This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023TN0180
Case T-180/23: Action brought on 5 April 2023 — L’Oréal v EUIPO — Samar’t Pharma (Bl blue pigment)
Kawża T-180/23: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2023 – L’Oréal vs EUIPO – Samar’t Pharma (Bl blue pigment)
Kawża T-180/23: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2023 – L’Oréal vs EUIPO – Samar’t Pharma (Bl blue pigment)
ĠU C 179, 22.5.2023, p. 74–74
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 179/74 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2023 – L’Oréal vs EUIPO – Samar’t Pharma (Bl blue pigment)
(Kawża T-180/23)
(2023/C 179/102)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: L’Oréal (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan u S. Vandezande, lawyers)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Samar’t Pharma, SL (Vilamalla, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjużi: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Bl blue pigment – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 338 656
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Jannar 2023 fil-Każ R 1102/2022-4
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem ir-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |