Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0656

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 17 ta' Mejju 2004 dwar l-iffirmar ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' l-Armenja, min-naħa l-oħra, biex jieħu kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea

    ĠU L 300, 25.9.2004, p. 43–43 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 142M, 30.5.2006, p. 274–274 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/656/oj

    Related international agreement

    32004D0656



    Official Journal L 300 , 25/09/2004 P. 0043 - 0043


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tas- 17 ta' Mejju 2004

    dwar l-iffirmar ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' l-Armenja, min-naħa l-oħra, biex jieħu kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea

    (2004/656/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 44(2), l-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 181a, flimkien ma' l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza tiegħu,

    Wara li kkunsidra t-Trattat ta' Adeżjoni ta' l-2003 [1], u b'mod partikulari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Att anness mat-Trattat ta' Adeżjoni ta' l-2003, u b'mod partikulari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1) Fit- 8 ta' Diċembru 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni, f'isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, sabiex jinnegozjaw mar-Repubblika ta' l-Armenja Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membru tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' l-Armenia, min-naħa l-oħra, sabiex jieħu kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja ma' l-Unjoni Ewropea, u sabiex jipprovdi għal ċerti aġġustamenti tekniċi konnessi ma' żviluppi istituzzjonali u legali fl-Unjoni Ewropea.

    (2) Il-Protokoll ġie nnegozjat bejn il-Partijiet u għandu issa jiġi ffirmat f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, suġġett għall-konklużjoni tiegħu,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-iffirmar ta' dan il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' l-Armenja, min-naħa l-oħra, biex jieħu kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka, ma' l-Unjoni Ewropea huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità, suġġett għad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' l-imsemmi Protokoll.

    It-Test tal-Protokoll hu mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna/i awtorizzati biex jiffirmaw il-Protokoll suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

    Magħmul fi Brussell, nhar is- 17 ta' Mejju 2004.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    B. Cowen

    [1] ĠU L 236, tat-23.9.2003.

    --------------------------------------------------

    Protokoll

    għall-ftehim ta' Sħubija u kooperazzjoni bejn Il-komunitajiet ewropej Ewropej u l-istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' l-Armenja, min-naħa l-oħra, biex jieħu kont ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea

    IR-RENJU TAL-BELĠJU,

    IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

    IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

    IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

    IR-REPUBBLIKA TA' L-ESTONJA,

    IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

    IR-RENJU TA' SPANJA,

    IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

    L-IRLANDA,

    IR-REPUBBLIKA TALJANA,

    IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

    IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

    IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

    IR-REPUBBLIKA TA' L-UNGERIJA,

    IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

    IR-RENJU TA' L-OLANDA,

    IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

    IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

    IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

    IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

    IR-RENJU TA' L-IŻVEZJA,

    IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ

    minn issa 'l quddiem imsejħa l-"Istati Membri", rappreżentati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, u

    IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TA' L-ENERĠIJA ATOMIKA,

    minn issa 'l quddiem imsejħa "l-Komunitajiet", rappreżentati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej,

    min-naħa l-waħda u

    R-REPUBBLIKA TA' L-ARMENJA

    min-naħa l-oħra,

    WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja ma' l-Unjoni Ewropea fl- 1 ta' Mejju 2004,

    FTIEHMU KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja għandhom ikunu Partijiet għall-Ftehim dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' l-Armenia, min-naħa l-oħra [1], iffirmat fil-Lussemburgu fit- 22 ta' April 1996 (minn issa 'l quddiem il-"Ftehim") u għandhom jadottaw u jieħdu nota rispettivament, bl-istess mod bħall-Istati Membri l-oħra, tat-testi tal-Ftehim u d-dokumenti annessi miegħu.

    Artikolu 2

    Biex jittieħed kont ta' żviluppi istituzzjonali reċenti fi ħdan l-Unjoni Ewropea, il-Partijiet jaqblu li, wara t-tmiem tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, dispożizzjonijiet eżistenti fil-Ftehim li jirreferu għall-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar għandhom jitqiesu li qed jirreferu għall-Komunità Ewropea, li assumiet id-drittijiet u l-obbligi kollha li kienet ikkuntrattat il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar.

    Artikolu 3

    Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali tal-Ftehim.

    Artikolu 4

    1. Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat mill-Komunitajiet, mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea f'isem l-Istati Membri, u mir-Repubblika ta' l-Armenja skond il-proċeduri korrispondenti tagħhom.

    2. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri korrispondenti msemmija fil-paragrafu 1. L-istrumenti ta' approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 5

    1. Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl- 1 ta' Mejju 2004 basta li l-istrumenti ta' approvazzjoni kollha ta' dan il-Protokoll ikunu ġew depożitati qabel dik id-data.

