċji tal-qgħad taħt dik il-liġi;

(ċ)

kull xahar jibgħat lill-Aġenzija ċertifikat maħruġ mill-awtorità nazzjonali kompetenti ta' l-impjieg li jiddikjara jekk ikunx issodisfa l-obbligi u l-kondizzjonijiet msemmija f' subparagrafi (a) u (b).

L-allowance tista' tingħata jew tinżamm mill-Aġenzija, anki fejn l-obbligi nazzjonali msemmija f' subparagrafu (b) ma jkunux ġew sodisfatti, f'każijiet ta' mard, ta' aċċidenti, ta' maternità, ta' invalidità jew f'każ ta' sitwazzjoni rikonoxxuta bħala li hi simili jew fejn l-awtorità nazzjonali, responsabbli biex twettaq dawk l-obbligi, tkun tat dispensa.

Il-Bord Direttiv għandu jistabbilixxi tali disposizzjonijiet kif hu jikkunsidra meħtieġa biex jiġi applikat dan l-Artikolu.

3.   L-allowance tal-qgħad għandha tkun stabbilita b'referenza għas-salarju bażiku miksub mill-ex membru tal-persunal kontrattwali fil-ħin tat-tmiem tas-servizz tiegħu. L-allowance għandha tkun stabbilita għal:

(a)

60 % tas-salarju bażiku għal perijodu inizzjali ta' 12-il xahar,

(b)

45 % tas-salarju bażiku mit-13-il xahar sa' l-24 xahar,

(ċ)

30 % tas-salarju bażiku mill-25-il xahar sas-36 xahar,

Ħlief matul perijodu inizzjali ta' sitt xhur, li fih l-iktar limitu baxx speċifikat hawn taħt huwa applikabbli imma l-iktar limitu għoli mhuwiex, l-ammonti hekk ikkalkulati ma jistgħux ikunu la inqas minn EUR 878,64 u lanqas ma jistgħu jaqbżu l-EUR 1757,28. Dawn il-limiti għandhom jiġu aġġustati, bl-istess mod bħall-iskali salarjali stabbiliti fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-KE, skond l-istess regoli bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 65 ta' dawk ir-Regolamenti.

4.   Il-perijodu li matulu l-allowance tal-qgħad trid tiġi mħallsa lil ex-membru tal-persunal kontrattwali ma jistax ikun iktar minn 36 xahar mid-data tat-tmiem ta' servizz u ma għandhu fl-ebda każ jaqbeż l-ekwivalenti ta' terz tat-tul attwali tas-servizz imwettaq. Madankollu, jekk, matul dak il-perijodu, l-ex-membru tal-persunal kontrattwali ma jibqax jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, il-ħlas ta' l-allowance tal-qgħad għandu jiġi sospiż. Il-ħlas jerġa jibda' jekk, qabel it-tmiem ta' dak il-perijodu, l-ex-membru tal-persunal kontrattwali jerġa jissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija u m' għandux dritt għall-benefiċċju nazzjonali tal-qgħad.

5.   Ex-membru tal-persunal kontrattwali li huwa eliġibbli għall-allowance tal-qgħad għandu jkollu d-dritt għall-allowances tal-familja skond l-istess regoli bħal dawk previsti fl-Artikolu 67 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-KE. L-allowance tal-familja għandha tiġi kalkolata abbażi ta' l-allowance tal-qgħad taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 ta' l-Anness V ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal.

Il-persuna konċernata għandha tkun obbligata li tiddikjara kwalunkwe allowance ta' l-istess tip imħallsa lilha jew lill-konjugi tagħha minn fonti oħra; tali allowances għandhom jiġu mnaqqsa minn dawk li jridu jiġu mħallsa abbażi ta' dan l-Artikolu.

Ex-membru tal-persunal kontrattwali li huwa eliġibbli għall-allowance tal-qgħad għandu jkollu d-dritt, kif previst fl-Artikolu 67, li għandu japplika b'analoġija, għall-kopertura ta' assigurazzjoni kontra l-mard mingħajr ma jkollu għalfejn jagħti kwalunkwe kontribuzzjoni.

6.   L-allowance tal-qgħad u l-allowance tal-familja għandhom jiġu mħallsa mill-Fond Speċjali tal-Qgħad f'euro. L-ebda koeffiċjent ta' korrezzjoni m' għandu jkun applikabbli.

7.   Membri tal-persunal kontrattwali għandhom jikkontribwixxu terz tal-finanzjament ta' l-iskema ta' assigurazzjoni kontra l-qgħad. Dik il-kontribuzzjoni għandha tkun stabbilita għal 0,81 % tas-salarju bażiku tal-persuna konċernata wara li jiġi mnaqqas allowance standard ta' EUR 798,77 u mingħajr ma jittieħed kont ta' kwalunkwe koeffiċjenti ta' korrezzjoni bħal dawk previsti fl-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-KE. Il-kontribuzzjoni għandha tiġi mnaqqsa kull xahar mis-salarju tal-persuna konċernata u mitfugħa, flimkien maż-żewġ terzi li jkun baqa' li jaqgħu fuq l-Aġenzija, fil-Fond Speċjali tal-Qgħad stabbilit skond l-Artikolu 28a tal-CEOS tal-KE. Ir-rata ta' kontribuzzjoni għandha tkun riveduta u adattata mill-Aġenzija kif meħtieġ wara perijodu ta' 6 snin fid-dawl tar-riskju ta' qgħad tal-persunal kontrattwali ta' l-Aġenzija.

8.   L-allowances tal-qgħad imħallsa lill-ex-membri tal-persunal kontrattwali li huma qiegħda għandhom ikunu suġġetti għall-istess regoli bħal dawk previsti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68.

9.   Id-dipartimenti nazzjonali b'responsabbiltà għall-impjieg u l-qgħad, filwaqt li jaġixxu skond il-liġi nazzjonali tagħhom, u l-Aġenzija għandhom jikkoperaw ma' xulxin b'mod effettiv sabiex jiżguraw li dan l-Artikolu huwa applikat sew.

10.   L-arranġamenti dettaljati adottati abbażi ta' l-Artikolu 70(10) għandhom ikunu applikabbli għal dan l-Artikolu, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 116

L-Artikoli 71 u 72 għandhom japplikaw b'analoġija.

Artikolu 117

Jistgħu jsiru rigali, self jew avvanzi lill-persunal kuntrattwali matul il-validità tal-kuntratt tiegħu jew wara li jiskadi l-kuntratt meta, bħala riżultat ta' marda serja fit-tul jew ta' diżabilità li kellhom bidu matul l-impjieg tiegħu, jew fil-każ ta' aċċident li seħħ matul l-impjieg tiegħu, il-membru tal-persunal kuntrattwali mhux kapaċi jaħdem u jagħti prova li tali marda jew aċċident ma tkunx kopert(a) bi skema oħra ta' sigurtà soċjali.

Sezzjoni B

Assigurazzjoni kontra r-riskju ta' invalidità u mewt

Artikolu 118

Il-persunal kontrattwali għandu jiġi assigurat skond id-disposizzjonijiet li ġejjin kontra r-riskju ta' mewt jew ta' invalidità li jseħħu matul l-impjieg tiegħu.

Il-ħlasijiet u l-benefiċċji previsti f'din is-Sezzjoni għandhom jiġu sospiżi jekk ir-remunerazzjoni li membru ta' tali persunal jirċievi fir-rigward ta' l-impjieg tiegħu hija sospiża taħt dawn ir-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 119

Fejn l-eżami mediku magħmul qabel ma membru tal-persunal kontrattwali jiġi ingaġġat juri li jbagħti minn mard jew invalidità, l-AACC tista', sa fejn għandhom x'jaqsmu riskji li jirriżultaw minn tali mard jew invalidità, tiddeċiedi li tagħtih benefiċċji garantiti fir-rigward ta' invalidità jew mewt biss wara perijodu ta' ħames snin mid-data ta' meta jidħol fis-servizz ta' l-Aġenzija.

Il-membru tal-persunal kontrattwali jista' jappella kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Kumitat ta' l-Invalidità previst fl-Artikolu 75 ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 120

1.   Membru tal-persunal kontrattwali li qed ibagħti minn invalidità totali u li, minħabba dik ir-raġuni, huwa obbligat jissospendi l-impjieg ma' l-Aġenzija għandu jkollu d-dritt, għal kemm iddum l-invalidità, għal allowance għall-invalidità, li l-ammont tiegħu għandu jiġi determinat kif ġej.

Jekk membru tal-persunal kontrattwali li jkun qed jirċievi allowance għall-invalidità, jilħaq il-65 sena, ir-regoli ġenerali dwar għotja ta' tmiem ta' mpjieg għandhom jiġu applikati. L-ammont ta' l-għotja ta' tmiem ta' mpjieg għandha tiġi bbażata fuq is-salarju għall-grad u l-iskala okkupati mill-membru tal-persunal kontrattwali meta sar invalidu.

2.   L-allowance għall-invalidità għandha tkun 70 % tas-salarju bażiku finali tal-membru tal-persunal kontrattwali. Madankollu, ma għandiex tkun inqas mis-salarju bażiku fix- xahar għal membru tal-persunal kontrattwali fil-grupp funzjonali I, grad 1, skala 1. L-allowance għall-invalidità għandha tkun soġġetta għal kontribuzzjonijiet għall-iskema tal-pensjoni, ikkalkolati abbażi ta' dik l-allowance.

3.   Fejn l-invalidità tal-membru tal-persunal kontrattwali tirriżulta minn aċċident li jseħħ fit-twettiq tad-doveri tiegħu jew b'konnessjoni ma' dan, jew tirriżulta minn marda marbuta max-xogħol, minn att ta' spirtu pubbliku jew milli wieħed ipoġġi ħajtu f'riskju biex isalva bniedem ieħor, l-allowance għall-invalidità għandha tkun ta' mhux inqas minn 120 % tas-salarju bażiku ta' kull xahar għal membru tal-persunal kontrattwali fil-grupp funzjonali I, grad 1, skala 1. F'tali każijiet il-kontribuzzjonijiet għall-pensjoni għandhom jitħallsu mill-budget ta' min kien iħaddem.

4.   Fil-każ ta' invalidità miġjuba deliberatament mill-membru tal-persunal kontrattwali, l-AACC tista' tiddeċiedi li hu għandu jirċievi biss l-għotja prevista fl-Artikolu 128.

5.   Persuni li għandhom id-dritt għall-allowance ta' l-invalidità għandhom ikollhom id-dritt ukoll għall-allowances tal-familja determinati skond l-Artikolu 59(3), skond l-Anness V; l-allowance tal-familja għandha tiġi determinata abbażi ta' l-allowance ta' dak li jkun qed jirċeviha.

Artikolu 121

1.   L-invalidità għandha tiġi stabbilita mill-Kumitat ta' l-Invalidità previst fl-Artikolu 75.

2.   Id-dritt għal allowance għall-invalidità għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak li fih l-impjieg tal-membru tal-persunal kontrattwali huwa mitmum skond l-Artikoli 95 u 96, li huma applikabbli b'analoġija.

3.   L-Aġenzija jista' tkun teħtieġ eżamijiet perijodiċi ta' dak li jkun qed jirċievi allowance għall-invalidità biex tistabbilixxi li hu għadu jissodisfa l-kondizzjonijiet għall-ħlas ta' dik l-allowance. Jekk il-Kumitat ta' l-Invalidità jsib li dawn il-kondizzjonijiet ma għadhomx qed jiġu sodisfatti, il-membru tal-persunal kontrattwali għandu jerġa jibda s-servizz ma' l-Aġenzija, sakemm il-kuntratt tiegħu ma jkunx skada.

Madankollu, jekk jirriżulta li hu impossibli li l-persuna konċernata tiġi impjegata fis-servizz ta' l-Aġenzija, il-kuntratt jista' jiġi mitmum suġġett għall-ħlas ta' ammont li jikkorrispondi għar-remunerazzjoni li kieku kienet tiġi mħallsa matul il-perijodu ta' avviż u, fejn applikabbli, għall-kumpens għat-tmiem tal-kuntratt previst fl-Artikolu 95. L-Artikolu 128 għandu japplika wkoll.

Artikolu 122

1.   Il-persuni li għandhom dritt minħabba membru mejjet tal-persunal kontrattwali, kif determinat skond l-istess regoli bħal dawk stabbiliti fil-Kapitolu 3 ta' l-Anness VI għandhom ikollhom id-dritt għall-pensjoni tas-sopravissut kif previst fl-Artikoli 123 sa 126.

2.   Fejn ex-membru tal-persunal kontrattwali li jkun qed jirċievi allowance għall-invalidità jmut, il-persuni li għandhom dritt minħabba l-ex-membru mejjet tal-persunal kontrattwali, kif definit fil-Kapitolu 3 ta' l-Anness VI, għandhom ikollhom id-dritt għall-pensjoni tas-sopravissut kif previst f'dak l-Anness.

3.   Jekk għal iktar minn sena ma jkunx magħruf il-post fejn ikun jinsab membru tal-persunal kontrattwali, jew ex-membru tal-persunal kontrattwali li jkun qed jirċievi allowance għall-invalidità, il-pensjonijiet provviżorji lill-konjugi tiegħu jew lill-persuni oħra rikonoxxuti bħala d-dipendenti tiegħu għandhom jiġu determinati skond l-istess regoli bħal dawk stabbiliti fil-Kapitoli 5 u 6 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-KE.

Artikolu 123

Id-dritt li jiġi rċevut ħlas ta' pensjoni għandu jkollu effett mill-ewwel jum tax-xahar wara dak li fih isseħħ il-mewt jew, fejn applikabbli, fl-ewwel jum tax-xahar wara l-perijodu li matulu l-armla/armel, l-orfni jew id-dependenti tal-mejjet, jirċievu l-qliegħ tiegħu taħt l-Artikolu 59(8).

Artikolu 124

L-armla/armel ta' membru tal-persunal kontrattwali għandu/ha jkollu/ha d-dritt għall-pensjoni tas-sopravissut skond il-Kapitolu 3 ta' l-Anness VI. Il-pensjoni għandha tkun mhux inqas minn 35 % tas-salarju bażiku finali fix-xahar li kien jaqla' l-membru tal-persunal temporanju, u lanqas inqas mis-salarju bażiku ta' membru tal-persunal kuntrattwali funzjoni grupp 1, grad 1, skala 1.

Persuna li tkun qed tieħu l-pensjoni tas-sopravissut għandu jkollha d-dritt, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness V għall-allowances tal-familja speċifikati fl-Artikolu 59(3). Madankollu, l-allowance ta' tfal dipendenti għandha tkun daqs id-doppju ta' l-ammont ta' l-allowance previst fl-Artikolu 59(3)(b).

Artikolu 125

1.   Fejn membru tal-persunal kontrattwali jew ex-membru tal-persunal kontrattwali li jirċievi l-allowance għall-invalidità jmut mingħajr ma jħalli konjugi bid-dritt għall-pensjoni tas-sopravissut, it-tfal meqjusa dipendenti fuq il-mejjet għandu jkollhom id-dritt għall-pensjoni ta' l-orfni skond l-Artikolu 81, li għandu japplika b'analoġija.

2.   L-istess dritt għandu japplika għal tfal li jissodisfaw il-kondizzjonijiet preċedenti fil-każ ta' mewt jew żwieġ mill-ġdid ta' armla/armel li jkollu/ha dritt j/tirċievi l-pensjoni tas-sopravissut.

3.   Fejn membru tal-persunal kontrattwali jew ex-membru tal-persunal kontrattwali li jirċievi l-allowance għall-invalidità jmut iżda l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 mhumiex sodisfatti, id-disposizzjonijiet tat-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 81 għandhom japplikaw b'analoġija.

4.   Il-pensjoni ta' l-orfni ta' persuna ttrattata bħala tifel/tifla dipendenti kif definit fl-Artikolu 2(4) ta' l-Anness V, ma tistax taqbeż id-doppju ta' l-allowance tat-tfal dipendenti. Madankollu, id-dritt għall-pensjoni għandu jieqaf jekk parti terza hija responsabbli għall-manteniment taħt il-liġijiet nazzjonali applikabbli.

5.   Ma għandha titħallas ebda pensjoni ta' l-orfni fejn ġenitur naturali li ġie sostitwit minn ġenitur adottiv imut.

6.   L-orfni għandhom ikollhom id-dritt għall-allowance ta' l-edukazzjoni skond l-Artikolu 3 ta' l-Anness V.

Artikolu 126

Fil-każ ta' divorzju jew fejn hemm iktar minn kategorija waħda ta' persuni li jibqgħu ħajjin li jikkwalifikaw biex jieħdu pensjoni tas-sopravissut, tali pensjoni għandha tiġi mqassma fil-mod previst fil-Kapitolu 3 ta' l-Anness VI.

Artikolu 127

L-Artikoli 83 u 84 għandhom japplikaw b'analoġija.

Sezzjoni Ċ

Għotja minħabba tmiem ta' impjieg

Artikolu 128

Meta jkun ser jitlaq is-servizz, membru tal-persunal kontrattwali għandu jkollu d-dritt għall-ħlas ta' l-għotja ta' tmiem ta' mpjieg jew għat-trasferiment ta' l-attwarji ekwivalenti tad-drittijiet tiegħu għall-pensjoni ta' l-irtirar skond l-Artikolu 1 ta' l-Anness VI.

Artikolu 129

1.   Fejn membru tal-persunal kontrattwali jkun eżerċita l-għażla prevista fl-Artikolu 131, l-għotja ta' tmiem ta' mpjieg tal-membru tal-persunal kontrattwali għandha tiġi mnaqqsa b'mod proporzjonat fir-rigward tal-perijodu li fihom inġibdu s-somom.

2.   Il-paragrafu preċedenti m' għandux japplika għal membru tal-persunal kontrattwali li, fit-tlett xhur wara l-applikazzjoni ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal għalih, jitlob li jitħalla jħallas lura tali somom flimkien ma' imgħax kompost bir-rata ta' 3,5 % fis-sena, li tista' tiġi riveduta skond l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 87.

