This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023CN0081
Case C-81/23, FCA Italy and FPT Industrial: Request for a preliminary ruling from the Oberster Gerichtshof (Austria) lodged on 15 February 2023 — MA v FCA Italy SpA and FPT Industrial SpA
Kawża C-81/23, FCA Italy u FPT Industrial: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fil-15 ta’ Frar 2023 – MA vs FCA Italy SpA u FPT Industrial SpA
Kawża C-81/23, FCA Italy u FPT Industrial: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fil-15 ta’ Frar 2023 – MA vs FCA Italy SpA u FPT Industrial SpA
ĠU C 179, 22.5.2023, p. 15–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 179/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fil-15 ta’ Frar 2023 – MA vs FCA Italy SpA u FPT Industrial SpA
(Kawża C-81/23, FCA Italy u FPT Industrial)
(2023/C 179/24)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: MA
Konvenuti: FCA Italy SpA, FPT Industrial SpA
Domanda preliminari
Il-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ azzjoni għal responsabbiltà delittwali mressqa kontra l-iżviluppatur ta’ magna dijżil mgħammra b’apparat ta’ manipulazzjoni illegali fis-sens tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (2), stabbilit fi Stat Membru A (f’dan il-każ, l-Italja), il-post tal-materjalizzazzjoni tad-dannu, fil-każ fejn il-vettura tkun inxtrat mir-rikorrent iddomiċiljat fi Stat Membru B (f’dan il-każ, l-Awstrija) minn terz iddomiċiljat fi Stat Membru C (f’dan il-każ, il-Ġermanja), huwa
1) |
il-post fejn ikun ġie konkluż il-kuntratt? |
2) |
il-post fejn tkun ġiet ikkonsenjata l-vettura, jew |
3) |
il-post fejn ikun immaterjalizza d-difett materjali li kkostitwixxa d-dannu u, għaldaqstant, il-post fejn tintuża normalment il-vettura? |