Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023TN0148

    Kawża T-148/23: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2023 – VK vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 179, 22.5.2023, p. 62–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.5.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 179/62


    Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2023 – VK vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-148/23)

    (2023/C 179/87)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: VK (rappreżentanti: M. Velardo, avvukat)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla dispożizzjonijiet li ġejjin:

    Id-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba għal trasferiment ta’ kontribuzzjoni skont l-Artikolu 11(2) u (3) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra, maħruġa mill-Uffiċċju għall-amministrazzjoni u ħlas tal-intitolamenti individwali PMO/2 Pensjonijiet tat-12 ta’ Mejju 2022 (Ref: PMO 2, TFT IN, 3426594500), u

    Id-deċiżjoni tal-AACC (Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ) tad-9 ta’ Diċembru 2022, li permezz tagħha ċaħdet l-ilment (Nru R/373/22) imressaq skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra, kontra d-deċiżjoni tat-12 ta’ Mejju 2022.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-liġi, peress li d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni tal-Artikolu 77(1) tar-Regolamenti tal-Persunal ma josservawx il-limiti stabbiliti mill-artikolu msemmi. Ir-rikorrent iqajjem oġġezzjoni ta’ illegalità skont l-Artikolu 277 TFUE kontra d-dispożizzjonijiet ta’ eżekuzzjoni msemmija li huma f’kontradizzjoni mar-regola superjuri.

    2.

    It-tieni motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ forza maġġuri u tad-dispożizzjonijiet ta’ natura finanzjarja, peress li l-kunċett ta’ forza maġġuri ma huwiex kriterju ta’ interpretazzjoni tal-liġi, iżda element li jopera minn barra, li jipprevjeni l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet dwar l-iskadenza tal-eżerċizzju ta’ dritt.


    Top