Sezzjoni D

Finanzjament ta' l-iskema ta' assigurazzjoni għall-invalidità u fuq il-ħajja u ta' l-iskema tal-pensjoni

Artikolu 130

L-Artikoli 88 sa 89 għandhom japplikaw b'analoġija.

Artikolu 131

Skond il-kondizzjonijiet li jridu jiġu stabbiliti mill-Aġenzija, membru tal-persunal kontrattwali jista' jitlob lill-Aġenzija biex twettaq kwalunkwe ħlasijiet li hu mitlub jagħmel sabiex jikkostitwixxi jew iżomm id-drittijiet għall-pensjoni, assigurazzjoni kontra l-qgħad, assigurazzjoni kontra l-invalidità, assigurazzjoni fuq il-ħajja u assigurazzjoni kontra l-mard fil-pajjiż fejn l-aħħar kien kopert minn tali skemi. L-Aġenzija tista' tiddeċiedi wkoll li tagħmel kwalunkwe ħlasijiet li membru tal-persunal kontrattwali huwa mitlub li jagħmel sabiex jikkostitwixxi jew iżomm id-drittijiet tiegħu għall-pensjoni fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu, anki fin-nuqqas ta' talba minn tali membru tal-persunal kontrattwali. F'tali każ, l-Aġenzija għandha debitament tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha. Waqt il-perijodu ta' dawn il-kontribuzzjonijiet, l-membru tal-persunal kontrattwali m' għandux jibbenefika mill-iskema ta' assigurazzjoni kontra l-mard ta' l-Aġenzija. Barra minn hekk, għall-perijodu li jikkorrispondi għal dawn il-kontribuzzjonijiet, l-membru tal-persunal kontrattwali m' għandux ikun kopert mill-iskemi ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja u assigurazzjoni kontra l-invalidità ta' l-Aġenzija u m' għandux jikseb drittijiet taħt l-iskemi ta' assigurazzjoni kontra l-qgħad u l-iskemi tal-pensjoni ta' l-Aġenzija.

Il-perijodu attwali ta' tali ħlasijiet għal kwalunkwe membru tal-persunal kontrattwali m' għandux jaqbeż is-sitt xhur. Madankollu, l-Aġenzija tista' tiddeċiedi li testendi dan il-perijodu sa sena. Il-ħlasijiet għandhom jitħallsu mill-budget ta' l-Aġenzija. Ħlasijiet biex jiġu kostitwiti jew biex jinżammu d-drittijiet għal pensjoni m' għandhomx jaqbżu d-doppju tar-rata prevista fl-Artikolu 89.

Sezzjoni E

Ħlas ta' pretensjonijiet minn persunal kontrattwali

Artikolu 132

L-iskema ta' l-invalidità jew l-iskema tal-pensjoni tas-sopravissut huma stabbiliti fl-Artikoli 19 sa 23 ta' l-Anness VI.

Sezzjoni F

Ħlas ta' benefiċċji

Artikolu 133

1.   L-Artikoli 83 u 84 ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw b'analoġija, kif ukoll l-Artikolu 29 ta' l-Anness VI.

2.   Kwalunkwe somom dovuti minn membru tal-persunal kontrattwali lill-Aġenzija taħt din l-iskema ta' assigurazzjoni fid-data meta l-benefiċċji għandhom jiġu mħallsa, għandhom jiġu mnaqqsa mill-ammont tal-benefiċċju tiegħu jew mill-benefiċċji li għandhom jiġu mħallsa lil dawk li għandhom d-dritt għalihom taħtu. It-tnaqqis jista' jiġi mifrux fuq numru ta' xhur.

Sezzjoni G

Surroga favur l-Aġenzija

Artikolu 134

Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 93 għandhom japplikaw b'analoġija favur l-Aġenzija.

KAPITOLU 7

Rkupru ta' ħlas eċċessiv

Artikolu 135

Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 94 għandhom japplikaw b'analoġija.

KAPITOLU 8

Tmiem ta' impjieg

Artikolu 136

L-Artikoli 95 sa 99 għandhom japplikaw b'analoġija għall-persunal kontrattwali.

Fil-każ ta' proċedimenti dixxiplinari kontra membru tal-persunal kontrattwali, il-Bord tad-Dixxiplina msemmi fl-Artikolu 142 għandu jiltaqa' flimkien ma' żewġ membri addizzjonali mill-istess grupp funzjonali u grad bħall-membru tal-persunal kontrattwali konċernat. Dawn iż-żewġ membri addizzjonali għandhom jiġu maħtura skond proċedura ad hoc miftehma mill-AACC u mill-Kumitat tal-Persunal.

TITOLU IV

RAPPREŻENTAZZJONI TAL-PERSUNAL

Artikolu 137

1.   Kumitat tal-Persunal għandu jiġi ffurmat skond modalitajiet li għandhom jiġu determinati mill-Bord Direttiv.

2.   Il-Kumitat tal-Persunal għandu jirrapreżenta l-interessi tal-persunal vis-à-vis l-Aġenzija u jżomm kuntatt kontinwu bejn l-Aġenzija u l-persunal. Għandu jikkontribwixxi għall-proċediment bla tfixkil tas-servizz billi jipprovdi kanal għall-espressjoni ta' l-opinjoni tal-persunal.

Għandu jġib għall-attenzjoni tal-korpi kompetenti ta' l-Aġenzija kwalunkwe diffikultà li għandha implikazzjonijiet ġenerali li għandhom x'jaqsmu ma' l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' dawn ir-regolamenti tal-Persunal. Jista' jiġi kkonsultat dwar kwalunkwe diffikultà ta' dan it-tip.

Il-Kumitat tal-Persunal għandu jġib għall-attenzjoni tal-korpi kompetenti ta' l-Aġenzija suġġerimenti li għandhom x'jaqsmu ma' l-organizzazzjoni u l-operazzjoni tas-servizz u proposti għat-titjib tal-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal jew il-kondizzjonijiet tal-ħajja in ġenerali.

Il-Kumitat tal-Persunal għandu jipparteċipa fl-amministrazzjoni u s-superviżjoni tal-korpi għall-għajnuna soċjali stabbiliti mill-Aġenzija fl-interessi tal-persunal tagħha. Jista', bil-kunsens ta' l-Aġenzija, jistabbilixxi tali sevizzi ta' għajnuna soċjali.

TITOLU V

PROĊEDURA DIXXIPLINARI

Sezzjoni A

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 138

1.   Azzjoni tista' tittieħed kontra membru tal-persunal jew ex-membru tal-persunal li jonqos b'mod intenzjonali jew b'traskuraġni milli jikkonforma ma' l-obbligi tiegħu skond dawn ir-Regolamenti tal-Persunal.

2.   Fejn l-AACC issir konxja ta' prova ta' nuqqas fis-sens tal-paragrafu 1, tista' tibda investigazzjonijiet amministrattivi biex tivverifika jekk seħħx tali nuqqas.

Artikolu 139

1.   Kull darba li investigazzjoni interna tikxef il-possibiltà tal-involviment personali ta' membru tal-persunal, jew ex-membru tal-persunal, dik il-persuna għandha tiġi infurmata minnufih, sakemm dan mhux ta' ħsara għall-investigazzjoni. F'kwalunkwe każ, ladarba l-investigazzjoni tkun mitmuma, ma jistgħux isiru konklużjonijiet li jirreferu għal membru tal-persunal b'ismu mingħajr ma tingħata l-opportunità lill-membru tal-persunal konċernat li jikkumenta dwar il-fatti li jikkonċernawh. Il-konklużjonijiet għandhom jirreferu għal dawn il-kummenti.

2.   F'każijiet li jirrekjedu segretezza assoluta għall-finijiet ta' l-investigazzjoni u jeħtieġu l-użu ta' proċeduri investigativi li jaqgħu taħt il-mandat ta' l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali, konformità ma' l-obbligu li jiġi mistieden il-membru tal-persunal biex jikkumenta jista' jiġi differit, bi ftehim ma' l-AACC. F'tali każijiet, ebda proċediment dixxiplinari ma jista' jinfetaħ qabel ma l-membru tal-persunal jkun ġie mogħti opportunità biex jikkummenta.

3.   Jekk, wara investigazzjoni interna, ebda każ ma jkun jista' isir kontra membru tal-persunal li dwaru ġew magħmula allegazzjonijiet, l-investigazzjoni in kwistjoni għandha tiġi magħluqa, mingħajr ma tittieħed ebda azzjoni ulterjuri, b'deċiżjoni tad-Direttur ta' l-Aġenzija, li għandu jinforma bil-miktub lill-membru tal-persunal. Il-membru tal-persunal jista' jitlob li din id-deċiżjoni tiddaħħal fil-fajl personali tiegħu.

4.   L-AACC għandha tinforma lill-persuna konċernata meta tintemm l-investigazzjoni, u għandha tikkomunika lilha l-konklużjonijiet tar-rapport ta' l-investigazzjoni u, fuq talba u suġġett għall-protezzjoni ta' l-interessi liġittimi ta' partijiet terzi, id-dokumenti kollha relatati direttament ma' l-allegazzjonijiet magħmula kontriha.

Artikolu 140

L-AACC, abbażi tar-rapport ta' l-investigazzjoni, wara li tkun għarrfet lill-membru tal-persunal konċernat dwar il-provi kollha fil-fajls u wara li tkun semgħet lill-membru tal-persunal konċernat, tista':

(a)

tiddeċiedi li ma jista' jsir ebda każ kontra l-membru tal-persunal, f'tali każ huwa għandu jiġi infurmat kif xieraq bil-miktub; jew

(b)

tiddeċiedi, anki jekk hemm jew jidher li kien hemm nuqqas li jikkonforma ma' l-obbligi, li ma għandha tittieħed ebda miżura dixxiplinari u, jekk xieraq, tindirizza twissija lill-membru tal-persunal, jew

(ċ)

f'każ ta' nuqqas milli jikkonforma ma' l-obbligi fis-sens ta' l-Artikolu 138:

(i)

tiddeċiedi li tagħti bidu għall-proċedimenti dixxiplinari previsti fis-Sezzjoni D ta' dan it-Titolu, jew

(ii)

tiddeċiedi li tagħti bidu għal proċedimenti dixxiplinari quddiem il-Bord tad-Dixxiplina.

Artikolu 141

Membru tal-persunal li, għal raġunijiet oġġettivi, ma jistgħax jinstema taħt id-disposizzjonijiet ta' dan it-Titolu jista' jintalab biex jikkummenta bil-miktub jew jiġi rappreżentat minn persuna magħżula minnu.

Sezzjoni B

Bord tad-Dixxiplina

Artikolu 142

1.   Bord tad-Dixxiplina għandu jiġi stabbilit fl-Aġenzija. Il-Bord tad-Dixxiplina għandu jinkludi mill-inqas membru wieħed, li jista' jkun il-president, magħżul mill-persunal tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

2.   Il-Bord tad-Dixxiplina għandu jkun magħmul minn president u erba' membri sħaħ, li jistgħu jiġu sostitwiti minn supplenti, li minnhom mill-inqas membru wieħed għandu jkollu l-istess grupp funzjonali bħall-membru tal-persunal suġġett għal proċedimenti dixxiplinari.

Artikolu 143

1.   L-AACC u l-Kumitat tal-Persunal imsemmi fl-Artikolu 137 għandhom kull wieħed jaħtru fl-istess ħin żewġ membri u żewġ supplenti.

2.   Il-president u s-supplent għall-president għandhom jiġu maħtura mill-AACC.

3.   Il-president, il-membri u s-supplenti għandhom jiġu maħtura għal perijodu ta' tlett snin. Madankollu, l-Aġenzija tista' tipprovdi għal perijodu iqsar għal membri u supplenti, suġġett għal minimu ta' sena.

4.   Il-membru tal-persunal konċernat għandu jkollu d-dritt jirrifjuta wieħed mill-membri tal-Bord tad-Dixxiplina fi żmien ħamest ijiem mill-istabbiliment tal-Bord tad-Dixxiplina. L-Aġenzija wkoll għandha jkollha d-dritt tirrifjuta wieħed mill-membri tal-Bord tad-Dixxiplina.

Fl-istess limitu ta' żmien, il-membri tal-Bord tad-Dixxiplina jistgħu jitolbu biex jiġu skużati mis-servizz għal raġunijiet leġittimi u għandhom jirtiraw jekk ikun jeżisti kunflitt ta' interessi.

Artikolu 144

Il-Bord tad-Dixxiplina għandu jkun assistit minn segretarju maħtur mill-AACC.

Artikolu 145

1.   Il-president u l-membri tal-Bord tad-Dixxiplina għandhom ikunu kompletament indipendenti fit-twettiq tad-doveri tagħhom.

2.   Id-deliberazzjonijiet u l-proċedimenti tal-Bord tad-Dixxiplina għandhom ikunu sigrieti

Sezzjoni Ċ

Miżuri Dixxiplinari

Artikolu 146

1.   L-AACC tista' timponi waħda mill-pieni li ġejjin:

(a)

twissija bil-miktub;

(b)

twiddiba;

(ċ)

differiment ta' promozzjoni għal grad ogħla għal perijodu ta' bejn xahar u 23 xahar;

(d)

tniżżil ta' skala;

(e)

degradazzjoni temporanja għal perijodu ta' bejn 15-il jum u sena;

(f)

degradazzjoni fl-istess grupp funzjonali;

(g)

klassifikazzjoni fi grupp funzjonali iżjed baxx, b'degradazzjoni jew mingħajrha;

(h)

tneħħija mill-post u, fejn xieraq, tnaqqis, għal perijodu fiss, ta' ammont minn allowance għall-invalidità; l-effetti ta' din il-miżura m' għandhomx ikunu estiżi għad-dipendenti tal-membru tal-persunal. F'każ ta' tali tnaqqis, madankollu, id-dħul ta' l-ex-membru tal-persunal ma jistax ikun inqas mill-figura minima ta' sussistenza li tikorrispondi mas-salarju bażiku ta' membru tal-persunal temporanju fl-ewwel skala tal-grad 1, biż-żieda ta' kwalunkwe allowance tal-familja li trid tiġi mħallsa.

2.   Fejn il-membru tal-persunal qed jirċievi allowance għall-invalidità, l-AACC tista' tiddeċiedi li żżomm ammont mill-allowance ta' invalidità għal perijodu stabbilit; l-effetti ta' din il-miżura m' għandhomx ikunu estiżi għad-dipendenti tal-membru tal-persunal. Madankollu, id-dħul tal-membru tal-persunal ma jistax ikun inqas mill-figura minima ta' sussistenza li tikorrispondi għas-salarju bażiku ta' membru tal-persunal temporanju fl-ewwel skala tal-grad 1, biż-żieda ta' kwalunkwe allowance tal-familja li jrid jiġi mħallas.

3.   Każ wieħed ta' komportament skorrett m' għandux jikkawża iżjed minn piena dixxiplinari waħda.

Artikolu 147

Is-severità tal-pieni dixxiplinari imposti għandha tkun proporzjonata mas-serjetà tal-komportament skorrett. Sabiex tiġi determinata s-serjetà tal-komportament skorrett u sabiex tiġi deċiża l-piena dixxiplinari li għandha tiġi mposta, b'mod partikolari għandu/ha j/titqies:

(a)

in-natura tal-komportament skorrett u ċ-ċirkostanzi li fih dan seħħ,

(b)

safejn il-komportament skorrett jagħmel ħsara lill-integrità, lir-reputazzjoni jew lill-interessi ta' l-Aġenzija,

(c)

safejn il-komportament skorrett jinvolvi azzjonijiet intenzjonati jew ta' traskuraġni,

(d)

ir-raġunijiet għall-komportament skorrett tal-membru tal-persunal,

(e)

il-grad u l-anzjanità tal-membru tal-persunal,

(f)

il-grad ta' responsabbiltà personali tal-membru tal-persunal,

(g)

il-livell ta' doveri u responsabbiltajiet tal-membru tal-persunal,

(h)

jekk il-komportament skorrett jinvolvix azzjonijiet ripetuti jew imġieba ripetuta,

(i)

il-komportament tal-membru tal-persunal matul il-karriera tiegħu.

Sezzjoni D

Proċedimenti dixxiplinari li ma jinvolvux il-Bord tad-Dixxiplina

Artikolu 148

L-AACC tista' tiddeċiedi dwar il-piena ta' twissija bil-miktub jew twiddiba mingħajr ma tikkonsulta l-Bord tad-Dixxiplina. Il-membru tal-persunal konċernat għandu jinstema qabel ma tali azzjoni tittieħed mill-AACC.

Sezzjoni E

Proċedimenti dixxiplinari quddiem il-Bord tad-Dixxiplina

Artikolu 149

1.   L-AACC għandha tippreżenta rapport lill-Bord tad-Dixxiplina, fejn tiddikjara b'mod ċar il-fatti lmentati u, fejn xieraq, iċ-ċirkostanti fejn seħħew, inklużi kwalunkwe fatti aggravanti jew estenwanti.

2.   Ir-rapport għandu jiġi kkomunikat lill-membru tal-persunal u lill-president tal-Bord tad-Dixxiplina, li għandu jġibu għall-attenzjoni tal-membri tal-Bord tad-Dixxiplina.

Artikolu 150

1.   Meta jirċievi r-rapport, il-membru tal-persunal konċernat għandu jkollu d-dritt jottjeni l-fajl personali komplet tiegħu u li jieħu kopji tad-dokumenti kollha rilevanti għall-proċedimenti, inklużi provi eżoneranti.

2.   Il-membru tal-persunal konċernat għandu jkollu mhux inqas minn 15-il jum mid-data li fiha ikun wasal ir-rapport li jagħti bidu għall-proċedimenti dixxiplinari biex jipprepara difiża.

3.   Membru tal-persunal konċernat jista' jiġi mgħejjun minn persuna magħżula minnu/ha.

Artikolu 151

1.   Jekk, fil-preżenza tal-President tal-Bord tad-Dixxiplina, il-membru tal-persunal konċernat jammetti l-komportament skorrett min-naħa tiegħu u jaċċetta bla riżerva r-rapport imsemmi fl-Artikolu 148 ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, l-AACC tista', skond il-prinċipju ta' proporzjonalità bejn in-natura tal-komportament skorrett u l-piena li tkun qed tiġi kkunsidrata, tirtira l-każ mill-Bord tad-Dixxiplina. Fejn każ jiġi rtirat mill-Bord tad-Dixxiplina, l-President għandu jagħti opinjoni dwar il-piena kkunsidrata.