    2. Jekk mhux l-istrumenti ta' approvazzjoni kollha ta' dan il-Protokoll ikunu ġew depożitati kollha qabel dik id-data, dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta' l-ewwel xahar wara d-data ta' meta jkun ġie depożitat l-aħħar strument ta' approvazzjoni.

    Artikolu 6

    1. It-testi tal-Ftehim, ta' l-Att Finali u tad-dokumenti kollha annessi miegħu għandhom ikunu mfassla fil-lingwa Ċeka, Estona, Ungeriża, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Slovena u Slovakka.

    2. Dawn it-testi huma mehmużin ma' dan il-Protokoll u huma ugwalment awtentiċi mat-testi fil-lingwi l-oħra li fihom huma mfassla l-Ftehim, l-Att Finali u d-dokumenti annessi miegħu.

    Artikolu 7

    Dan il-Protokoll għandu jkun imfassal f'żewġ kopji fil-lingwa Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Slovena, Slovakka, Spanjola, Svediża u Armena, bit-testi kollha jkunu ugwalment awtentiċi.

    Hecho en Bruselas, el diecinueve de mayo del dos mil cuatro.

    V Bruselu dne devatenáctého května dva tisíce čtyři.

    Udfærdiget i Bruxelles den nittende maj to tusind og fire.

    Geschehen zu Brüssel am neunzehnten Mai zweitausendundvier.

    Kahe tuhande neljanda aasta maikuu üheksateistkümnendal päeval Brüsselis.

    Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δέκα εννέα Μαΐου δύο χιλιάδες τέσσερα.

    Done at Brussels on the nineteenth day of May in the year two thousand and four.

    Fait à Bruxelles, le dix-neuf mai deux mille quatre.

    Fatto a Bruxelles, addì diciannove maggio duemilaquattro.

    Briselē, divi tūkstoši ceturtā gada deviņpadsmitajā maijā.

    Priimta du tūkstančiai ketvirtų metų gegužės devynioliktą dieną Briuselyje.

    Kelt Brüsszelben, a kétezer-negyedik év május havának tizenkilencedik napján.

    Magħmul fi Brussell, il- 19 ta' Mejju 2004.

    Gedaan te Brussel, de negentiende mei tweeduizendvier.

    Sporządzono w Brukseli, dnia dziewiętnastego maja roku dwutysięcznego czwartego.

    Feito em Bruxelas, em dezanove de Maio de dois mil e quatro.

    V Bruseli devätnásteho mája dvetisícštyri.

    V Bruslju, devetnajstega maja dva tisoč štiri.

    Tehty Brysselissä yhdeksäntenätoista päivänä toukokuuta vuonna kaksituhattaneljä.

    Som skedde i Bryssel den nittonde maj tjugohundrafyra.

    Por los Estados miembros

    Za členské státy

    For medlemsstaterne

    Für die Mitgliedstaaten

    Liikmesriikide nimel

    Για τα κράτη μέλη

    For the Member States

    Pour les États membres

    Per gli Stati membri

    Dalībvalstu vārdā

    Valstybių narių vardu

    A tagállamok részéről

    Għall-Istati Membri

    Voor de lidstaten

    W imieniu Państw Członkowskich

    Pelos Estados-Membros

    Za členské štáty

    Za države članice

    Jäsenvaltioiden puolesta

    På medlemsstaternas vägnar

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    Por las Comunidades Europeas

    Za Evropská společenství

    For De Europæiske Fællesskaber

    Für die Europäischen Gemeinschaften

    Euroopa ühenduste nimel

    Για τις Ευρωπαϊκές Κοινότητες

    For the European Communities

    Pour les Communautés européennes

    Per le Comunità europee

    Eiropas Kopienu vārdā

    Europos Bendrijų vardu

    Az Európai Közösségek részéről

    Għall-Komunitajiet Ewropej

    Voor de Europese Gemeenschappen

    W imieniu Wspólnot Europejskich

    Pelas Comunidades Europeias

    Za Európske spoločenstvá

    Za Evropske skupnosti

    Euroopan yhteisöjen puolesta

    På Europeiska gemenskapernas vägnar

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    Por la República de Armenia

    Za Arménskou republiku

    For Republikken Armenien

    Für die Republik Armenien

    Armeenia Vabariigi nimel

    Για τη Δημοκρατία της Αρμενίας

    For the Republic of Armenia

    Pour la République d'Arménie

    Per la Repubblica di Armenia

    Armēnijas Republikas vārdā

    Armėnijos Respublikos vardu

    Az Örmény Köztársaság részéről

    Għar-Repubblika ta' l-Armenja

    Voor de Republiek Armenië

    W imieniu Republiki Armenii

    Pela República da Arménia

    Za Arménsku republiku

    Za Republiko Armenijo

    Armenian tasavallan puolesta

    På Republiken Armeniens vägnar

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    [1] ĠU L 239, tad-9.9.1999, p. 3.

    --------------------------------------------------

    Top