Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TA0577

    Kawża T-577/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Marzu 2023 – Tinnus Enterprises vs EUIPO – Mystic Products u Koopman International (Tagħmir għad-distribuzzjoni ta’ fluwidi) (“Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta tagħmir għad-distribuzzjoni ta’ fluwidi – Raġuni ta’ invalidità – Nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet ta’ protezzjoni – Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 – Karatteristiċi tad-dehra ta’ prodott esklużivament iddettati mill-funzjoni teknika tiegħu – Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 6/2002”)

    ĠU C 179, 22.5.2023, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.5.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 179/34


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Marzu 2023 – Tinnus Enterprises vs EUIPO – Mystic Products u Koopman International (Tagħmir għad-distribuzzjoni ta’ fluwidi)

    (Kawża T-577/21) (1)

    (“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta tagħmir għad-distribuzzjoni ta’ fluwidi - Raġuni ta’ invalidità - Nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet ta’ protezzjoni - Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Karatteristiċi tad-dehra ta’ prodott esklużivament iddettati mill-funzjoni teknika tiegħu - Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 6/2002”)

    (2023/C 179/48)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Tinnus Enterprises LLC (Plano, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Wuttke u J. Lewandowski, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Mystic Products Import & Export, SL (Badalona, Spanja)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Koopman International BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: G. van den Bergh, A. van Hoek u B. Brouwer, avukati)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament u l-bidla tad-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-5 ta’ Lulju 2021 (Każ R 1010/2018-3).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Tinnus Enterprises LLC għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk imġarrba mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Koopman International BV.


    (1)  ĠU C 462, 15.11.2021.


    Top