2.   Taħt din il-proċedura l-AACC tista', b'deroga mill-Artikolu 148, timponi waħda mill-pieni previsti fl-Artikolu 146(1) (a) sa (d).

3.   Il-membru tal-persunal konċernat għandu jiġi infurmat, qabel ma jiġi rikonoxxut il-komportament skorrett tiegħu, bil-konsegwenzi possibbli ta' tali rikonoxximent.

Artikolu 152

Qabel l-ewwel laqgħa tal-Bord tad-Dixxiplina, il-president għandu jagħti lill-wieħed mill-membri tiegħu l-kompitu li jipprepara rapport ġenerali dwar il-kwistjoni u għandu jinforma lill-membri l-oħra tal-Bord tad-Dixxiplina kif xieraq.

Artikolu 153

1.   Membru tal-persunal konċernat għandu jinstema mill-Bord tad-Dixxiplina; fis-smigħ, huwa jista' jippreżenta osservazzjonijiet bil-miktub jew oralment, kemm personalment jew permezz ta' rappreżentant. Huwa jista' isejjaħ xhieda.

2.   L-Aġenzija għandha tiġi rappreżentata quddiem il-Bord tad-Dixxiplina minn membru tal-persunal fuq mandat mill-AACC għal dan il-għan u li għandu drittijiet ekwivalenti għal dawk tal-membru tal-persunal konċernat.

Artikolu 154

1.   Jekk il-Bord tad-Dixxiplina jikkunsidra li m' għandux biżżejjed informazzjoni ċara dwar il-fatti ilmentati jew iċ-ċirkostanzi li fihom seħħew, għandha tordna investigazzjoni li fiha kull parti tista' tippreżenta l-każ tagħha u tirrispondi għall-każ tal-parti l-oħra.

2   Il-President jew membru tal-Bord tad-Dixxiplina għandu jmexxi l-investigazzjoni f'isem il-Bord tad-Dixxiplina. Għall-finijiet ta' l-investigazzjoni, il-Bord tad-Dixxiplina jista' jitlob għal kwalunkwe dokument relatat mal-kwistjoni quddiemu. L-Aġenzija għandha tikkonforma ma' kwalunkwe tali talba fiż-żmien limitu, jekk applikabbli, stabbilit mill-Bord tad-Dixxiplina. Fejn tali talba hija indirizzata lill-membru tal-persunal, għandha tittieħed nota ta' kwalunkwe rifjut li jikkonforma.

Artikolu 155

Wara li jikkunsidra d-dokumenti preżentati u kwalunkwe dikjarazzjoni magħmula kemm oralment jew bil-miktub kif ukoll ir-riżultati ta' kwalunkwe investigazzjoni magħmula, il-Bord tad-Dixxiplina għandu, b'vot ta' maġġoranza, jagħti opinjoni raġunata dwar jekk il-fatti lmentati humiex stabbiliti u dwar kwalunkwe piena li tirriżulta minn dawk il-fatti. Din l-opinjoni għandha tiġi ffirmata mill-membri kollha tal-Bord tad-Dixxiplina. Kull membru jista' jehmeż fehma diverġenti ma' l-opinjoni. Il-Bord tad-Dixxiplina għandu jittrasmetti l-opinjoni lill-AACC u lill-membru tal-persunal konċernat fi żmien xahrejn mid-data li fiha jkun wasal ir-rapport ta' l-AACC, sakemm dan il-limitu ta' żmien huwa proporzjonat mal-grad ta' kumplessita tal-każ. Fejn tkun saret investigazzjoni fuq inizzjattiva tal-Bord tad-Dixxiplina, il-limitu ta' żmien għandu jkun ta' erba' xhur, sakemm dan il-limitu ta' żmien huwa proporzjonat mal-grad ta' kumplessita tal-każ.

Artikolu 156

1.   Il-president tal-Bord tad-Dixxiplina m' għandux jivvota fuq kwistjonijiet quddiem il-Bord, ħlief rigward kwistjonijiet ta' proċedura jew f'każ li l-voti jkunu ndaqs.

2.   Il-president għandu jassigura li d-Deċiżjonijiet tal-Bord tad-Dixxiplina jkunu implimentati u għandu jressaq kull informazzjoni u dokumenti relatati mal-każ għall-attenzjoni ta' kull wieħed mill-membri tiegħu.

Artikolu 157

Is-segretarja għandha tfassal il-minuti tal-laqgħat tal-Bord tad-Dixxiplina. Xhieda għandhom jiffirmaw il-minuti li jirreġistraw l-evidenza tagħhom.

Artikolu 158

1.   Spejjeż magħmula fuq l-inizjattiva ta' membru tal-persunal konċernat waqt proċedimenti dixxiplinari, u b'mod partikolari kumpensi mħallsa lil persuna magħżula biex tgħin lill-membru tal-persunal jew għad-difiża tiegħu, għandhom jitħallsu mill-membru tal-persunal fejn il-proċedimenti dixxiplinari jirriżultaw fl-imposizzjoni ta' waħda mill-pieni previsti fl-Artikolu 146.

2.   Madankollu, l-AACC tista' tiddeċiedi b'mod ieħor f'każijiet eċċezzjonali fejn il-piż fuq il-membru tal-persunal temporanju kkonċernat ma jkunx ġust.

Artikolu 159

1.   Wara s-smigħ tal-membru tal-persunal, l-AACC għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha, kif previst fl-Artikoli 146 u 147 ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, fi żmien xahrejn minn meta tirċievi l-opinjoni tal-Bord tad-Dixxiplina. Għandhom jingħataw raġunijiet għad-deċiżjoni.

2.   Jekk l-AACC tiddeċiedi li tagħlaq il-każ mingħajr ma timponi kwalunkwe piena dixxiplinari, għandha tinforma lill-membru tal-persunal konċernat b'dan bil-miktub u mingħajr dewmien. Il-membru tal-persunal konċernat jista' jitlob li din id-deċiżjoni tiddaħħal fil-fajl personali tiegħu.

Sezzjoni F

Sospensjoni

Artikolu 160

1.   Jekk l-AACC takkuża lill-membru tal-persunal b'komportament serjament skorret, kemm minħabba nuqqas li jonora l-obbligi professjonali tiegħu jew minħabba ksur tal-liġi, tista' tissospendi minnufih lill-persuna akkużata b'dak il-komportament skorret għal perijodu speċifikat jew indefinit.

2.   L-AACC tista' tieħu din id-deċiżjoni wara li tkun semgħet il-membru tal-persunal konċernat, ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali.

Artikolu 161

1.   Id-deċiżjoni li tissospendi membru tal-persunal għandha tiddikjara jekk il-membru tal-persunal għandux ikompli jirċievi r-remunerazzjoni sħiħa tiegħu waqt il-perijodu ta' sospensjoni jew liema parti minnha għandha tinżamm. L-ammont imħallas lill-membru tal-persunal m' għandux taħt l-ebda ċirkostanza jkun inqas mill-figura minima ta' sussistenza li tikkorrispondi għas-salarju bażiku ta' membru tal-persunal temporanju fl-ewwel skala tal-grad 1, biż-żieda ta' kwalunkwe allowances tal-familja li jridu jiġu mħallsa.

2.   Is-sitwazzjoni ta' membru tal-persunal sospiż għandha tiġi deċiża fi żmien sitt xhur mid-data li fiha tidħol fis-seħħ is-sospensjoni. Jekk ma tittieħed l-ebda deċiżjoni fi żmien sitt xhur, il-membru tal-persunal konċernat għandu jkollu d-dritt li jirċievi mill-ġdid ir-remunerazzjoni sħiħa, suġġett għall-paragrafu 3.

3.   Parti mir-remunerazzjoni tista' tkompli tinżamm wara l-iskadenza ta' sitt xhur imsemmija fil-paragrafu 2 jekk il-membru tal-persunal konċernat huwa s-suġġett ta' proċedimenti kriminali għall-istess atti u huwa f'kustodja bħala riżultat ta' dawk il-proċedimenti. F'tali każijiet il-membru tal-persunal m' għandux jirċievi r-remunerazzjoni sħiħa sakemm il-qorti kompetenti ma tkunx ordnat il-ħelsien tiegħu.

4.   Somom miżmuma taħt il-paragrafu 1 għandhom jerġgħu jitħallsu lill-membru tal-persunal jekk id-deċiżjoni finali timponi piena dixxiplinari mhux iżjed severa minn twissija bil-miktub, twiddiba jew differiment ta' promozzjoni għal skala ogħla, jew jekk ma tiġi imposta ebda piena dixxiplinari; fil-każ imsemmi l-aħħar, il-ħlas lura għandu jsir b'imgħax kompost bir-rata definita fl-Artikolu 87.

Sezzjoni G

Prosekuzzjoni kriminali parallela

Artikolu 162

Fejn jittieħdu passi kontra l-membru tal-persunal għal dawk l-istess atti, deċiżjoni finali għandha tittieħed biss wara li ġudizzju finali jkun mogħti mill-qorti li tkun qed tisma' il-każ.

Sezzjoni H

Disposizzjonijiet Finali

Artikolu 163

Membru tal-persunal li kontrih ġiet ordnata piena dixxiplinari barra minn tneħħija mill-post jista', wara tlett snin fil-każ ta' twissija bil-miktub jew twiddiba jew wara sitt snin fil-każ ta' kwalunkwe piena oħra, jippreżenta talba għat-tħassir ta' kwalunkwe referenza għal tali miżuri mill-fajl personali tiegħu. L-AACC għandha tiddeċiedi jekk tilqax din it-talba.

Artikolu 164

Fejn jitfaċċaw fatti ġodda sostnuti minn provi rilevanti, proċedimenti dixxiplinari jistgħu jerġgħu jinfetħu mill-AACC fuq inizzjattiva tagħha stess jew fuq applikazzjoni tal-membru tal-persunal konċernat.

Artikolu 165

Jekk ma jkun magħmul ebda każ kontra il-membru tal-persunal skond l-Artikolu 159, il-membru tal-persunal għandu jkollu d-dritt jitlob indennizz għad-dannu li jkun bata permezz ta' riklamar xieraq tad-deċiżjoni ta' l-AACC.

Artikolu 166

Il-Bord Direttiv għandu jadotta arranġamenti implimentattivi għal dawn il-proċeduri.

TITOLU VI

APPELLI

Artikolu 167

1.   Kwalunkwe persuna li għaliha japplikaw dawn ir-Regolamenti tal-Persunal tista' tippreżenta lill-AACC talba sabiex tieħu deċiżjoni relatata miegħu. L-AACC għandha tavża lill-persuna konċernata dwar id-deċiżjoni raġunata tagħha fi żmien erba' xhur mid-data li fiha saret it-talba. Jekk fi tmiem ta' dak il-perijodu l-persuna ma tirċievi ebda tweġiba għat-talba, dan għandu jiġi kkunsidrat bħala deċiżjoni impliċita li tirrifjuta t-talba u li kontriha jista' jsir ilment skond il-paragrafu li ġej.

2.   Kwalunkwe persuna li għaliha japplikaw dawn ir-Regolamenti tal-Persunal tista' tippreżenta lill-AACC ilment kontra att li jagħmillha l-ħsara, jew fejn l-awtorità msemmija tkun ħadet deċiżjoni jew inkella fejn naqset milli tadotta miżura preskritta minn dawn ir-Regolamenti tal-Persunal. L-ilment għandu jkun magħmul fi żmien tlett xhur. Il-perijodu jibda jitqies:

fid-data ta' pubblikazzjoni ta' l-att jekk hija miżura ta' natura ġenerali;

fid-data ta' notifika tad-deċiżjoni lill-persuna konċernata, iżda fl-ebda każ, aktar tard mid-data li fiha dan ta' l-aħħar irċieva tali notifika, jekk il-miżura tolqot persuna speċifikata; madankollu, jekk att li jolqot persuna speċifikata fih ukoll ilment kontra persuna oħra, il-perijodu għandu jibda jitqies fir-rigward ta' dik il-persuna l-oħra fid-data li fiha tirċievi notifika tiegħu iżda fl-ebda każ aktar tard mid-data ta' pubblikazzjoni;

fid-data ta' skadenza tal-perijodu preskritt għat-tweġiba fejn l-ilment jikkonċerna deċiżjoni impliċita li tirrifjuta talba kif previst fil-paragrafu 1.

L-AACC għandha tavża lill-persuna konċernata dwar id-deċiżjoni raġunata fi żmien erba' xhur mid-data li fiha sar l-ilment. Jekk, fi tmiem ta' dak il-perijodu, ma tirċievi ebda tweġiba għall-ilment, dan għandu jiġi kkunsidrat bħala deċiżjoni impliċita li tirrifjutah u li kontriha jista' jsir appell skond l-Artikolu 169.

TITOLU VII

BORD TA' L-APPELL

Artikolu 168

1.   Bord ta' l-Appell huwa maħluq biex jeżerċita l-ġurisdizzjoni f'kwalunkwe tilwim bejn l-Aġenzija u kwalunkwe persuna li għaliha jistgħu japplikaw dawn ir-Regolamenti tal-Persunal.

2.   Il-Bord ta' l-Appell għandu jkun magħmul minn erba' imħallfin, maħtura mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għal perijodu ta' sitt snin minn fost kandidati ppreżentati mill-Istati Membri parteċipanti wara konsultazzjoni mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej. Madankollu, għall-ewwel Bord ta' l-Appell, żewġ imħallfin għandhom ikunu maħtura għal tlett snin u żewġ imħallfin għal sitt snin. Meta l-Bord ta' l-Appell jonqos milli jilħaq deċiżjoni b'maġġoranza, il-President għandu jkollu l-vot deċiżiv.

3.   L-imħallfin għandhom jaħtru l-President tal-Bord ta' l-Appell minn fosthom għal mandat ta' tlett snin. Jista' jarġa' jinħatar.

4.   Kull tlett snin għandu jkun hemm tibdil parzjali ta' l-imħallfin. Imħallfin li jkunu ser jirtiraw jistgħu jerġgħu jinħatru.

5.   L-imħallfin tal-Bord ta' l-Appell għandhom ikunu indipendenti. Huma ma jistgħux ikunu marbuta b'istruzzjonijiet.

6.   Waqt il-mandat tagħhom, l-imħallfin ma jistgħux jeżerċitaw funzjonijiet oħra fi ħdan l-Aġenzija.

7.   Il-Bord ta' l-appell għandu jaħtar lir-Reġistratur tiegħu u jistabbilixxi r-regoli tas-servizz tiegħu.

Artikolu 169

1.   Appell lill-Bord ta' l-Appell għandu jsir biss jekk:

ilment kien ġie preċedentement preżentat lill-AACC skond l-Artikolu 166(2) fiż-żmien preskritt hemmhekk, u

l-ilment ġie rifjutat b'deċiżjonijiet espressi jew b'deċiżjoni impliċita.

2.   Appelli taħt il-paragrafu 1 għandhom jiġu mitluba fi żmien tlett xhur. Il-perijodu għandu jibda:

fid-data ta' notifika tad-deċiżjoni meħuda b'risposta għall-ilment;

fid-data ta' skadenza tal-perijodu preskritt għat-tweġiba fejn l-appell huwa kontra deċiżjoni impliċita li tirrifjuta lment preżentat skond l-Artikolu 167(2); madankollu, fejn ilment jiġi rifjutat b'deċiżjoni espressa wara li jiġi rifjutat b'deċiżjoni impliċita iżda qabel ma jkun skada l-perijodu biex isir appell, il-perijodu biex isir appell għandu jerġa' jibda jitqies mill-ġdid.

3.   B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-persuna konċernata tista', wara li tkun preżentat ilment lill-AACC skond l-Artikolu 167(2), tista' minnufih tagħmel appell mal-Bord ta' l-Appell, sakemm tali appell jiġi akkumpanjat b'applikazzjoni jew għal sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni ta' l-att ikkontestat jew għall-adozzjoni ta' miżuri interim. Il-proċedimenti fl-azzjoni prinċipali quddiem il-Bord ta' l-Appell għandhom imbagħad jiġu sospiżi sakemm jittieħed tali żmien bħal dak meħtieġ għal deċiżjoni espressa jew impliċita li tirrifjuta l-ilment.

4.   Il-partijiet jistgħu jkunu mgħejjuna minn persuna magħżula minnu/ha, fil-limiti u l-kondizzjonijiet stabbiliti bir-regoli ta' proċedura.

5.   Il-Bord ta' l-Appell għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu, li jeħtieġu l-approvazzjoni tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea bi ftehim mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej. Il-Bord ta' l-Appell jista' jemenda r-regoli ta' proċedura. L-emendi jeħtieġu l-approvazzjoni tal-Kunsill fi ftehim mal-Qorti tal-Ġustizzja.

6.   Sakemm jidħlu fis-seħħ ir-regoli ta' proċedura tal-Bord ta' l-Appell, ir-Regoli ta' Proċedura tal-Qorti ta' l-Ewwel Istanza tal-Komunitajiet Ewropej għandhom japplikaw mutatis mutandis.

7.   Il-Bord ta' l-Appell għandu jirregola l-ispejjeż ta' każ. Suġġett għad-disposizzjonijiet speċifiċi tar-Regoli ta' Proċedura, il-parti li tkun tilfet għandha tiġi ordnata li tħallas l-ispejjeż jekk il-Bord ta' l-Appell jiddieċiedi b'dan il-mod.

TITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 170

1.   Id-disposizzjonijiet ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal dwar id-drittijiet u l-obbligi (Artikoli 10 sa 34 u 103), il-kondizzjonijiet ta' reklutaġġ (Artikoli 36, bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 2(a), sa 40 u Artikoli 104 sa 109, bl-eċċezzjoni ta' l-Artikolu 104 (3)(a), il-kondizzjonijiet ta' xogħol (Artikoli 41 sa 57 u Artikolu 110), it-tmiem ta' l-impjieg (Artikoli 95 sa 99 u Artikolu 136) u l-proċedura dixxiplinari (Artikoli 138 sa 166), jistgħu jiġu emendati, sa fejn ikun meħtieġ, mill-Bord Direttiv ta' l-Aġenzija, li jaġixxi skond l-Artikolu 9 (1)(1.10) u l-Artikolu 11 (3)(3.1) ta' l-Azzjoni Konġunta 2004/551/PESK. Kwalunkwe emendi tali għandhom jiġu trasmessi lill-Kunsill. Dawn l-emendi għandhom jiġu kkunsidrati bħala approvati sakemm il-Kunsill, fi żmien xahrejn u bil-maġġoranza kwalifikata, ma jiddeċidix li jimmodifikhom.

