Tento dokument je výňatok z webového sídla EUR-Lex
Dokument 32004D0923
2004/923/EC:Commission Decision of 29 December 2004 amending Decisions 2003/743/EC and 2003/849/EC as regards the reallocation of the Community's financial contribution to certain Member States for their programmes for the eradication and monitoring of animal diseases and for checks aimed at the prevention of zoonoses for 2004 (notified under document number C(2004) 5397)Text with EEA relevance
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' 20 ta' Diċembru 2004 li temenda iżjonijiet 2003/743/KE u 2003/849/KE fir-rigward ir-riallokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja lill-programmi ta' ċerti Stati Membri għall-qerda u l-monitoraġġ tal-mard ta' l-annimali u għall-verifiki bil-għan li jipprevjenu ż-żoonosi għall-2004 (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2005) 5397) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' 20 ta' Diċembru 2004 li temenda iżjonijiet 2003/743/KE u 2003/849/KE fir-rigward ir-riallokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja lill-programmi ta' ċerti Stati Membri għall-qerda u l-monitoraġġ tal-mard ta' l-annimali u għall-verifiki bil-għan li jipprevjenu ż-żoonosi għall-2004 (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2005) 5397) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 389, 30.12.2004, s. 37 – 40
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 269M, 14.10.2005, s. 250 – 253
(MT)
Účinné
|
14.10.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
250 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta' 20 ta' Diċembru 2004
li temenda d-Deċiżjonijiet 2003/743/KE u 2003/849/KE fir-rigward ir-riallokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja lill-programmi ta' ċerti Stati Membri għall-qerda u l-monitoraġġ tal-mard ta' l-annimali u għall-verifiki bil-għan li jipprevjenu ż-żoonosi għall-2004
(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2005) 5397)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2004/923/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 li tikkonċerna l-infieq fil-qasam veterinarju (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 24(5) u (6) u l-Artikoli 29 u 32 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni 90/424/KEE tipprovdi għall-possibbilità ta' parteċipazzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-programmi ta' l-Istati Membri li għandhom bħala għan il-qerda u l-monitoraġġ tal-mard ta' l-annimali u għall-verifiki bil-għan li jipprevjenu ż-żoonosi. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/743/KE ta' l-14 ta' Ottubru 2003 dwar il-listi ta' programmi għall-qerda u l-monitoraġġ tal-mard ta' l-annimali u għall-verifiki bil-għan li jipprevjenu ż-żoonosi li jikkwalifikaw għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità fl-2004 (2) tistipula r-rata proposta u l-ammont massimu għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal kull programm ippreżentat mill-Istati Membri. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/849/KE tat-28 ta' Novembru 2003 li tapprova programmi għall-qerda u l-monitoraġġ ta' ċertu mard ta' l-annimali u għall-prevenzjoni miż-żoonosi ppreżentat mill-Istati Memrbi għas-sena 2004 u li tistabbilixxi l-livell tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Komunità (3) tistipula l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal kull programm ippreżentat mill-Istati Membri. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni analizzat ir-rapporti li ġew ippreżentati mill-Istati Membri dwar l-infieq ta' dawn il-programmi. Ir-riżultati ta' din l-analiżi juru li xi uħud mill-Istati Membri mhumiex se jużaw l-allokazzjoni sħiħa għall-2004 filwaqt li oħrajn se jonfqu aktar mill-ammont allokat. |
|
(5) |
Il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għal xi uħud minn dawn il-programmi għandha għalhekk tiġi aġġustata. Jeħtieġ illi jerga' jiġi allokat finanzjament mill-programmi ta' l-Istati Membri, li mhumiex qed jużaw l-allokazzjoni sħiħa tagħhom għal dawk tal-pajjiżi li qed jaqbżuha. L-allokazzjoni mill-ġdid trid tissejjes fuq l-aktar informazzjoni riċenti dwar in-nefqa reali ta' l-Istati Membri kkonċernati. |
|
(6) |
Id-Deċiżjonijiet 2003/743/KE u 2003/849/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan. |
|
(7) |
Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DECIZJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2003/743/KE huma emendati skond l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni Nru 2003/849/KE hija emendata kif ġej:
|
1. |
Fl-Artikolu 1(2), “EUR 200 000” tinbidel b'“EUR 190 000”; |
|
2. |
Fl-Artikolu 2(2), “EUR 650 000” tinbidel b'“EUR 700 000”; |
|
3. |
Fl-Artikolu 3(2), “EUR 800 000” tinbidel b'“EUR 600 000”; |
|
4. |
Fl-Artikolu 4(2), “EUR 70 000” tinbidel b'“EUR 80 000”; |
|
5. |
Fl-Artikolu 5(2), “EUR 370 000” tinbidel b'“EUR 0”; |
|
6. |
Fl-Artikolu 6(2), “EUR 1 800 000” tinbidel b'“EUR 1 695 000”; |
|
7. |
Fl-Artikolu 7(2), “EUR 110 000” tinbidel b'“EUR 0”; |
|
8. |
Fl-Artikolu 8(2), “EUR 400 000” tinbidel b'“EUR 410 000”; |
|
9. |
Fl-Artikolu 9(2), “EUR 85 000” tinbidel b'“EUR 55 000”; |
|
10. |
Fl-Artikolu 11(2), “EUR 4 000 000” tinbidel b'“EUR 4 150 000”; |
|
11. |
Fl-Artikolu 12(2), “EUR 5 000 000” tinbidel b'“EUR 5 055 000”; |
|
12. |
Fl-Artikolu 13(2), “EUR 1 500 000” tinbidel b'“EUR 1 545 000”; |
|
13. |
Fl-Artikolu 15(2), “EUR 150 000” tinbidel b'“EUR 50 000”; |
|
14. |
Fl-Artikolu 16(2), “EUR 1 800 000” tinbidel b'“EUR 2 000 000”; |
|
15. |
Fl-Artikolu 17(2), “EUR 110 000” tinbidel b'“EUR 125 000”; |
|
16. |
Fl-Artikolu 18(2), “EUR 2 000 000” tinbidel b'“EUR 2 700 000”; |
|
17. |
Fl-Artikolu 20(2), “EUR 5 000 000” tinbidel b'“EUR 4 935 000”; |
|
18. |
Fl-Artikolu 22(2), “EUR 1 200 000” tinbidel b'“EUR 1 900 000”; |
|
19. |
Fl-Artikolu 24(2), “EUR 150 000” tinbidel b'“EUR 165 000”; |
|
20. |
Fl-Artikolu 25(2), “EUR 400 000” tinbidel b'“EUR 540 000”; |
|
21. |
Fl-Artikolu 26(2), “EUR 40 000” tinbidel b'“EUR 255 000”; |
|
22. |
Fl-Artikolu 28(2), “EUR 100 000” tinbidel b'“EUR 110 000”; |
|
23. |
Fl-Artikolu 30(2), “EUR 100 000” tinbidel b'“EUR 115 000”; |
|
24. |
Fl-Artikolu 33(2), “EUR 725 000” tinbidel b'“EUR 195 000”; |
|
25. |
Fl-Artikolu 35(2), “EUR 6 500 000” tinbidel b'“EUR 6 000 000”; |
|
26. |
Fl-Artikolu 36(2), “EUR 300 000” tinbidel b'“EUR 395 000”; |
|
27. |
Fl-Artikolu 37(2), “EUR 3 500 000” tinbidel b'“EUR 4 500 000”; |
|
28. |
Fl-Artikolu 38(2), “EUR 17 000” tinbidel b'“EUR 2 000”; |
|
29. |
Fl-Artikolu 39(2), “EUR 2 000 000” tinbidel b'“EUR 1 600 000”; |
|
30. |
Fl-Artikolu 40(2), “EUR 70 000” tinbidel b'“EUR 0”; |
|
31. |
Fl-Artikolu 41(2), “EUR 150 000” tinbidel b'“EUR 355 000”; |
|
32. |
Fl-Artikolu 43(2), “EUR 700 000” tinbidel b'“EUR 1 205 000”; |
|
33. |
Fl-Artikolu 44(2), “EUR 150 000” tinbidel b'“EUR 100 000”; |
|
34. |
Fl-Artikolu 45(2), “EUR 260 000” tinbidel b'“EUR 210 000”; |
|
35. |
Fl-Artikolu 46(2), “EUR 700 000” tinbidel b'“EUR 150 000”; |
|
36. |
Fl-Artikolu 47(2), “EUR 90 000” tinbidel b'“EUR 100 000”; |
|
37. |
Fl-Artikolu 48(2), “EUR 400 000” tinbidel b'“EUR 50 000”; |
|
38. |
Fl-Artikolu 49(2), “EUR 400 000” tinbidel b'“EUR 200 000”; |
|
39. |
Fl-Artikolu 50(2), “EUR 400 000” tinbidel b'“EUR 10 000”; |
|
40. |
Fl-Artikolu 54(2), “EUR 75 000” tinbidel b'“EUR 95 000”; |
|
41. |
Fl-Artikolu 55(2), “EUR 800 000” tinbidel b'“EUR 900 000”; |
|
42. |
Fl-Artikolu 58(2), “EUR 30 000” tinbidel b'“EUR 25 000”; |
|
43. |
Fl-Artikolu 60(2), “EUR 700 000” tinbidel b'“EUR 550 000”; |
|
44. |
Fl-Artikolu 62(2), “EUR 100 000” tinbidel b'“EUR 160 000”; |
|
45. |
Fl-Artikolu 63(2), “EUR 50 000” tinbidel b'“EUR 10 000”; |
|
46. |
Fl-Artikolu 65(2), “EUR 5 000” tinbidel b'“EUR 0”; |
|
47. |
Fl-Artikolu 67(2), “EUR 60 000” tinbidel b'“EUR 30 000”; |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 20 ta' Diċembru 2004.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).
