Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0521

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 21 ta' Ġunju 2004 li temenda d-Deċiżjoni 2003/893/KE dwar il-kummerċ f'ċerti prodotti ta' l-azzar bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukrajna

    ĠU L 227, 26.6.2004, p. 35–36 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 142M, 30.5.2006, p. 76–77 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/12/2004

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/521/oj

    30.5.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    76


    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-21 ta' Ġunju 2004

    li temenda d-Deċiżjoni 2003/893/KE dwar il-kummerċ f'ċerti prodotti ta' l-azzar bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukrajna

    (2004/521/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Mill-1 ta' Mejju 2004, l-Unjoni Ewropea tinkludi għaxar Stati Membri ġodda, li huma: Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Litwanja, il-Latvja, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja. L-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003 jistipula fl-Artikolu 6(8) tiegħu li r-restrizzjonijiet kwantitattivi applikati mill-Komunità għall-importazzjoni ta' prodotti ta' l-azzar għandhom jiġu aġġustati fuq il-bażi ta' l-importazzjoni ta' Stati Membri ġodda matul dawn l-aħħar snin.

    (2)

    Bid-Deċiżjoni 2003/893/KE (1), il-Kunsill adotta limiti kwantitattivi fuq l-importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti prodotti ta' l-azzar li joriġinaw mill-Ukrajna.

    (3)

    Peress li n-negozjati ma' l-Ukrajna dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bilaterali dwar l-Azzar għadhom ma ġewx konklużi, u skond l-Artikolu 6(8) tielet subparagrafu ta' l-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003, huwa meħtieġ li jiġi maħsub għaż-żieda ta' limiti kwantitattivi eżistenti sabiex jiġi żgurat li l-kummerċ tradizzjonali ikun miżmum wara t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea. Din iż-żieda hija bbażata fuq il-medja ta' l-importazzjoni tal-prodotti ta' l-azzar relevanti mill-Istati Membri ġodda matul is-snin 2000, 2001 u 2002, aġġustati pro rata temporis ladarba t-tkabbir ikun effettiv mill-1 ta' Mejju 2004, u aġġustat ulterjorment billi jiġi applikat l-istess fattur ta' tnaqqis ta' 30 % diġà applikat għal-limiti kwantitattivi adottati minħabba l-ostakli imposti mill-Ukrajna għall-esportazzjoni ta' ruttam tal-ħadid. Dawn il-limiti kwantitattivi se jiġu aġġustati ulterjorment kif meħtieġ wara l-konklużjoni ta' Ftehim.

    (4)

    Għalhekk l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/893/KE għandu jiġi emendat,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/893/KE jiġi sostitwit bl-Anness tad-Deċiżjoni preżenti.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol b' effett fit-tielet ġurnata wara dik li fiha tkun ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fil-Lussemburgu, nhar il-21 ta' Ġunju 2004.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. WALSH


    (1)  ĠU L 333, ta' l-20.12.2003, p. 84.


    ANNESS

    “ANNESS II

    LIMITI KWANTITATTIVI — UKRAJNA

    Unità: tunnellati

    Sena

    2004

    Prodotti

    SA. Prodotti laminati ċatti

    SA1. Coils

    62 037

    SA2. Pjanċa tqila

    200 104

    SA3. Prodotti ċatti oħra

    66 608

    SB. Prodotti twal

    SB1. Travi

    12 481

    SB2. Virga

    66 828

    SB3. Prodotti twal oħra

    122 170 ”


    Top