2.   Emendi għal disposizzjonijiet oħra ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw ir-remunerazzjoni, l-allowances u l-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, għandhom jiġu adottati mill-Kunsill, b'unanimità, fuq proposta mill-Bord Direttiv.

Artikolu 171

Fi żmien tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal jew mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa, skond liema tkun l-iżjed bikrija, il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għandu jagħmel valutazzjoni u jemenda dawn ir-Regolamenti tal-Persunal jew jieħu deċiżjoni dwar l-iskadenza tagħhom kif xieraq.

Artikolu 172

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol b' effett fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, fl-24 ta' Settembru 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

L. J. BRINKHORST


(1)  ĠU L 245, tas-17.7.2004, p. 17.

(2)  ĠU L 245, tas-17.7.2004, p. 17.

(3)  ĠU L 56, ta' l-4.3.1968, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 (ĠU L 124, tas-27.4.2004, p. 1).

(4)  ĠU L 56, ta' l-4.3.1968, p. 8. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1750/2002 (ĠU L 264, tat-2.10.2002, p. 15).


ANNESS I

STATUT TAL-MEMBRI TAL-BORD TA' APPELL

Artikolu 1

Il-membri tal-Bord ta' Appell għandhom jintgħażlu minn persuni li ma jkun hemm l-ebda dubju dwar l-indipendenza tagħhom u li huma ġuriskonsulti ta' kompetenza rikonoxxuta, partikolarment fil-qasam tad-drittijiet u l-obbligi tas-servizz ċivili. L-għażla ta' l-imħallfin għandha tirrispetta d-diversità ġeografika u demografika ta' l-Istati Membri li jipparteċipaw fl-Aġenzija kif ukoll id-diversità tas-sistemi legali tagħhom.

Artikolu 2

Minbarra l-iskadenza normali tal-mandati jew mewt, il-kompiti tal-membri tal-Bord ta' Appell għandhom jintemmu meta jirriżenjaw. Fejn membru tal-Bord ta' Appell jirriżenja, l-ittra tiegħu ta' riżenja għandha tkun indirizzata lill-President tal-Bord għal trasmissjoni lill-Kap ta' l-Aġenzija. Din in-notifika ġġib post battal fuq il-Bord ta' l-Appel.

Artikolu 3

Membru tal-Bord ta' Appell li jissostitwixxi membru li l-mandat tiegħu għadu ma ntemmx għandu jinħatar għall-bqija tal-mandat tal-predeċessur tiegħu.

Artikolu 4

Meta jassumu d-dmirijiet tagħhom, il-membri tal-Bord ta' Appell għandhom jagħtu kelma solenni, f'sessjoni pubblika, li jwettqu d-dmirijiet tagħhom b'imparzjalità sħiħa u skond il-kuxjenza u li jħarsu s-segretezza tad-deliberazzjonijiet tagħhom.

Artikolu 5

Il-membri tal-Bord ta' Appell għandhom igawdu immunità minn proċedimenti legali rigward l-atti li jkunu wettqu fil-kariga uffiċjali tagħhom. Għandhom jibqgħu igawdu din l-immunità wara li jkunu spiċċaw mill-kariga.

Artikolu 6

Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, b'maġġoranza kwalifikata, għandu jiddetermina l-emolumenti tal-membri tal-Bord ta' Appell.


ANNESS II

XOGĦOL PART-TIME

Artikolu 1

It-talba għal awtorizzazzjoni biex wieħed jaħdem part-time għandha tintbgħat mill-membru tal-persunal permezz tas-superjur immedjat ta' dak il-membru tal-persunal mill-inqas xahrejn qabel id-data mitluba, ħlief f'każijiet urġenti ġustifikati b'mod xieraq.

Awtorizzazzjoni tista' tingħata għal minimu ta' xahar u għal massimu ta' tliet snin, mingħajr preġudizzju għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu 16 u l-Artikolu 44(2)(e) tar-Regolamenti tal-Persunal.

L-awtorizzazzjoni tista' tiġġedded fuq l-istess termini. Applikazzjonijiet għal tiġdid għandhom isiru mill-membru tal-persunal ikkonċernat mill-inqas xahrejn qabel l-iskadenza tal-perijodu li għaliħ kienet mogħtija l-awtorizzazjoni. Xogħol part-time ma jistax ikun ta' inqas min-nofs tal-ħin normali ta' xogħol.

Perijodu ta' xogħol part-time għandu jibda fl-ewwel jum ta' xahar, ħlief f'każijiet ġustifikati b'mod xieraq.

Artikolu 2

Fuq talba tal-membru tal-persunal ikkonċernat, l-AACC tista' tirtira l-awtorizzazzjoni qabel l-iskadenza tal-perijodu li għaliħ ingħatat. Id-data ta' rtirar ma tistax tkun ta' iżjed minn xahrejn wara d-data proposta mill-membru tal-persunal jew erba' xhur wara dik id-data jekk ix-xogħol part-time kien awtorizzat għal iżjed minn sena.

F'każijiet eċċezzjonali u fl-interess tas-servizz, l-AACC tista' tirtira l-awtorizzazzjoni qabel l-iskadenza tal-perijodu li għaliħ ingħatat, u tagħti xahrejn notifika ta' dan lill-membru tal-persunal.

Artikolu 3

Matul il-perijodu li fih ġie awtorizzat ix-xogħol part-time, membru tal-persunal huwa ntitolat għal perċentaġġ tar-remunerazzjoni tiegħu li jikkorrispondi għall-perċentaġġ tal-ħin normali maħdum. Madankollu, il-perċentaġġ m' għandux jiġi applikat għall-allowance tat-tfal dipendenti, għall-ammont basiku ta' l-allowance tal-familja jew għall-allowance għall-edukazzjoni.

Kontribuzzjonijiet għall-iskema ta' assigurazzjoni kontra l-mard għandha tiġi kkalkolata b'referenza għas-salarju basiku li jitħallas lill-membru tal-persunal li jaħdem il-ġurnata sħiħa. Kontribuzzjonijiet għall-iskema tal-pensjoni għandhom jiġu kkalkolati b'referenza għas-salarju basiku li jirċievi membru tal-persunal li jaħdem part-time. Il-membru tal-persunal jista' jitlob ukoll li l-kontribuzzjonijiet għall-iskema tal-pensjoni jiġu kkalkolati b'referenza għas-salarju bażiku li għandu jitħallas lil membru tal-persunal li jaħdem il-ġurnata sħiħa, skond l-Artikolu 89 tar-Regolamenti tal-Persunal. Id-drittijiet miksuba, għall-finijiet ta' l-Artikolu 1 ta' l-Anness VI, għandhom jiġu kkalkolati skond il-proporzjon tal-perċentaġġ tal-kontribuzzjonijiet imħallsa.

Matul il-perijodu ta' xogħol part-time, il-membru tal-persunal ma jistax jaħdem bis-sahra jew jinvolvi ruħu fi kwalunkwe attività bi qligħ, ħlief f'attività li tkun konformi ma' l-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 4

L-AACC tista' tistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dawn id-disposizzjonijiet.


ANNESS III

LEAVE

Sezzjoni 1

Leave Annwali

Artikolu 1

Fis-sena li fiha membru tal-persunal jidħol fis-servizz jew joħroġ mis-servizz, għandu jkollu d-dritt għal jumejn ta' xogħol leave għal kull xahar sħiħ ta' servizz, għal jumejn ta' xogħol leave għal xahar mhux sħiħ li jikkonsisti minn iżjed minn 15-il ġurnata u għal ġurnata xogħol għal xahar mhux sħiħ ta' 15-il ġurnata jew inqas.

Artikolu 2

Leave annwali jista' jittieħed kollu f'daqqa jew f'numru ta' perijodi kif mixtieq mill-membru tal-persunal u skond il-ħtiġijiet tas-servizz. Għandu madankollu jinkludi ta' l-inqas perijodu ta' ġimgħatejn konsekuttivi. Membru tal-persunal li jidħol fis-servizz għandu jingħata leave annwali biss wara li jkun ikkompleta tliet xhur ta' dmir; leave jista' jiġi approvat iżjed kmieni minn hekk f'każijiet eċċezzjonali għal raġunijiet iġġustifikati b'mod xieraq.

Artikolu 3

Jekk, matul il-leave annwali, membru tal-persunal jimrad b'marda li ma kienetx tħallih jidħol għax-xogħol kieku ma kienx bil-leave, il-leave annwali tiegħu għandu jiġi estiż biż-żmien ta' l-inkapaċità tiegħu, suġġett għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat mediku.

Artikolu 4

Fejn membru tal-persunal, għal raġunijiet oħra mill-ħtiġijiet tas-servizz, ma użax il-leave annwali kollu tiegħu qabel it-tmiem tas-sena kalendarja attwali, l-ammont ta' leave li jista' jiġi trasferit għas-sena ta' wara ma għandhux jaqbeż 12-il ġurnata.

Fejn membru tal-persunal ma jkunx uża l-leave annwali kollu tiegħu meta jħalli s-servizz, għandu jiġi mħallas kumpens ugwali għal wieħed minn tletin tar-remunerazzjoni tiegħu ta' kull xahar meta jħalli s-servizz għal kull ġurnata leave li kien baqagħlu.

Somma kkalkolata kif previst fit-tieni subparagrafu għandha tiġi mnaqqsa mill-ħlas dovut lil membru tal-persunal li fil-mument li ħalla s-servizz uża iżjed leave annwali minn dak li kellu d-dritt għaliħ sa dik id-data.

Artikolu 5

Fejn membru tal-persunal huwa msejjaħ mill-ġdid għax-xogħol għal raġunijiet tas-servizz meta jkun fuq leave annwali jew kellu l-leave kanċellat, kwalunkwe spiża li jagħmel għandha tiġi rimborsata, suġġett għall-preżentazzjoni ta' l-evidenza xierqa, u l-ħin għall-ivvjaġġar għandu jingħata mill-ġdid.

Sezzjoni 2

Leave speċjali

Artikolu 6

Minbarra l-leave annwali, membru tal-persunal jista', fuq applikazzjoni, jingħata leave speċjali. B'mod partikolari, fil-każijiet li ġejjin leave speċjali għandu jingħata kif ġej:

żwieġ tal-membru tal-persunal: erbat ijiem;

bidla tar-residenza tal-membru tal-persunal: sa jumejn;

mard serju tal-konjuġi: sa tlett ijiem;

mewt tal-konjuġi: erbat ijiem;

mard serju ta' qarib fil-linja axxendenti: sa jumejn;

mewt ta' qarib fil-linja axxendenti: jumejn;

żwieġ ta' wieħed mit-tfal: jumejn;

twelid ta' tifel/tifla: 10 ġranet, li għandhom jittieħdu matul l-erbatax-il ġimgħa wara t-twelid;

mewt tal-mara matul il-leave ta' maternità: numru ta' ġranet li jikkorrispondu għall-bqija tal-leave ta' maternità; jekk il-mara deċeduta mhiex membru tal-persunal, il-bqija tal-leave ta' maternità hija determinata b'applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 51 tar-Regolamenti tal-Persunal, b'analoġija;

mard serju ta' wieħed mit-tfal: sa jumejn;

mard serju ħafna ta' wieħed mit-tfal, kif iċċertifikat minn tabib, jew ammissjoni fl-isptar ta' wieħed mit-tfal ta' 12-il sena jew inqas: sa ħamest ijiem;

mewt ta' tifel/tifla: erbat ijiem;

adozzjoni ta' tifel/tifla: 20 ġimgħa, li titla għal 24 ġimgħa fil-każ ta' l-adozzjoni ta' tifel/tifla disabbli:

Kull tifel/tifla adottat/a għandha tagħti d-dritt għal perijodu wieħed biss ta' leave speċjali, li jista' jinqasam bejn il-ġenituri adottivi jekk iż-żewġ ġenituri huma membri tal-persunal. Għandha tingħata biss jekk il-konjuġi tal-membru tal-persunal huwa/hija involut(a) f'attività bi qligħ għall-inqas għal nofs il-ħin. Jekk il-konjuġi j/taħdem barra mill-Aġenzija u j/tibbenefika minn leave komparabbli, numru ta' ġranet korrispondenti għandhom jiġu mnaqqsa minn dak li għandu dritt għalih il-membru tal-persunal.

Jekk ikun hemm il-ħtieġa, l-AACC tista' tagħti leave speċjali addizzjonali f'każijiet fejn il-leġislazzjoni nazzjonali tal-pajjiż li fih isseħħ il-proċedura ta' adozzjoni u li mhux il-pajjiż ta' l-impjieg tal-membru tal-persunal adottiv teħtieġ li wieħed jew iż-żewġ ġenituri adottivi jagħmlu permanenza.

Leave speċjali ta' 10 t'ijiem għandu jingħata jekk il-membru tal-persunal ma jibbenefikax mill-leave speċjali sħiħ ta' 20 jew 24 ġimgħa bis-saħħa ta' l-ewwel sentenza ta' dan l-inċż; dan il-leave speċjali addizzjonali għandu jingħata darba biss għal kull tifel/tifla adottat(a).

L-Aġenzija tista' tagħti wkoll leave speċjali fil-każ ta' taħriġ u struzzjoni ulterjuri, fil-limiti stabbiliti fil-programm ta' taħriġ u struzzjoni ulterjuri mfassal mill-Aġenzija skond l-Artikolu 29 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, is-sieħeb/sieħba mhux miżżewweġ ta' membru tal-persunal għandu jiġi ttratat bħala l-konjuġi meta jintlaħqu t-tliet kondizzjonijiet fl-Artikolu 1(2)(ċ) ta' l-Anness V.

Sezzjoni 3

Ħin għall-ivvjaġġar

Artikolu 7

Mal-perijodu ta' leave previst fis-Sezzjoni 1 għandu jiżdied il-ħin għall-ivvjaġġar ibbażat fuq id-distanza bil-ferrovija bejn il-post tal-leave u l-post ta' l-impjieg, ikkalkolat hekk:

50 sa 250 km: ġurnata għall-vjaġġ ta' ħruġ u ta' ritorn,

251 sa 600 km: jumejn għall-vjaġġ ta' ħruġ u ta' ritorn,

601 sa 900 km: tlett ijiem għall-vjaġġ ta' ħruġ u ta' ritorn,

901 sa 1 400 km: erbat ijiem għall-vjaġġ ta' ħruġ u ta' ritorn,

1 401 sa 2 000 km: ħamest ijiem għall-vjaġġ ta' ħruġ u ta' ritorn,

iżjed minn 2 000 km: sitt ijiem għall-vjaġġ ta' ħruġ u ta' ritorn,

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-post tal-leave għal dak li għandu x'jaqsam mal-leave annwali għandu jkun il-post ta' oriġini.

Id-disposizzjonijiet preċedenti għandhom japplikaw għal membri tal-persnual li l-post ta' l-impjieg tagħhom huwa fit-territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE. Jekk il-post ta' impjieg huwa barra minn dawn it-territorji, il-ħin għall-ivvjaġġar għandu jkun stabbilit permezz ta' deċiżjoni speċjali li tieħu kont tal-ħtiġijiet partikolari.

Fejn jingħata leave speċjali skond is-Sezzjoni 2, kwalunkwe ħin għall-ivvjaġġar għandu jiġi stabbilit permezz ta' deċiżjoni speċjali li tieħu kont ta' ħtiġijiet partikolari.


ANNESS IV

LEAVE TA' KUMPENS U REMUNERAZZJONI GĦAL SAHRA

Artikolu 1

Fil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 47 tar-Regolamenti tal-Persunal, sahra maħduma minn membru tal-persunal fil-grad AST 1 sa AST 4 għandha ttih id-dritt għal leave ta' kumpens jew għal remunerazzjoni kif ġej:

(a)

Għal kull siegħa sahra, għandu jkollu d-dritt għal siegħa u nofs liberu bħala leave ta' kumpens; jekk is-siegħa ta' sahra tinħadem bejn 22.00 u 7.00 jew nhar ta' Ħadd jew f'festa pubblika, id-dritt għal leave ta' kumpens għandu jkun ta' sagħtejn; fl-għoti ta' leave ta' kumpens, għandu jittieħed kont tal-ħtiġijiet tas-servizz u l-preferenza tal-membru tal-persunal ikkonċernat.

(b)

Fejn il-ħtiġijiet tas-servizz ma jippermettux li l-leave ta' kumpens jittieħed matul ix-xahar wara dak li fih inħadmet is-sahra, l-AACC għandha tawtorizza remunerazzjoni għas-siegħat ta' sahra mhux kumpensati bir-rata ta' 0,56 % tas-salarju bażiku tax-xahar għal kull siegħa ta' sahra fuq il-bażi stabbilita fis-subparagrafu (a).

(ċ)

Il-ħin żejjed maħdum irid ikun ta' iżjed minn 30 minuta biex jikkwalifika għal leave ta' kumpens jew remunerazzjoni għal siegħa ta' sahra.

Artikolu 2

Jekk membru tal-persunal jivvjaġġa fuq missjoni, il-ħin meħud biex jilħaq il-post ta' assenjazzjoni m' għandux jiġi ttrattat bħala sahra għall-finijiet ta' dan l-Anness. Għal dak li jikkonċerna sigħat maħduma fuq il-post ta' assenjazzjoni iżjed mis-sigħat normali ta' ħidma, il-leave ta' kumpens jew ir-remunerazzjoni, skond kif ikun il-każ, jistgħu jiġu permessi b'deċiżjoni ta' l-AACC.