(2) ĠU L 268, tat-18.10.2003, p. 77.
(3) ĠU L 322, tad-9.12.2003, p. 16.
ANNESS
ANNESS I
Lista ta' programmi għall-qerda u l-monitoraġġ tal-mard ta' l-annimali
Rata u ammont proposti għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità -
|
Marda |
Stat Membru |
Rata |
Ammont propost (EUR) |
|
Deni tal-ħnieżer Afrikan/Klassiku |
L-Italja (Sardenja) |
50 % |
250 000 |
|
Il-marda ta' Aujeszkys |
Il-Belġju Spanja L-Ungerija L-Irlanda Il-Litwanja Malta Il-Portugall Is-Slovakkja |
50 % 50 % 50 % 50 % 50 % 50 % 50 % 50 % |
550 000 75 000 160 000 10 000 50 000 0 50 000 30 000 |
|
Deni katarrali tan-nagħaġ (bluetongue) |
Spanja Franza L-Italja |
50 % 50 % 50 % |
355 000 225 000 1 205 000 |
|
Bruċellosi ta' l-ifrat |
Ċipru Il-Greċja Spanja L-Irlanda L-Italja Il-Litwanja Il-Polonja Il-Portugall Is-Slovenja Ir-Renju Unit (1) |
50 % 50 % 50 % 50 % 50 % 50 % 50 % 50 % 50 % 50 % |
55 000 300 000 4 150 000 5 055 000 1 545 000 50 000 50 000 2 000 000 125 000 2 700 000 |
|
Tuberkolożi ta' l-ifrat |
Il-Greċja Spanja L-Irlanda L-Italja Il-Litwanja Il-Polonja Il-Portugall Is-Slovenja Ir-Renju Unit (2) |
50 % 50 % 50 % 50 % 50 % 50 % 50 % 50 % 50 % |
300 000 4 935 000 4 500 000 1 900 000 70 000 165 000 540 000 255 000 2 000 000 |
|
Deni tal-ħnieżer klassiku |
Il-Belġju Ir-Repubblika Ċeka Il-Ġermanja Il-Litwanja Il-Lussemburgu Is-Slovenja Is-Slovakkja |
50 % 50 % 50 % 50 % 50 % 50 % 50 % |
175 000 95 000 900 000 20 000 90 000 25 000 125 000 |
|
Lewkożi enżootika ta' l-ifrat |
L-Italja Il-Litwanja Il-Portugall Is-Slovakkja Ir-Renju Unit (3) |
50 % 50 % 50 % 50 % 50 % |
110 000 100 000 115 000 40 000 5 000 |
|
Bruċellosi ovina u kaprina (B melitensis) |
Ċipru Il-Greċja Spanja Franza L-Italja Il-Litwanja Il-Portugall Is-Slovenja |
50 % 50 % 50 % 50 % 50 % 50 % 50 % 50 % |
195 000 1 000 000 6 000 000 395 000 4 500 000 2 000 1 600 000 0 |
|
Heartwater (idroperikatite), babesiosi u anaplasmosi (4) |
Franza: (5) |
50 % |
250 000 |
|
Idrofobija |
L-Awstrija Ir-Repubblika Ċeka Il-Ġermanja Il-Finlandja Il-Latvja Il-Polonja Is-Slovenja Is-Slovakkja |
50 % 50 % 50 % 50 % 50 % 50 % 50 % 50 % |
190 000 700 000 600 000 80 000 0 1 695 000 0 410 000 |
|
Marda vexxikoluża tal-ħnieżer Deni tal-ħnieżer klassiku |
L-Italja |
50 % |
400 000 |
|
TOTAL |
53 472 000 |
||
ANNESS II
Lista ta' programmi ta' verifiki bil-għan li jipprevjenu ż-żoonosi
Rata u ammont proposti għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità -
|
Żoonosi |
Stat Membru |
Rata |
Ammont propost [EUR] |
|
Salmonella |
L-Awstrija |
50 % |
100 000 |
|
Id-Danimarka |
50 % |
210 000 |
|
|
Franza |
50 % |
150 000 |
|
|
L-Irlanda |
50 % |
100 000 |
|
|
Il-Litwanja |
50 % |
50 000 |
|
|
L-Olanda |
50 % |
200 000 |
|
|
Is-Slovakkja |
50 % |
10 000 |
|
|
Total |
820 000 |
||
(1) Ir-Renju Unit biss f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-Irlanda ta' Fuq.
(2) Ir-Renju Unit biss f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-Irlanda ta' Fuq.
(3) Ir-Renju Unit biss f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-Irlanda ta' Fuq.
(4) Heartwater (idroperikatite), babesiosi u anaplasmosi minn insetti li jittrasmettu l-mard fid-dipartimenti Franċiżi barra mill-pajjiż.
(5) Franza biss f'dak li għandu x'jaqsam ma' Guadeloupe, Martinique u Réunion.