Този документ е извадка от уебсайта EUR-Lex.
Документ 32005D0130
2005/130/EC: Commission Decision of 30 December 2004 fixing the financial contribution from the Community towards the operational costs for the eradication of foot-and-mouth disease in the United Kingdom in 2001 (notified under document number C(2004) 5460)
Deciżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta' Diċembru 2004 l-istipular tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lejn l-ispejjeż operattivi għall-eradikazzjoni tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit fl-2001 (innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 5460)
Deciżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta' Diċembru 2004 l-istipular tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lejn l-ispejjeż operattivi għall-eradikazzjoni tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit fl-2001 (innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 5460)
ĠU L 45, 16.2.2005г., стр. 13—14
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 272M, 18.10.2005г., стр. 86—87
(MT)
В сила
|
18.10.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
86 |
DECIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta' Diċembru 2004
l-istipular tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lejn l-ispejjeż operattivi għall-eradikazzjoni tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit fl-2001
(innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 5460)
(It-test Ingliż biss huwa awtentiku)
(2005/130/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-infieq fl-ambitu veterinarju (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(3) u l-Artikolu 11 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Kien hemm tfaqqigħa tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit fl-2001. L-emerġenza ta' din il-marda rrapreżentat riskju serju għall-popolazzjoni ta' bhejjem tal-Komunità. |
|
(2) |
Skond id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/654/KE (2) u 2003/23/KE (3), ġiet mogħtija kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-kumpens lis-sidien għall-valur ta' bhejjem li kellhom obbligatorjament jiġu maqtula minħabba miżuri ta' eradikazzjoni relatati mat-tfaqqigħ tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fl-2001. |
|
(3) |
Skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/676/KE (4) ġiet awtorizzata kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali mill-Komunità lejn l-ispejjeż operattivi u spejjeż oħra għall-eradikazzjoni tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit ta' l-2001. |
|
(4) |
Skond l-Artikolu 1 ta' din l-aħħar Deċiżjoni sar pagament bil-quddiem ta' EUR 40 miljun lejn il-kontribuzzjoni addizzjonali. |
|
(5) |
Skond din l-istess Deċiżjoni, il-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità kellha tkun ibbażata fuq it-talba sottomessa mir-Renju Unit fis-27 ta' Frar 2003, permezz ta' dokumenti dettaljati li jikkonfermaw il-figuri li jidhru fit-talba, u fuq ir-riżultati mill-kontrolli fuq il-post minn naħa tal-Kummissjoni. |
|
(6) |
Wara li ttieħdu in konsiderazzjoni l-elementi hawn fuq, il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lejn spejjeż operattivi għall-eradikazzjoni tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit fl-2001 għandha issa tkun ffissata. |
|
(7) |
Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma stipulati b'konformità ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimal; |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali mill-Komunità lejn l-ispejjeż operattivi u spejjeż oħra għall-eradikazzjoni tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit fl-2001 kopert mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/676/KE ġiet iffissata għal EUR 156 972 555.
Wara li kkunsidrat il-pagament bil-quddiem li sar, valur ta' EUR 40 miljun, bilanċ ta' EUR 116 972 555 għandhom jitħalsu kif ikunu disponibbli l-krediti meħtieġa.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.
Magħmula fi Brussell, fit-30 ta' Diċembru 2004.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224 tat-18.8.1990, p. 19. kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2003/99 (ĠU L 325, tat-12.12.2003, p. 31).
(2) ĠU L 230, tat-28.8.2001, p. 16.
(3) ĠU L 8, ta' l-14.1.2003, p. 41.
(4) ĠU L 249, ta' l-1.10.2003, p. 45.