Artikolu 3

Minkejja l-Artikoli 1 u 2, ir-remunerazzjoni għal sahra maħduma minn ċerti gruppi ta' membri tal-persunal fil-grad AST 1 sa AST 4 tista', f'kondizzjonijiet speċjali, titħallas fil-forma ta' allowance fissa fejn l-ammont u t-termini għandhom jiġu determinati mill-AACC wara li tikkonsulta mal-Kumitat tal-Persunal.


ANNESS V

IR-REMUNERAZZJONI U R-RIMBORS TA' SPEJJEŻ

Sezzjoni 1

Allowances tal-familja

Artikolu 1

1.   L-allowance tal-familja għandha tiġi stabbilita għall-ammont bażiku ta' EUR 149,39, flimkien ma' 2 % tas-salarju bażiku ta' membru tal-persunal.

2.   L-allowance tal-familja għandha tingħata lil:

(a)

membru tal-persunal miżżewweġ;

(b)

membru tal-persunal li huwa armel, iddivorzjat, legalment separat jew mhux miżżewweġ u għandu tifel/tifla dipendenti jew iżjed fis-sens ta' l-Artikolu 2(2) u (3);

(ċ)

membru tal-persunal li huwa reġistrat bħala sieħeb stabbli mhux miżżewweġ, sakemm:

(i)

il-koppja tipproduċi dokument legali, rikonoxxut bħala tali minn Stat Membru ta' l-UE, jew minn kwalunkwe awtorità kompetenti ta' Stat Membru ta' l-UE, li jagħraf l-istatut tagħhom bħala sħab mhux miżżewġa,

(ii)

l-ebda wieħed mis-sħab ma huwa f'relazzjoni ta' żwieġ jew fi sħubija oħra barra ż-żwieġ,

(iii)

is-sħab li ma jiġux minn xulxin bi kwalunkwe mod li ġej: ġenitur, iben/bint, nannu/a, neputi(ja) tan-nanniet, aħwa, zija, ziju, neputi, neputija, ħaten, ħtint;

(iv)

il-koppja ma għandhiex aċċess għal żwieġ legali fi Stat Membru ta' l-UE; koppja tiġi kkunsidrata li għandha aċċess għal żwieġ legali għall-finijiet ta' dan il-punt unikament jekk il-membri tal-koppja jilħqu l-kondizzjonijiet kollha stipulati mill-leġislazzjoni ta' Stat Membru ta' l-UE li jippermetti ż-żwieġ ta' tali koppja.

(d)

permezz ta' deċiżjoni raġunata speċjali ta' l-AACC ibbażata fuq dokumenti ta' sostenn, membru tal-persunal li, filwaqt li ma' jilħaqx il-kondzzjonijiet stabbiliti fis-subparagrafi (a), (b) u (ċ), għandu madankollu responsabbiltajiet ta' familja.

3.   Jekk il-konjugi ta' membru tal-persunal hu/hi mpjegat/a, bi dħul annwali qabel it-tnaqqis tat-taxxa, ta' iżjed mis-salarju annwali bażiku ta' membru tal-persunal fit-tieni skala tal-grad 3, ippeżat bir-rata tal-pajjiż fejn il-konjuġi jiżvolġi l-okkupazzjoni tiegħu jew tagħha, il-membru tal-persunal li għandu d-dritt għall-allowance tal-familja m' għandux jirċievi din l-allowance ħlief permezz ta' deċiżjoni speċjali ta' l-AACC. Madankollu, il-membru tal-persunal għandu jkollu d-dritt għall-allowance fejn il-koppja miżżewġa għandhom tifel/tifla jew iżjed.

4.   F'każijiet fejn, taħt il-paragrafi 1, 2 u 3, raġel u mara miżżewġa mpjegati fis-servizz ta' l-Aġenzija għandhom it-tnejn id-dritt għall-allowance tal-familja, din l-allowance għandha tkun pagabbli biss lill-persuna li għandha l-iżjed salarju bażiku għoli.

5.   Jekk il-membru tal-persunal għandu d-dritt għall-allowance tal-familja unikament permezz tal-paragrafu 2(b) u persuna oħra barra l-membru tal-persunal ingħatat, permezz tal-liġi jew permezz ta' ordni tal-qorti jew ta' l-awtorità amministrattiva kompetenti, il-kustodja tat-tfal dipendenti kollha tiegħu fis-sens ta' l-Artikoli 2(2) u (3), l-allowance għandha titħallas lill-persuna l-oħra f'isem u għan-nom tal-membru tal-persunal. Din il-kondizzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala sodisfatta fil-każ ta' tfal dipendenti li saru maġġorenni jekk tali tfal għandhom ir-residenza normali tagħhom mal-ġenitur l-ieħor.

Jekk, madankollu, it-tfal tal-membru tal-persunal huma taħt il-kura ta' għadd ta' persuni differenti, l-allowance tal-familja għandha tiġi maqsuma bejniethom skond l-għadd ta' tfal li huma taħt il-kura tagħhom.

Jekk permezz tal-preċedenti, il-persuna eliġibbli biex tirċievi l-allowance tal-familja mħallsa f'isem il-membru tal-persunal hija wkoll eliġibbli li tirċievi din l-allowance minħabba l-istatut tagħha bħala membru tal-persunal, dik il-persuna għandha tirċievi biss l-ogħla wieħed miż-żewġ allowances.

Artikolu 2

1.   Membru tal-persunal li għandu tifel/tifla dipendenti jew iżjed għandu, skond il-paragrafi 2 u 3, jirċievi allowance ta' EUR 326,44 fix-xahar għal kull tifel/tifla dipendenti.

2.   “tifel/tifla dipendenti” tfisser it-tifel/tifla leġittimu/a, naturali jew adottat/a ta' membru tal-persunal, jew tal-konjuġi tiegħu, li qiegħed/qiegħda j/tiġi mantnut/a mill-membru tal-persunal.

L-istess għandu japplika għal tifel/tifla li saret applikazzjoni għal adozzjoni għalih/għaliha u fejn il-proċedura ta' adozzjoni nbdiet.

Kwalunkwe tifel/tifla li membru tal-persunal għandu r-responsabbiltà li jmantni taħt deċiżjoni ġudizzjarja bbażata fuq il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ta' l-UE dwar il-protezzjoni ta' minuri għandu/ha tiġi ttrattat/a bħala tifel/tifla dipendenti.

3.   L-allowance għandha tingħata:

(a)

awtomatikament għal tfal taħt it-18-il sena;

(b)

fuq applikazzjoni, b'evidenza ta' sostenn, mill-membru tal-persunal għal tfal bejn 18 u 26 li qegħdin jirċievu taħriġ edukattiv jew professjonali.

4.   Kwalunkwe persuna li l-membru tal-persunal għandu r-responsabbiltà legali li jmantni u fejn il-manteniment ta' din il-persuna jinvolvi spiża kbira tista, eċċezzjonalment, tiġi ttrattata bħal li kieku kienet tifel/tifla dipendenti, permezz ta' deċiżjoni raġunata speċjali ta' l'AACC, ibbażata fuq dokumenti ta' sostenn.

5.   Il-ħlas ta' l-allowance għat-tifel/tifla li ma j/tistax minħabba mard serju jew invalidità j/taqla' l-għajxien tiegħu/tagħha għandu jitkompla matul il-perijodu kollu ta' dik il-marda jew invalidità, mingħajr rigward għall-età.

6.   Ma għandhiex titħallas iżjed minn allowance għat-tfal dipendenti wieħed għal kwalunkwe tifel/tifla dipendenti fis-sens ta' dan l-Artikolu.

7.   Jekk il-kustodja tat-tifel/tifla dipendenti fis-sens tal-paragrafi 2 u 3 ingħatat lill-persuna oħra permezz tal-liġi jew permezz ta' ordni tal-qorti jew ta' l-awtorità amministrattiva kompetenti, l-allowance għat-tfal dipendenti għandha titħallas lil dik il-persuna f'isem u għan-nom tal-membru tal-persunal.

Artikolu 3

1.   F'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fid-disposizzjonijiet ġenerali ta' implimentazzjoni, membru tal-persunal għandu jirċievi allowance għall-edukazzjoni ugwali għall-ispejjeż attwali magħmula minnu għall-edukazzjoni sa massimu ta' EUR 221,50 fix-xahar għal kull tifel/tifla, fis-sens ta' l-Artikolu 2(2) ta' dan l-Anness, li għandu/ha ta' l-inqas ħames snin u li qiegħed/qiegħda tattendi full-time skola primarja jew sekondarja li timponi l-miżati jew stabbiliment ta' edukazzjoni ogħla. Il-ħtieġa ta' attendenza fi skola li timponi l-miżati ma għandhiex tapplika għar-rimbors ta' l-ispiża tat-trasport skolari.

Id-dritt għal din l-allowance jibda fl-ewwel jum tax-xahar li fih it-tifel/tifla j/tibda j/taddendi stabbiliment ta' edukazzjoni primarja u għandu jieqaf fl-aħħar tax-xahar li fih it-tifel/tifla j/tagħlaq 26 sena.

L-allowance mħallsa għandha tkun suġġett għal limitu ta' darbtejn il-massimu preskritt fl-ewwel subparagrafu għal:

membru tal-persunal li għandu l-post ta' impjieg tiegħu mill-inqas 50 km minn:

Skola Ewropea, jew

stabbiliment ta' edukazzjoni li jaħdem fil-lingwa tiegħu li t-tifel/tifla j/tattendi għal raġunijiet imperattivi ta' edukazzjoni li jkunu sostnuti b'evidenza xierqa;

membru tal-persunal li għandu l-post ta' impjieg tiegħu mill-inqas 50 km minn stabbiliment ta' edukazzjoni ogħla fil-pajjiż li tiegħu huwa ċittadin jew li jaħdem fil-lingwa tiegħu, sakemm it-tifel/tifla j/tattendi attwalment stabbiliment ta' edukazzjoni ogħla mill-inqas 50 km 'l bogħod mill-post ta' l-impjieg u li l-membru tal-persunal għandu d-dritt għall-allowance ta' l- espatrijazzjoni; din il-kondizzjoni ta' l-aħħar ma għandhiex tapplika jekk mhemmx tali stabbiliment fil-pajjiż li tiegħu huwa ċittadin il-membru tal-persunal jew fejn it-tifel/tifla j/tattedni stabbiliment ta' edukazzjoni ogħla f'pajjiż li mhux dak tal-post ta' l-impjieg tal-membru tal-persunal;

bl-istess kondizzjoni ta' l-ewwel u t-tieni inċiż, persuni li għandhom id-dritt għall-allowance li mhumiex f'servizz attiv, b'kont meħud tal-post ta' residenza minflok il-post ta' l-impjieg.

Il-ħtieġa ta' attendenza fi skola li timponi l-miżati ma għandhiex tapplika għal ħlasijiet taħt it-tielet subparagrafu.

Jekk il-kustodja tat-tifel/tifla, li għaliħ/għaliha qegħda titħallas l-allowance għall-edukazzjoni, ingħata lill-persuna oħra permezz tal-liġi jew permezz ta' ordni tal-qorti jew ta' l-awtorità amministrattiva kompetenti, l-allowance għall-edukazzjoni għandha titħallas lil dik il-persuna f'isem u għan-nom tal-membru tal-persunal. F'tali każ, id-distanza ta' mill-inqas 50 km msemmija fit-tielet subparagrafu għandha tiġi kkalkolata mill-post ta' residenza tal-persuna li għandha l-kustodja tat-tifel/tifla.

2.   Għal kull tifel/tifla dipendenti fis-sens ta' l-Artikolu 2(2) li għandu/għandha inqas minn ħames snin jew li ma għadux/għadhiex j/tattendi skola primarja jew sekondarja full-time, l-ammont ta' din l-allowance huwa stabbilit għal EUR 79,74 fix-xahar. Għandha tapplika l-ewwel sentenza ta' l-aħħar subparagrafu tal-paragrafu 1.

Sezzjoni 2

Allowance għall-espatrijazzjoni

Artikolu 4

1.   Allowance għall-espatrijazzjoni għandha titħallas, ugwali għal 16 % ta' l-ammont totali tas-salarju bażiku flimkien ma' l-allowance tal-familja u l-allowance għat-tfal dipendenti lill-membru tal-persunal:

(a)

lil membri tal-persunal:

li mhumiex u li qatt ma kienu ċittadini ta' l-Istat li fit-territorju tiegħu huwa lokalizzat il-post ta' l-impjieg tagħhom, u

li matul il-ħames snin li jintemmu sitt xhur qabel ma daħlu fis-servizz ma għexux regolarment jew ma żvolġewx l-okkupazzjoni primarja tagħhom fit-territorju Ewropew ta' dak l-Istat. Għall-finijiet ta' din id-dispożizzjoni, m' għandux jittieħed kont ta' ċirkostanzi li jseħħu minħabba xogħol kompjut għal Stat ieħor jew għal organizzazzjoni internazzjonali;

(b)

għal membri tal-persunal li huma jew kienu ċittadini ta' l-Istat li fit-territorju tiegħu huwa lokalizzat il-post ta' l-impjieg tagħhom iżda li matul l-għaxar snin li jintemmu fid-data tad-dħul tagħhom fis-servizz għexu regolarment barra t-territorju Ewropew ta' dak l-Istat għal raġunijiet oħra mit-twettieq ta' kompiti fis-servizz ta' Stat jew ta' organizzazzjoni internazzjonali.

L-allowance għall-espatrijazzjoni m' għandiex tkun anqas minn EUR 442,78 fix-xahar.

2.   Membru tal-persunal li mhuwiex u li qatt ma kien ċittadin ta' l-Istat li fit-territorju tiegħu hu mpjegat u li ma jissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għandu jkollu d-dritt għal allowance għal residenza barranija ugwali għal kwart ta' l-allowance għall-espatrijazzjoni.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, membru tal-persunal li permezz taż-żwieġ akkwista awtomatikament, mingħajr il-possibbiltà li jirrinunzja għaliha, iċ-ċittadinanza ta' l-Istat li fit-territorju tiegħu huwa lokalizzat il-post ta' l-impjieg tiegħu, għandu jiġi ttrattat bl-istess mod bħal membru tal-persunal kopert mill-ewwel inċiż tal-paragrafu 1(a).

Sezzjoni 3

Rimbors ta' spejjeż

A.   ALLOWANCE GĦALL-INSTALLAZZJONI

Artikolu 5

1.   Allowance għall-installazzjoni ugwali għal xahrejn salarju bażiku fil-każ ta' membru tal-persunal li għandu d-dritt għall-allowance tal-familja, u ugwali għal xahar salarju bażiku f'każijiet oħra, għandu jitħallas lil membru tal-persunal stabbilit li jipprovdi l-evidenza li kienet meħtieġa bidla fil-post ta' residenza sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 22 tar-Regolamenti tal-Persunal.

F'każijiet fejn ir-raġel u l-mara huma membri tal-persunal u t-tnejn għandhom id-dritt għall-allowance ta' l-installazzjoni, dan għandu jitħallas biss lil dik il-persuna li għandha l-iżjed salarju bażiku għoli.

L-allowance għall-installazzjoni għandha tkun ippeżata bir-rata stabbilita għall-post fejn il-membru tal-persunal huwa impjegat.

2.   L-allowance għall-installazzjoni ta' l-istess ammont għandu jitħallas lil kwalunkwe membru tal-persunal li huwa trasferit lejn post ġdid ta' impjieg u għalhekk huwa obbligat li jibdel il-post ta' residenza tiegħu sabiex jikkonforma mal-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 22 tar-Regolamenti tal-Persunal.

3.   L-allowance għall-installazzjoni għandha tiġi kkalkolata b'referenza għall-istat ċivili tal-membru tal-persunal u għas-salarju fid-data effettiva ta' l-istabbiliment tiegħu jew fid-data tat-trasferiment tiegħu għal post ġdid ta' impjieg.

L-allowance għall-installazzjoni għandha titħallas fuq il-preżentazzjoni tad-dokumenti li jistabbilixxu l-fatt li l-membru tal-persunal, flimkien mal-familja tiegħu, jekk għandu d-dritt għall-allowance tal-familja, stabbilixxa ruħu fil-post fejn hu mpjegat.

4.   Membru tal-persunal li għandu d-dritt għall-allowance tal-familja u li ma jistabbilix ruħu mal-familja tiegħu fil-post fejn hu impjegat għandu jirċievi nofs l-allowance biss li kieku kien ikollu d-dritt għalih; in-nofs l-ieħor għandu jitħallas meta l-familja tiegħu tistabbilixxi ruħha fil-post fejn hu mpjegat, sakemm tagħmel hekk fil-perijodi stabbiliti fl-Artikolu 9(3). Fejn il-membru tal-persunal jiġi trasferit għall-post fejn tgħix il-familja tiegħu qabel ma l-familja tkun stabbiliet ruħha fil-post fejn hu mpjegat, m' għandux ikollu d-dritt għal avvanz għall- installazzjoni.

5.   Membru tal-persunal stabbilit li rċieva allowance għall-installazzjoni u li jitlaq is-servizz ta' l-Aġenzija volontarjament fi żmien sentejn mid-data li fiha daħal għandu, malli jitlaq is-servizz, jagħti lura parti mill-allowance, skond il-proporzjon tal-porzjoni li ma skadietx ta' dak il-perijodu ta' sentejn.

6.   Membru tal-persunal li qiegħed jirċievi allowance għall-installazzjoni għandu jiddikjara kwalunkwe allowance ta' natura simili li jirċievi minn għejjun oħra; tali allowances oħra għandhom jiġu mnaqqsa mill-allowance prevista f'dan l-Artikolu.

B.   ALLOWANCE GĦAL STABBILIMENT MILL-ĠDID

Artikolu 6

1.   Membru tal-persunal stabbilit li jipprovdi evidenza ta' bidla fil-post ta' residenza għandu jkollu d-dritt mat-tmiem tas-servizz għal allowance għal stabbiliment mill-ġdid ugwali għal xahrejn salarju bażiku fil-każ ta' membru tal-persunal li għandu d-dritt għall-allowance tal-familja, u ugwali għal xahar salarju bażiku f'każijiet oħra, sakemm ikun għamel erba' snin sħaħ ta' servizz u ma jirċevix allowance simili fl-impjieg il-ġdid tiegħu. F'każijiet fejn ir-raġel u l-mara huma membri tal-persunal u t-tnejn għandhom id-dritt għall-allowance ta' l-installazzjoni, din l-allowance għandha titħallas biss lil dik il-persuna li għandha l-iżjed salarju bażiku għoli.

Sabiex jiġi kkalkolat is-servizz tiegħu, għandu jittieħed kont tas-snin f'impjieg attiv, tal-leave għas-servizz militari u tal-leave parentali jew leave familjari.

L-allowance għal stabbiliment mill-ġdid għandha tkun ippeżata bir-rata stabbilita għall-post fejn il-membru tal-persunal kien l-aħħar impjegat.

2.   Fil-każ tal-mewt ta' membru tal-persunal stabbilit, l-allowance għal stabbiliment mill-ġdid għandha titħallas lill-armel/la jew, fin-nuqqas ta' tali persuna, lid-dipendenti fis-sens ta' l-Artikolu 2, anke jekk il-ħtieġa tat-tul ta' servizz stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma jkunx sodisfatt.

3.   L-allowance għal stabbiliment mill-ġdid għandha tiġi kkalkolata b'referenza għall-istat ċivili tal-membru tal-persunal u għas-salarju fid-data tat-tmiem tas-servizz.

4.   L-allowance għal stabbiliment mill-ġdid għandha titħallas fuq evidenza li l-membru tal-persunal u l-familja tiegħu, jew, fejn membru tal-persunal miet, il-familja tiegħu biss, stabbilixxew ruħhom mill-ġdid f'post lokalizzat mhux inqas minn 70 km mill-post fejn il-membru tal-persunal kien impjegat.

L-istabbiliment mill-ġdid ta' membru tal-persunal jew tal-familja ta' membru tal-persunal mejjet għandu jseħħ fi żmien tliet snin mid-data ta' tmiem tas-servizz tiegħu.

Dan il-limitu ta' żmien m' għandux japplika għal persuni li għandhom id-dritt minnu li jistgħu jippruvaw li ma kienux jafu bid-disposizzjonijiet ta' hawn fuq.

Ċ.   SPEJJEŻ GĦALL-IVVJAĠĠAR

Artikolu 7

1.   Membru tal-persunal għandu jkollu d-dritt għal rimbors ta' l-ispejjeż għall-ivvjaġġar għalih, għall-konjuġi u għad-dipendenti tiegħu li jgħixu f'daru:

(a)

malli jibda x-xogħol li kien assenjat lilu, mill-post minn fejn ġie reklutat sal-post fejn hu mpjegat;

(b)

fit-tmiem tas-servizz fis-sens ta' l-Artikolu 95 tar-Regolamenti tal-Persunal, mill-post minn fejn hu mpjegat sal-post ta' oriġini kif definit fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu;

(ċ)

ma' kwalunkwe trasferiment li jinvolvi bidla fil-post fejn hu mpjegat.

Fil-każ tal-mewt ta' membru tal-persunal, il-konjugi sopravissut u d-dipendenti għandu jkollhom id-dritt għar-rimbors ta' l-ispejjeż għall-ivvjaġġar taħt l-istess kondizzjonijiet.

Spejjeż għall-ivvjaġġar għandhom jinkludu wkoll l-ispiża tar-riservazzjoni ta' postijiet, it-trasport ta' bagolli u, fejn japplika, l-ispejjeż għal lukandi magħmula bi ħtieġa.

2.   Il-bażi biex jiġi kkalkolat ir-rimbors għandha tkun dik tal-ħlas tal-vjaġġ ferrovjarju fl-ewwel klassi fuq ir-rotta ferrovjarja normali l-iżjed qasira u l-iżjed ekonomika bejn il-post ta' l-impjieg u l-post ta' reklutaġġ jew ta' oriġini.

Fejn ir-rotta msemmija fl-ewwel paragrafu taqbeż il-500 km u f'każijiet fejn ir-rotta normali tinkludi qsim ta' baħar, il-membru tal-persunal ikkonċernat għandu jkollu d-dritt, fuq il-preżentazzjoni tal-billjetti, għar-rimbors ta' l-ispiża għall-ivvjaġġar bl-ajru fil-klassi business jew l-ekwivalenti. Fejn huwa użat mezz ta' trasport ieħor minn dawk imsemmija hawn fuq, il-kalkolu tar-rimbors għandu jkun ibbażat fuq l-ispiża bil-ferrovija, li ma għandhiex tinkludi l-akkomodazzjoni f'vagun ta' rqad. Fejn mhux possibbli li jsir kalkolu fuq din il-bażi, it-termini tar-rimbors għandhom jiġu determinati b'deċiżjoni speċjali ta' l-AACC.

3.   Il-post ta' oriġini ta' membru tal-persunal għandu jiġi determinat meta jibda x-xogħol li kien assenjat lilu, b'kont meħud ta' minn fejn ġie reklutat jew taċ-ċentru ta' l-interessi tiegħu. Permezz ta' deċiżjoni speċjali ta' l-AACC, il-post ta' oriġini hekk definit jista' jinbidel waqt li l-membru tal-persunal qiegħed fis-servizz jew meta jitlaq is-servizz. Tali deċiżjoni madankollu għandha tittieħed eċċezzjonalment biss waqt li qiegħed fis-servizz u fuq il-preżentazzjoni ta' evidenza ta' sostenn xierqa mill-membru tal-persunal.

L-effett ta' tali bidla ma għandhiex, madankollu, tkun tali li tirrikonoxxi bħala ċ-ċentru ta' l-interessi tal-membru tal-persunal, post barra mit-territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE jew tal-pajjiżi u t-territorji elenkati fl-Anness II għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Artikolu 8

1.   F'kull sena kalendarja membri tal-persunal għandu jkollhom id-dritt li jitħallsu somma ekwivalenti għall-ispiża għall-ivvjaġġar mill-post ta' impjieg sal-post ta' oriġini kif definit fl-Artikolu 7 għalihom u, jekk għandhom d-dritt għall-allowance tal-familja, għall-konjuġi u għad-dipendenti fis-sens ta' l-Artikolu 2.

Fejn ir-raġel u l-mara huma t-tnejn membri tal-persunal ta' l-Aġenzija, kull wieħed għandu d-dritt b'rispett għaliħ innifsu jew għaliha nnifisha u b'rispett għad-dipendenti, għall-ħlas ta' rata fissa ta' l-ispejjeż għall-ivvjaġġar, skond id-disposizzjonijiet ta' hawn fuq; kull dipendenti għandu jkollu d-dritt għal ħlas wieħed biss. Il-ħlas fir-rispett ta' tfal dipendenti huwa stabbilit fuq it-talba tar-raġel jew tal-mara, abbażi tal-post ta' oriġini ta' wieħed minnhom.

Fejn membru tal-persunal jiżżewweġ matul sena speċifika u b'dan jkollu dritt għall-allowance tal-familja, l-ispejjeż għall-ivvjaġġar li għandhom jitħallsu għall-konjuġi għandhom jiġu kkalkolati skond il-proporzjon tal-perijodu mid-data taż-żwieġ sa l-aħħar tas-sena.

Kwalunkwe bidla għall-bażi tal-kalkolu li tista' tinqala minn bidliet fl-istatus tal-familja wara d-data tal-ħlas tas-somom in kwistjoni ma għandhiex toħloq responsabbiltà ta' ħlas lura għall-membru tal-persunal ikkonċernat.

L-ispejjeż għall-ivvjaġġar għal tfal ta' bejn sentejn u għaxar snin għandhom jiġu kkalkolati abbażi ta' nofs l-allowance kilometrika u ta' nofs is-suppliment tar-rata fissa, bit-tfal jiġu kkonsidrati, għall-finijiet tal-kalkolu, li għalqu sentejn jew għaxar snin fl-1 ta' Jannar tas-sena attwali.

2.   Il-ħlas tar-rata fissa għandha tkun ibbażata fuq allowance għal kull kilometru ta' distanza bejn il-post ta' l-impjieg u l-post ta' reklutaġġ jew ta' oriġini tal-membru tal-persunal; tali distanza għandha tiġi kkalkolata skond il-metodu stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 7(2).

L-allowance kilometrika għandha tkun:

 

EUR 0 għal kull km minn 0 sa 200 km

 

EUR 0,3320 għal kull km minn 201 sa 1 000 km

 

EUR 0,5533 għal kull km minn 1 001 sa 2 000 km

 

EUR 0,3320 għal kull km minn 2 001 sa 3 000 km

 

EUR 0,1106 għal kull km minn 3 001 sa 4 000 km

 

EUR 0,0532 għal kull km minn 4 001 sa 10 000 km

 

EUR 0 għal kull km 'l fuq minn 10 000 km

Suppliment ta' rata fissa għandha tingħadd ma' l-allowance kilometriku ta' hawn fuq, li jammonta għal:

 

EUR 166 jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-post ta' l-impjieg u l-post ta' oriġini hija bejn 725 km u 1 450 km,

 

EUR 331,99 jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-post ta' l-impjieg u l-post ta' oriġini hija iktar minn 1 450 km,

L-allowances kilometriċi u s-supplimenti ta' rata fissa ta' hawn fuq għandhom jiġu adattati kull sena bl-istess proporzjon bħar-remunerazzjoni.

3.   Membru tal-persunal li jkollu s-servizz tiegħu terminat matul sena kalendarja għal kwalunkwe raġuni oħra minn mewt jew li qiegħed bil-leave fuq raġunijiet personali matul parti mis-sena għandu, jekk huwa f'impjieg attiv fis-servizz ta' l-Aġenzija għal inqas minn disa' xhur ta' dik is-sena, jkollu d-dritt għal parti mill-ħlas previst fil-paragrafu 1 biss, ikkalkolat skond il-proporzjon tal-ħin f'impjieg attiv.

4.   Id-disposizzjonijiet preċedenti għandhom japplikaw għal membri tal-persnual li l-post ta' l-impjieg tagħhom huwa fit-territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE. Membri tal-persunal li l-post ta' l-impjieg tagħhom huwa barra mit-territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE għandu jkollhom id-dritt, f'kull sena kalendarja, għalihom u, jekk għandhom id-dritt għall-allowance tal-familja, għall-konjuġi u għal dipendenti oħra fis-sens ta' l-Artikolu 2, għal ħlas lura ta' l-ispejjeż għall-ivvjaġġar lejn il-post ta' oriġini tagħhom, jew għal ħlas lura ta' l-ispejjeż għall-ivvjaġġar lejn post ieħor li ma jaqbżux l-ispiża għall-ivvjaġġar lejn il-post ta' oriġini. Madankollu, jekk il-konjugi u l-persuni msemmija fl-Artikolu 2(2) ma jgħixux mal-membru tal-persunal fil-post ta' l-impjieg, għandu jkollhom id-dritt kull sena kalendarja għal ħlas lura ta' l-ispejjeż għall-ivvjaġġar mill-post ta' oriġini lejn il-post ta' l-impjieg jew lejn post ieħor li ma jaqbżux l-ispiża għall-ivvjaġġar tal-vjaġġ lejn il-post ta' l-impjieg.

Ir-rimbors ta' dawn l-ispejjeż għall-ivvjaġġar għandu jieħu l-forma ta' ħlas ta' rata fissa bbażat fuq l-ispiża tal-vjaġġ bl-ajru fil-klassi immedjatament superjuri għal dik tal-klassi economy.

D.   SPEJJEŻ TA' ĠARR

Artikolu 9

1.   L-ispejjeż magħmula għal ġarr ta' għamara u ta' affarijiet personali, inkluża l-ispiża ta' assigurazzjoni kontra riskji normali (ksur, serq, ħruq), għandhom ikunu rimborsati lil membru tal-persunal li huwa obbligat li jibddel il-post tar-residenza tiegħu sabiex jikkonforma mal-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 22 tar-Regolamenti tal-Persunal u li ma rċeviex rimbors għall-istess spejjeż minn għajn oħra. Tali rimbors m' għandux jaqbeż l-ammont ta' stima miftehma minn qabel. Mhux inqas minn żewġ stimi għandhom jintbagħtu lid-dipartimenti xierqa ta' l-Aġenzija, li jistgħu, jekk jikkunsidraw li l-istimi huma eċċessivi, jagħżlu kumpanija ta' ġarr oħra. Fl-aħħar każ, id-dritt għal rimbors jista' jkun limitat għall-ammont ta' l-istimu ta' dik il-kumpannija.

2.   Mat-tmiem tas-servizz jew mal-mewt ta' membru tal-persunal, l-ispejjeż magħmula għall-ġarr mill-post fejn kien impjegat lejn il-post ta' oriġini għandhom jiġu rimborsati.

Fejn il-membru tal-persunal mejjet ma kienx miżżewweġ, l-ispejjeż għandhom jiġu rimborsati lil dawk li għandhom id-dritt minnu.

3.   Fil-każ ta' membru tal-persunal stabbilit, il-ġarr għandu jseħħ fi żmien sena mit-tmiem tal-perijodu ta' prova.

Mat-tmiem tas-servizz, il-ġarr għandu jseħħ fi żmien tlett snin kif previst fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 6(4).

L-ispejjeż ta' ġarr li jsiru wara l-iskadenza taż-żminijiet limiti stabbiliti hawn fuq għandhom jiġu rimborsati f'każijiet eċċezzjonali biss, b'deċiżjoni speċjali tal-AACC.

E.   ALLOWANCES TA' SUSSISTENZA TA' KULJUM

Artikolu 10

1.   Fejn membru tal-persunal jipprovdi evidenza li hija meħtieġa bidla fil-post tar-residenza sabiex jissodisfa l-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 22 tar-Regolamenti tal-Persunal, tali membru tal-persunal għandu jkollu d-dritt għal allowance ta' sussistenza, għal perijodu speċifikat fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, għal kull ġurnata kalendarja kif ġej:

 

Membru tal-persunal li għandu d-dritt li jirċievi l-allowance tal-familja: EUR 34,31.

 

Membru tal-persunal li m' għandux id-dritt li jirċievi l-allowance tal-familja: EUR 27,67.

L-iskala ta' hawn fuq għandha tiġi riveduta kull darba li hija riveduta r-remunerazzjoni skond l-Artikolu 59 tar-Regolamenti tal-Persunal.

2.   Il-perijodu li għalih hija mogħtija l-allowance ta' sussistenza ta' kuljum għandu jkun kif ġej:

(a)

fil-każ ta' membru tal-persunal li m' għandux id-dritt għall-allowance tal-familja: 120 ġurnata;

(b)

fil-każ ta' membru tal-persunal li għandu d-dritt għall-allowance tal-familja: 180 ġurnata jew, jekk il-membru tal-persunal għadu taħt prova, il-perijodu ta' prova flimkien ma' xahar ieħor.

F'każijiet fejn ir-raġel u l-mara huma membri tal-persunal u t-tnejn għandhom id-dritt għall-allowance ta' sussistenza bażika, il-perijodu li għalih tiġi mogħtija kif stabbilit f' (b) għandu japplika għall-persuna li għandha s-salarju bażiku l-iżjed għoli. Il-perijodu stabbilit f' (a) għandu japplika għall-persuna l-oħra.

L-allowance ta' sussistenza ta' kuljum m' għandha tingħata fl-ebda każ lil hinn mid-data li fiha l-membru tal-persunal iġorr sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 22 tar-Regolamenti tal-Persunal.

F.   SPEJJEŻ TA' MISSJONI

Artikolu 11

1.   Membru tal-persunal li jivvjaġġa fuq missjoni u li għandu istruzzjoni xierqa għal ivvjaġġar għandu jkollu d-dritt għal rimbors ta' l-ispejjeż għall-ivvjaġġar u għal allowance ta' sussistenza ta' kuljum skond id-disposizzjonijiet li ġejjin.

2.   L-istruzzjoni għall-ivvjaġġar għandha tiddikjara t-tul probabbli tal-missjoni, u abbażi ta' dan jiġi kkalkolat kwalunkwe avvanz li l-membru tal-persunal ikun jista' jikseb permezz ta' l-allowance ta' sussistenza ta' kuljum. Ħlief fil-każ li tittieħed deċiżjoni speċjali, l-ebda avvanz m' għandu jitħallas fejn il-missjoni mhiex prevista li tinvolvi dewmien ta' iżjed minn 24 siegħa u għandha titwettaq f'pajjiż li għandu l-istess munita ta' dik użata fil-post fejn il-membru tal-persunal huwa mpjegat.

3.   Ħlief f'każijiet speċjali, li għandhom jiġu determinati b'deċiżjoni speċjali u b'mod partikolari fejn membru tal-persunal jissejjaħ lura mill-leave, ir-rimbors ta' l-ispejjeż tal-missjoni għandhom jiġu limitati għall-ispiża tal-vjaġġ l-iktar ekonomiku bejn il-post ta' l-impjieg u l-post tal-missjoni li ma titlobx lill-membru tal-persunal fuq missjoni biex jestendi s-soġġorn tiegħu b'mod sinifikattiv.

Artikolu 12

1.   Ivvjaġġar bil-ferrovija

Spejjeż għall-ivvjaġġar għal missjonijiet fejn il-vjaġġ sar bil-ferrovija għandhom jiġu rimborsati fuq il-preżentazzjoni ta' dokumenti ta' sostenn abbażi ta' l-ispiża tat-trasport fl-ewwel klassi, permezz ta' l-iqsar rotta bejn il-post ta' l-impjieg u l-post tal-missjoni.

2.   Ivvjaġġar bl-ajru

Membri tal-persunal għandhom ikunu awtorizzati li jivvjaġġaw bl-ajru jekk id-distanza totali tal vjaġġi ta' ħruġ u ta' ritorn bil-ferrovija tkun ta' l-inqas ta' 800 kilometru.

3.   Ivvjaġġar bil-baħar

L-AACC għandha tawtorizza f'kull każ u abbażi tat-tul u ta' l-ispiża tal-vjaġġ il-klassijiet li għandhom jiġu użati u s-supplimenti fuq il-kabini li jistgħu jiġu rimborsati.

4.   Ivvjaġġar bil-karozza

L-ispejjeż għall-ivvjaġġar għandhom jiġu rimborsati fil-forma ta' somma waħda bbażata fuq l-ispiża bil-ferrovija, skond il-punt 1; l-ebda suppliment ieħor m' għandu jitħallas.

Madankollu, fil-każ ta' membru tal-persunal li jivvjaġġa fuq missjoni f'ċirkostanzi speċjali, l-AACC tista' tiddeċiedi li tagħti allowance lill-membru tal-persunal għal kull kilometru kopert minflok ir-rimbors ta' l-ispejjeż għall-ivvjaġġar previst hawnfuq, jekk l'użu tat-trasport pubbliku jippreżenta żvantaġġi ċari.

Artikolu 13

1.   L-allowance ta' sussistenza ta' kuljum għal missjonijiet għandha tikkonsisti f'somma ta' rata fissa biex tkopri l-ispejjeż kollha magħmula mill-persuna fuq il-missjoni: kolazzjon, żewġ ikliet prinċipali u spejjeż inċidentali, inkluż l-ivvjaġġar lokali. Spejjeż ta' akkomodazzjoni, inklużi taxxi lokali, għandhom jiġu rimborsati sa massimu stabbilit għal kull pajjiż, fuq preżentazzjoni ta' dokumenti ta' sostenn.

2.

(a)

L-iskala għall-Istati Membri ta' l-UE hija kif gej:

(f'euro)

Destinazzjonijiet

Allowance ta' kuljum

Limitu tal-lukanda

il-Belġju

84,06

117,08

ir-Repubblika Ċeka

55,00

175,00

id-Danimarka

91,70

148,07

il-Ġermanja

74,14

97,03

l-Estonja

70,00

120,00

Il-Greċja

66,04

99,63

Spanja

68,89

126,57

Franza

72,58

97,27

l-Irlanda

80,94

139,32

l-Italja

60,34

114,33

Ċipru

50,00

110,00

il-Latvja

85,00

165,00

il-Litwanja

80,00

170,00

il-Lussemburgu

82,00

106,92

l-Ungerija

50,00

165,00

Malta

60,00

115,00

l-Olanda

78,26

131,76

l-Awstrija

74,47

128,58

il-Polonja

60,00

210,00

il-Portugall

68,91

124,89

is-Slovenja

60,00

110,00

is-Slovakkja

50,00

125,00

il-Finlandja

92,34

140,98

l-Isvezja

92,91

141,77

ir-Renju Unit

86,89

149,03

Fejn membru tal-persunal fuq missjoni jirċievi ikla jew akkomodazzjoni b'xejn jew dawn jiġu rimborsati minn wieħed mill-istituzzjonijiet tal-Komunita', amministrazzjoni jew korp barrani, dan għandu jiġi ddikjarat. B'konsegwenza, għandu jseħħ tnaqqis li jikkorispondi għal dan.

(b)

L-iskala għall-missjonijiet f'pajjiżi barra mit-territorju Ewropew ta' l-Istati Membri ta' l-UE għandha tiġi stabbilità u aġġustata perjodikament mill-AACC.

3.   Ir-rati stabbiliti fil paragrafu 2(a) għandhom jiġu riveduti kull sentejn abbażi tar-reviżjoni li sseħħ skond l-Artikolu 13(3) ta' l-Anness VII għar-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 14

Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 11, 12 u 13 ta' dan l-Anness għandhom jiġu stabbiliti mill-Aġenzija.

G.   RIMBORS FISS TA' SPEJJEŻ

Artikolu 15

1.   Membri tal-persunal li, minħabba dmirijiethom, jagħmlu spejjeż ta' ospitalità ta' spiss jistgħu jiġu mogħtija allowance ta' rata fissa mill-AACC, li għandha tiddetermina dan l-ammont.

F'każijiet speċjali, l-AACC tista' tiddeċiedi wkoll li parti mill-ispiża ta' akkomodazzjoni tal-membru tal-persunal ikkonċernat tista' titħallas ukoll mill-Aġenzija.

2.   L-ammont ta' l-allowance għall-ospitalità, fil-każ ta' membri tal-persunal li, minħabba istruzzjonijiet speċjali, ġieli jagħmlu spejjeż ta' ospitalità għal finijiet uffiċjali, għandha tiġi determinata f'kull każ abbażi ta' dokumenti ta' sostenn u fuq termini li għandhom jiġu stabbiliti mill-AACC.

Artikolu 16

B'deċiżjoni ta' l-AACC, persunal amministrattiv għoli (Direttur Ġenerali jew l-ekwivalenti tagħhom fil-grad AD16 jew AD15 u Diretturi jew l-ekwivalenti tagħhom fil-grad AD15 jew AD14) li m' għandhomx karozza uffiċjali għad-disposizzjoni tagħhom jistgħu jirċievu allowance fiss, li ma jaqbiżx EUR 892,42 fis-sena biex ikopri l-ivvjaġġar normali fil-limiti tal-belt fejn huma mpjegati.

Permezz ta' deċiżjoni raġunata ta' l-AACC, l-allowance tista' tiġi mogħtija lill-membru tal-persunal li dmirijietu jeħtieġu li jagħmel vjaġġi kontinwament li għalihom għandu l-awtorizzazzjoni li juża l-karozza tiegħu.

Sezzjoni 4

Ħlas ta' somom dovuti

Artikolu 17

1.   Il-ħlas ta' remunerazzjoni lil membri tal-persunal għandu jsir fil-15-il jum ta' kull xahar għal dak ix-xahar attwali. L-ammont ta' remunerazzjoni għandu jiġi approssimat għall-eqreb ċenteżimu 'l fuq.

2.   Fejn ir-remunerazzjoni mhiex dovuta għal xahar sħiħ, l-ammont għandu jiġi diviż bi tletin, u

(a)

fejn in-numru attwali ta' ġranet li għalihom ħlas għandu jingħata huwa ta' 15 jew inqas, in-numru tal-partijiet minn tletin dovuti għandu jkunu ugwali man-numru attwali ta' ġranet li għalihom ħlas għandu jingħata;

(b)

fejn in-numru attwali ta' ġranet li għalihom ħlas għandu jingħata huwa iżjed minn 15, in-numru tal-partijiet minn tletin dovut għandu jkunu ugwali mad-differenza bejn in-numru attwali ta' ġranet li għalihom ħlas m' għandux jingħata u 30;

3.   Fejn id-dritt għal allowances tal-familja u allowances għall-espatrijazzjoni jibda wara d-data tad-dħul fis-servizz, il-membru tal-persunal għandu jirċievi dawn mill-ewwel jum tax-xahar li fih tali dritt jibda. Mat-tmiem ta' tali dritt, il-membru tal-persunal għandu jirċievi s-somma dovuta sa l-aħħar ġurnata tax-xahar li fih tali dritt jintemm.

Artikolu 18

1.   Il-ħlas għandu jsir lil kull membru tal-persunal fil-post u fil-munita tal-pajjiż fejn iwettaq dmirijietu.

2.   Bl-istess kondizzjonijiet ta' dawk stabbiliti f'regoli stabbiliti mill-istituzzjonijiet tal-Komunità skond l-Artikolu 17(2) ta' l-Anness VII għar-Regolamenti tal-Persunal tal-KE, membri tal-persunal jistgħu jkollhom parti mir-remunerazzjoni tagħhom regolarment trasferita mill-Aġenzija lejn Stat Membru ieħor ta' l-UE.

Taħt l-ewwel sentenza ta' dan il-paragrafu, li ġej jista' jiġi trasferit separatament jew flimkien:

(a)

għal tfal li jattendu stabbiliment ta' edukazzjoni fi Stat Membru ieħor ta' l-UE, ammont massimu għal kull tifel/tifla dipendenti ugwali għall-ammont ta' l-allowance għall-edukazzjoni verament rċevut għat-tifel/tifla;

(b)

Fuq preżentazzjoni ta' dokumenti ta' sostenn validi, ħlasijiet regolari lill-persuni l-oħra kollha residenti fl-Istat Membru ta' l-UE rilevanti dwar liema l-membru tal-persunal jippreżenta evidenza li għandu obbligazzjoni permezz tal-qrati jew ta' l-awtorità amministrattiva kompetenti.

It-trasferimenti msemmija fil-punt (b) ma jistgħux jaqbżu 5 % tas-salarju bażiku tal-membru tal-persunal.

3.   It-trasferimenti msemmjia fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom isiru bl-istess rata ta' kambju ta' dawk imsemmija fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 63 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-KE. L-ammonti trasferiti għandhom ikunu moltiplikati b'koeffiċjent li jirrappreżenta d-differenza bejn il-koeffiċjent ta' korrezzjoni għall-pajjiż lejn fejn isir it-trasferiment kif definit f' subparagrafu (b) ta' l-Artikolu 3(5) ta' l-Anness XI għar-Regolamenti tal-Persunal tal-KE u l-koeffiċjent ta' korrezzjoni għar-remunerazzjoni tal-membru tal-persunal kif imsemmi f' subparagrafu (a) ta' l-Artikolu 3(5) ta' l-Anness XI għar-Regolamenti tal-Persunal tal-KE.

4.   Minbarra t-trasferimenti msemmija fil-paragrafi 1 sa 3, membru tal-persunal jista' jitlob trasferiment regolari lejn Stat Membru ieħor ta' l-UE bir-rata tal-kambju ta' dak ix-xahar, mingħajr l-applikazzjoni ta' kwalunkwe koeffiċjent. Dan it-trasferiment ma jistax jaqbeż 25 % tas-salarju bażiku tal-membru tal-persunal.


ANNESS VI

GĦOTJA MINĦABBA TMIEM TA' IMPJIEG U PENSJONI

KAPITOLU 1

Għotja minħabba tmiem ta' impjieg

Artikolu 1

1.   Membru tal-persunal li jintemmlu s-servizz għal kwalunkwe raġuni iżda mhux minħabba mewt jew invalidità għandu jkollu d-dritt mat-tluq mis-servizz:

(a)

fejn ikun għamel inqas minn sena servizz, għal ħlas ta' għotja minħabba tmiem ta' impjieg ugwali għal tlett darbiet l-ammonti miżmuma mis-salarju bażiku tiegħu b'rispett għall-kontribuzzjonijiet għall-pensjoni tiegħu, wara li jitnaqqsu kwalunkwe ammonti mħallsa taħt l-Artikoli 90 u 131 tar-Regolamenti tal-persunal;

(b)

f'każijiet oħra, għandu jkollu d-dritt:

li jkollu l-ekwivalenti attwarjali tad-drittijiet tal-pensjoni ta' l-irtirar, aġġornati għad-data attwali ta' trasferiment, fl-Aġenzija trasferiti għall-fond tal-pensjoni ta' amministrazzjoni jew organizzazzjoni jew għall-fond tal-pensjoni taħt liema jikseb drittijiet tal-pensjoni ta' l-irtirar bis-saħħa ta' l-attività magħmula f'kapaċità ta' impjieg jew xogħol għal rasu, jew

għall-ħlas ta' l-ekwivalent attwarjali ta' tali benefiċċji lil kumpannija privata ta' assigurazzjoni jew fond tal-pensjoni ta' l-għażla tagħhom, fuq il-kondizzjoni li tali kumpannija jew fond jiggarantixxu li:

(i)

il-kapital ma jitħallasx lura;

(ii)

jitħallas dħul fix-xahar mill-età ta' 60 sena mill-iżjed kmieni, u mill-età ta' 65 sena mill-iżjed tard;

(iii)

hemm disposizzjonijiet għal riverżjoni jew għal pensjonijiet tas-sopravissut;

(iv)

it-trasferiment lejn kumpannija ta' assigurazzjoni oħra jew fond ieħor ikun awtorizzat biss jekk tali fond jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (i), (ii) u (iii).

2.   Fejn is-servizz ta' membru tal-persunal intemm permezz tat-tneħħija mill-pożizzjoni tiegħu, l-għotja minħabba tmiem ta' impjieg jew, skond il-każ, l-ekwivalenti attwarjali li għandha tiġi trasferita għandha tiġi determinata b'referenza għad-deċiżjoni meħuda skond l-Artikolu 146 tar-Regolamenti tal-Persunal.

KAPITOLU 2

Allowance għall-Invalidità

Artikolu 2

1.   Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 75 tar-Regolamenti tal-Persunal, membru tal-persunal li għandu inqas minn 65 sena li, fi kwalunkwe ħin matul il-perijodu li fih qiegħed jakkwista d-drittijiet għal pensjoni, huwa rikonoxxut mill-Kumitat ta' l-Invalidità li qiegħed isofri minn invalidità permanenti u totali li ma tħalliħx iwettaq il-kompiti li jikkorrispondu ma' pożizzjoni fil-kategorija tiegħu, u li huwa għalhekk obbligat li jtemm is-servizz tiegħu ma' l-Aġenzija għandu jkollu d-dritt, għaż-żmien li fih tippersisti tali inkapaċità, għall-allowance ta' l- invalidità kif previst fl-Artikolu 76 tar-Regolamenti tal-Persunal.

2.   Persuni li jirċievu allowance għall-invalidità ma jistgħux jidħlu għal xogħol bi qligħ mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel ta' l-AACC. Kwalunkwe dħul minn tali impjieg bi qligħ li, flimkien ma' l-allowance għall-invalidità, jaqbeż ir-remunerazzjoni totali finali li wieħed jirċievi waqt is-servizz attiv kif determinat abbażi ta' l-iskala tas-salarju fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar li fih għandha titħallas l-allowance għandu jiġi mnaqqas mill-allowance għall-invalidità.

Il-persuna li tirċievi l-allowance għandha tkun meħtieġa li tippreżenta, meta din tintalbilha, kwalunkwe prova bil-miktub li tista' tintalab u li tinnotifika lill-Aġenzija dwar kwalunkwe fattur li jista' jaffetwa d-dritt għall-allowance.

Artikolu 3

Sakemm ex-embru tal-persunal li jirċievi l-allowance għall-invalidità għandu inqas minn 63 sena, l-Aġenzija tista' teżaminaħ medikalment perjodikament biex taċċerta ruħha li għadu jissoddisfa l-ħtiġijiet għall-ħlas ta' l-allowance.

KAPITOLU 3

Pensjoni tas-sopravissut

Artikolu 4

Fejn membru tal-persunal imut waqt li qiegħed f'impjieg attiv, fuq leave għal raġunijiet personali, fuq leave għas-servizz militari, fuq leave parentali jew leave familjari, l-armel/la għandu/ha jkollu/ha d-dritt, sakemm il-koppja kinet miżżewġa għall-inqas għal sena qabel il-mewt tiegħu u mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 75 tar-Regolamenti tal-Persunal u Artikolu 11 ta' dan l-Anness, għal pensjoni tas-sopravissut ugwali għal 60 % tad-drittijiet għall-pensjoni ta' l-irtirar miksuba għall-membru tal-persunal fil-mument tal-mewt.

M' għandux jittieħed kont tat-tul taż-żwieġ jekk hemm tifel/tifla jew iżjed miż-żwieġ jew minn żwieġ preċedenti tal-membru tal-persunal, sakemm l-armel/la tmantni jew mantna/mantniet dawk it-tfal, jew jekk il-mewt tal-membru tal-persunal seħħet minħabba disabbiltà fiżika jew mard ikkaġunati fit-twettieq tal-kompiti tiegħu jew minn aċċident.

Artikolu 5

Fejn ex-membru tal-persunal kien jirċievi allowance għall-invalidità l-armel/armla għandu/ha jkollu/ha d-dritt, mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8, sakemm il-koppja kienet miżżewġa meta l-membru tal-persunal sar eliġibbli għall-allowance, għal pensjoni tas-sopravissut ugwali għal 60 % ta' l-allowance għall-invalidità li l-armel/armla kien(et) qed j/tirċievi fil-mument tal-mewt.

Il-pensjoni tas-sopravissut minima għandha tkun ta' 35 % tas-salarju bażiku finali; madankollu, l-ammont tal-pensjoni tas-sopravissut m' għandu fl-ebda każ jaqbeż l-ammont ta' l-allowance għall-invalidità li l-konjuġi kien(et) qed j/tirċievi fil-mument tal-mewt.

Artikolu 6

Għall-finijiet ta' l-Artikoli 4 u 5, m' għandux jittieħed kont tat-tul taż-żwieġ fejn iż-żwieġ, allavolja kuntrattat wara t-tmiem tas-servizz tal-membru tal-persunal, dam mill-inqas ħames snin.

Artikolu 7

1.   Il-pensjoni ta' l-orfni prevista fl-Artikolu 81, fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet subparagrafi tar-Regolamenti tal-Persunal għandha, għall-ewwel orfni, tkun ugwali għal tmien partijiet minn għaxra tal-pensjoni tas-sopravissut li l-armel/armla tal-membru tal-persunal jew ex-membru tal-persunal li kien jirċievi allowance għall-invalidità kien(et) ikollu/ha dritt għaliha, bit-tnaqqis stabbilit fl-Artikolu 10 ta' dan l-Anness ma jkunx ikkunsidrat.

Mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8, m' għandhiex tkun inqas mill-figura minima ta' sussistenza.

2.   Għal kull tifel/tifla dipendenti wara l-ewwel wieħed/waħda, il-pensjoni għandha tiżdied b'ammont ugwali għal darbtejn l-allowance għat-tfal dipendenti.

L-orfni għandhom ikollhom id-dritt għal allowance għall-edukazzjoni skond l-Artikolu 3 ta' l-Anness V.

3.   L-ammont totali ta' pensjoni u allowance ikkalkolata b'dan il-mod għandu jkun diviż ugwalment bejn l-orfni li għandhom id-dritt.

Artikolu 8

Fejn membru tal-persunal iħalli armel/armla u orfni wkoll minn żwieġ preċedenti jew minn persuni oħra li għandhom id-dritt minnu, il-pensjoni totali, ikkalkolata bħal li kieku għal armel/armla li għandu/ha dawn il-persuni dipendenti kollha fuqu/ha, għandha tinqasam bejn il-persuni varji ikkonċernati fi proporzjon mal-pensjonijiet li kienu jkunu pagabbli lil kull kategorija tagħhom jekk ittrattati separatament.

Fejn membru tal-persunal iħalli orfni minn żwiġijiet differenti, il-pensjoni totali, ikkalkolata bħal li kieku it-tfal kollha kienu mill-istess żwieġ, għandha tinqasam bejn il-persuni varji ikkonċernati fi proporzjon mal-pensjonijiet li kienu jkunu pagabbli lil kull kategorija tagħhom jekk ittrattati separatament.

Għall-finijiet tal-kalkolu ta' dan it-tqassim, it-tfal minn żwieġ preċedenti ta' kwalunkwe wieħed mill-konjuġi, li huma rikonoxxuti bħala dipendenti fis-sens ta' l-Artikolu 2 ta' l-Anness V, għandhom jiġu nklużi fil-kategorija ta' tfal miż-żwieġ mal-membru tal-persunal jew ex-membru tal-persunal li kien jirċievi allowance għall-invalidità.

Fil-każ prospettat fit-tieni paragrafu ta' dan l-Artikolu, axxendenti li huma rikonoxxuti bħala dipendenti kif previst fl-Artikolu 2 ta' l-Anness V, għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħal tfal dipendenti u, għall-finijiet tal-kalkolu tat-tqassim, inklużi fil-kategorija tad-dixxendenti.

Artikolu 9

Id-dritt għall-ħlas ta' pensjoni tas-sopravissut għandu jkollu effett mill-ewwel jum tax-xahar kalendarju li jiġi wara dak li fih miet il-membru tal-persunal jew l-ex-membru tal-persunal li kien jirċievi allowance għall-invalidità. Madankollu, fejn il-ħlas previst fl-Artikolu 59(8) tar-Regolamenti tal-Persunal isir mal-mewt tal-membru tal-persunal jew tal-persuna li kellha d-dritt għal pensjoni, tali dritt għandu jkollu effett fl-ewwel jum tar-raba' xahar wara dak li fih seħħet il-mewt.

Id-dritt għall-ħlas ta' pensjoni tas-sopravissut għandu jispiċċa fl-aħħar tax-xahar kalendarju li fih il-persuna li tirċievi l-pensjoni tmut jew ma tibqax tissodisfa l-ħtiġijiet għall-ħlas tal-pensjoni. Bl-istess mod, id-dritt għal pensjoni ta' orfni għandha tispiċċa jekk il-persuna ma tibqax ikkunsidrata bħala tifel/tifla dipendenti fis-sens ta' l-Artikolu 2 ta' l-Anness V.

Artikolu 10

Fejn id-differenza fl-età bejn il-membru mejjet tal-persunal jew l-ex-membru mejjet tal-persunal li kien qed jirċievi allowance għall-invalidità u l-armel/armla tiegħu, bit-tneħħija taż-żmien li kienu miżżewġa, hija iżjed minn 10 snin, il-pensjoni ta' l-armel/armla, ikkalkolata skond id-disposizzjonijiet ta' hawn fuq, għandha tkun suġġetta għal tnaqqis, għal kull sena sħiħa ta' differenza, li jammonta għal:

1 % għas-snin bejn 10 u 20;

2 % għas-snin minn 20 sa, iżda mhux inkluża, il-25 sena;

3 % għas-snin minn 25 sa, iżda mhux inkluża, it-30 sena;

4 % għas-snin minn 30 sa, iżda mhux inkluża, il-35 sena;

5 % għas-snin minn 35 'l fuq.

Artikolu 11

Id-dritt ta' armel/armla għal pensjoni tas-sopravissut għandu jispiċċa ma' żwieġ mill-ġdid. Għandu jew għandha jkollu/ha d-dritt għall-ħlas immedjat ta' somma kapitali ugwali għal darbtejn l-ammont annwali tal-pensjoni tas-sopravissut tiegħu/tagħha, sakemm ma japplikax it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 81 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 12

Il-konjuġi divorzjat(a) ta' membru tal-persunal jew ta' ex-membru tal-persunal għandu/ha jkollu/ha d-dritt għal pensjoni tas-sopravissut, kif definita f'dan il-Kapitolu, sakemm, mal-mewt ta' l-ex konjuġi, j/tista' j/tiġġustifika d-dritt tiegħu/tagħha li j/tirċievi manteniment minnu permezz ta' ordni tal-qorti jew bħala r-riżultat ta' ftehim uffiċjali reġistrat fis-seħħ bejnu/ha u l-ex konjuġi tiegħu/ha.

Madankollu, il-pensjoni tas-sopravissut ma tistax taqbeż l-ammont ta' manteniment mħallas fiż-żmien tal-mewt ta' l-ex konjuġi, bl-ammont aġġustat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 84 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Id-dritt tal-konjuġi divorzjat(a) għandu jispiċċa jekk j/terġa j/tiżżewweġ qabel ma j/tmut il-konjuġi preċedenti. L-Artikolu 11 għandu japplika fil-każ ta' żwieġ mill-ġdid wara l-mewt tal-konjuġi preċedenti.

Artikolu 13

Fejn il-membru mejjet tal-persunal iħalli iżjed minn konjuġi waħda divorzjat(a) li għandu/ha d-dritt għal pensjoni tas-sopravissut jew konjuġi waħda divorzjat(a) jew iżjed u armel/armla li għandhom id-dritt għal pensjoni tas-sopravissut, dik il-pensjoni għandha tiġi diviża fi proporzjon għaż żmien rispettiv taż-żwiġijiet. Id-disposizzjonijiet tat-tieni u tat-tielet paragrafi ta' l-Artikolu 12 għandhom japplikaw.

Jekk kwalunkwe mill-persuni li għandhom dritt għal pensjoni tmut jew tirrinunzja għall-parti tiegħu/tagħha, dik il-parti għandha tingħaqad mal-partijiet tal-persuni l-oħra, ħlief fejn hemm drittijiet ta' l-orfni taħt it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 81 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Tnaqqis b'rispett għal differenza fl-età, kif previst fl-Artikolu 10, għandu jkun applikat separatament għal pensjonijiet diviżi skond dan l-Artikolu.

Artikolu 14

Fejn taħt l-Artikolu 19 ta' dan l-Anness il-konjuġi divorzjat(a) j/titlef id-dritt għal pensjoni, il-pensjoni totali għandha titħallas lis-sopravissut, sakemm ma japplikax it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 81 tar-Regolamenti tal-Persunal.

KAPITOLU 4

Pensjonijet provviżorji

Artikolu 15

Il-konjuġi jew il-persuni rikonoxxuti bħala d-dipendenti ta' membru tal-persunal li qiegħed f'impjieg attiv, fuq leave għal raġunijiet personali, fuq leave għas-servizz militari, fuq leave parentali jew leave familjari, li mhux magħruf fejn qiegħed għal iżjed minn sena, jistgħu jirċievu provviżorjament il-pensjoni tas-sopravissut li jkollhom id-dritt għalih taħt dan l-Anness.

Artikolu 16

Il-konjuġi jew il-persuni rikonoxxuti bħala d-dipendenti ta' ex-membru tal-persunal li jirċievi allowance għall-invalidità, li mhux magħruf fejn qiegħed għal iżjed minn sena jistgħu jirċievu provviżorjament il-pensjoni tas-sopravissut li jkollhom id-dritt għalih taħt dan l-Anness.

Artikolu 17

Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 16 għandhom japplikaw għal persuni rikonoxxuti bħala dipendenti ta' persuna li tirċievi jew li għandha d-dritt għal pensjoni tas-sopravissut li mhux magħruf fejn qiegħda għal iżjed minn sena.

Artikolu 18

Pensjonijiet provviżorji taħt l-Artikoli 15, 16 u 17 għandhom jinbidlu f'pensjonijiet definittivi meta l-mewt tal-membru tal-persunal jew ta' l-ex-membru tal-persunal tiġi konfermata b'mod xieraq jew jiġi legalment dikjarat nieqes, maħsub mejjet.

KAPITOLU 5

Żidiet fil-pensjoni fir-rigward ta' tfal dipendenti

Artikolu 19

Id-disposizzjonijiet tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 80 tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw għal persuni li jirċievu pensjoni provviżorja.

L-Artikoli 80 u 81 tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw ukoll għal tfal li twieldu inqas minn 300 ġurnata wara l-mewt tal-membru tal-persunal jew ta' l-ex-membru tal-persunal li kien jirċievi allowance għall-invalidità.

Artikolu 20

L-għoti ta' pensjoni tas-sopravissut jew ta' allowance għall-invalidità jew ta' pensjoni provviżorja m' għandux jagħti d-dritt lill-pensjonant għal allowance għall-espatrijazzjoni.

KAPITOLU 6

Finanzjar ta' l-Iskema tal-Pensjoni

Artikolu 21

Is-salarji u l-allowances għall-invalidità għandhom ikunu dejjem suġġetti għal tnaqqis tal-kontribuzzjoni ta' l-iskema tal-pensjoni prevista fl-Artikoli 74 sa 87 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 22

Membri tal-persunal fuq leave għal raġunijiet personali li qed ikomplu jakkwistaw aktar drittijiet tal-pensjoni skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 56(3) tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom jibqgħu jħallsu l-kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 21 ta' dan l-Anness abbażi tas-salarju għal dik l-iskala u grad.

Il-benefiċċji kollha li għandu dritt għalihom taħt din l-iskema tal-pensjoni kwalunkwe tali membru tal-persunal jew dawk li għandhom id-dritt minnu, għandhom jiġu kkalkolati abbażi ta' tali salarju.

Artikolu 23

M' għandhomx jiġu rimborsati l-kontribuzzjonijiet imnaqqsa sew. Kontribuzzjonijiet imnaqqsa ħażin m' għandhomx jagħtu d-dritt għal pensjoni; għandhom jiġu rimborsati mingħajr interessi fuq it-talba tal-membru tal-persunal jew ta' dawk li għandhom id-dritt minnu.

KAPITOLU 7

Kalkolu tal-pensjoni

Artikolu 24

L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-kalkolu ta' l-ammont tal-pensjoni tas-sopravissut jew tal-pensjoni provisorja u ta' l-allowance għall-invalidità. Dikjarazzjoni dettaljata tal-kalkolu għandha tiġi komunikata lill-membru tal-persunal jew lil dawk li għandhom d-dritt minnu, fl-istess ħin tad-deċiżjoni li tagħti l-pensjoni.

Allowance għall-invalidità ma għandiex titħallas flimkien mas-salarju li jitħallas mill-budget ġenerali ta' l-Aġenzija. Bl-istess mod, għandha tkun inkompatibbli ma' kwalunkwe remunerazzjoni miksuba minn pożizzjoni f'waħda mill-istituzzjonijiet jew aġenziji tal-Komunita'.

Artikolu 25

L-ammont ta' pensjoni tista' tiġi kkalkolata mill-ġdid fi kwalunkwe ħin jekk ikun hemm żball jew ommissjoni ta' kwalunwe xorta.

Il-pensjonijiet għandhom ikunu suġġetti għal modifika jew irtirar jekk l-għotja kienet kontra d-disposizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal jew ta' dan l-Anness.

Artikolu 26

Fejn membru tal-persunal jew ex-membru tal-persunal li kien qed jirċievi allowance għall-invalidità imut u dawk li għandhom d-dritt minnu ma japplikawx għall-pensjoni jew l-allowance tagħhom fi żmien sena mid-data tal-mewt tiegħu, għandhom jitilfu d-dritt tagħhom, sakemm mhiex sabbilita b'mod xieraq force majeur.

Artikolu 27

Meta jkun hemm benefiċċji taħt din l-iskema tal-pensjoni favur ex-membru tal-persunal jew dawk li għandhom d-dritt minnu, dawn għandhom jippreżentaw tali prova bil-miktub kif jista' jkun mitlub u jinformaw lill-Aġenzija dwar kwalunkwe fatti li probabbilment jistgħu jaffettwaw id-dritt tagħhom.

Artikolu 28

Fejn membru tal-persunal ġie mċaħħad temporanjament mid-drittijiet tiegħu għal pensjoni, kompletament jew parzjalment, hekk kif jidhru taħt l-Artikolu 146 tar-Regolamenti tal-persunal, għandu jkollu d-dritt li jitlob rimbors fi proporzjon għall-ammont li bih il-pensjoni tiegħu ġiet imnaqqsa mill-kontribuzzjonijiet għall-pensjoni li ħallas.

KAPITOLU 8

Ħlas ta' benefiċċji

Artikolu 29

Benefiċċji taħt din l-iskema tal-pensjoni għandhom jitħallsu kull xahar b'lura.

Dawn il-benefiċċji għandhom jiġu pprovduti mill-Aġenzija.

Għal pensjonanti li jgħixu fl-Unjoni Ewropea, il-benefiċċji għandhom jitħallsu f-euro f'bank fl-Istat Membru ta' l-UE ta' residenza.

Għal pensjonanti li jgħixu barra mill-Unjoni Ewropea, il-benefiċċji għandhom jitħallsu f-euro f'bank fl-Istat ta' residenza. B'eċċezzjoni il-pensjoni tista' titħallas f'euro f'bank fil-pajjiż fejn l-Aġenzija għandha l-kwartieri ġenerali, jew f'munita barranija fil-pajjiż ta' residenza tal-pensjonant, bil-kambju jsir bir-rati ta' kambju l-iżjed aġġornati li huma użati għall-implimentazzjoni tal-budget ta' l-Aġenzija.

Dan l-Artikolu għandu japplika b'analoġija għal dawk li jirċievu allowance għall-invalidità.


ANNESS VII

TIPI TA' POSTIJIET F'KULL GRUPP TA' FUNZJONI, KIF PREVIST FL-ARTIKOLU 7(3)

Grupp ta' funzjoni AD

Grupp ta' funzjoni AST

Direttur Ġenerali

AD 16

 

 

Direttur Ġenerali/Direttur

AD 15

 

 

Amministratur li jaħdem per eżempju bħala:

Direttur/Kap ta' Unità/Konsulent/espert lingwistiku; espert ekonomiku; espert legali; espert mediku; espert xjentifiku; espert tar-riċerka; espert finanzjarju, espert tal-verifika

AD 14

 

 

Amministratur li jaħdem per eżempju bħala:

Kap ta' Unità/Konsulent/espert lingwistiku; espert ekonomiku; espert legali; espert mediku; espert xjentifiku; espert tar-riċerka; espert finanzjarju, espert tal-verifika

AD 13

 

 

Amministratur li jaħdem per eżempju bħala:

Kap ta' unità/traduttur prinċipali, ekonomista prinċipali; avukat prinċipali; uffiċjal prinċipali mediku; xjentist prinċipali; riċerkatur prinċipali; uffiċjal prinċipali finanzjarju, uffiċjal prinċipali tal-verifika

AD 12

 

 

Amministratur li jaħdem per eżempju bħala:

Kap ta' unità/traduttur prinċipali, ekonomista prinċipali; avukat prinċipali; uffiċjal prinċipali mediku; xjentist prinċipali; riċerkatur prinċipali; uffiċjal prinċipali finanzjarju, uffiċjal prinċipali tal-verifika

AD 11

AST 11

Assistent li jaħdem per eżempju bħala:

Assistent personali (a.p.); uffiċjal klerikali; uffiċjal tekniku; uffiċjal ta' l-IT

Amministratur li jaħdem per eżempju bħala:

Kap ta' Unità/traduttur anzjan; ekonomista anzjan; avukat anzjan; uffiċjal anzjan mediku; xjentist anzjan; riċerkatur anzjan; uffiċjal anzjan finanzjarju, uffiċjal anzjan tal-verifika

AD 10

AST 10

Assistent li jaħdem per eżempju bħala:

Assistent personali (a.p.); uffiċjal klerikali; uffiċjal tekniku; uffiċjal ta' l-IT

Amministratur li jaħdem per eżempju bħala:

Kap ta' Unità/traduttur anzjan; ekonomista anzjan; avukat anzjan; uffiċjal anzjan mediku; xjentist anzjan; riċerkatur anzjan; uffiċjal anzjan finanzjarju, uffiċjal anzjan tal-verifika

AD 9

AST 9

Assistent li jaħdem per eżempju bħala:

Assistent personali (a.p.); uffiċjal klerikali; uffiċjal tekniku; uffiċjal ta' l-IT

Amministratur li jaħdem per eżempju bħala:

Traduttur; ekonomista; avukat; uffiċjal mediku; xjentist; riċerkatur; uffiċjal finanzjarju, awditur

AD 8

AST 8

Assistent li jaħdem per eżempju bħala:

Skrivan anzjan; dokumentalist anzjan; tekniku anzjan; operatur anzjan ta' l-IT

Amministratur li jaħdem per eżempju bħala:

Traduttur; ekonomista; avukat; uffiċjal mediku; xjentist; riċerkatur; uffiċjal finanzjarju, awditur

AD 7

AST 7

Assistent li jaħdem per eżempju bħala:

Skrivan anzjan; dokumentalist anzjan; tekniku anzjan; operatur anzjan ta' l-IT

Amministratur li jaħdem per eżempju bħala:

Traduttur subaltern; ekonomista subaltern; avukat subaltern; uffiċjal subaltern mediku; xjentist subaltern; riċerkatur subaltern; uffiċjal subaltern finanzjarju

AD 6

AST 6

Assistent li jaħdem per eżempju bħala:

Skrivan; dokumentalist; tekniku; operatur ta' l-IT

Amministratur li jaħdem per eżempju bħala:

Traduttur subaltern; ekonomista subaltern; avukat subaltern; uffiċjal subaltern mediku; xjentist subaltern; riċerkatur subaltern; uffiċjal subaltern finanzjarju

AD 5

AST 5

Assistent li jaħdem per eżempju bħala:

Skrivan; dokumentalist; tekniku; operatur ta' l-IT

 

 

AST 4

Assistent li jaħdem per eżempju bħala:

Skrivan subaltern; dokumentalist subaltern; tekniku subaltern, tekniku subaltern ta' l-IT

 

 

AST 3

Assistent li jaħdem per eżempju bħala:

Skrivan subaltern; dokumentalist subaltern; tekniku subaltern, tekniku subaltern ta' l-IT

 

 

AST 2

Assistent li jaħdem per eżempju bħala:

Arkivista; inkarigat tekniku; inkarigat ta' l-IT

 

 

AST 1

Assistent li jaħdem per eżempju bħala:

Arkivista; inkarigat tekniku; inkarigat ta' l-IT


Top