Wählen Sie die experimentellen Funktionen, die Sie testen möchten.

Dieses Dokument ist ein Auszug aus dem EUR-Lex-Portal.

Dokument 62023CN0027

    Kawża C-27/23, Hocinx: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg (il-Lussemburgu) fit-23 ta’ Jannar 2023 – FV vs Caisse pour l’avenir des enfants

    ĠU C 155, 2.5.2023, S. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.5.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 155/29


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg (il-Lussemburgu) fit-23 ta’ Jannar 2023 – FV vs Caisse pour l’avenir des enfants

    (Kawża C-27/23, Hocinx) (1)

    (2023/C 155/36)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: FV

    Konvenut: Caisse pour l’avenir des enfants

    Domandi preliminari

    Il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament iggarantit mill-Artikolu 45 TFUE u mill-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (2), kif ukoll mill-Artikolu 67 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (3) u mill-Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (4) jipprekludi dispożizzjonijiet ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħhom il-ħaddiema fruntalieri ma jkunux jistgħu jirċievu allowance tal-familja, marbuta mal-eżerċizzju, minn dawn tal-aħħar, ta’ attività bħala persuni impjegati f’dan l-Istat Membru, fir-rigward tat-tfal li jitqiegħdu magħhom permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, anki jekk it-tfal kollha li jkunu ġew suġġetti għal deċiżjoni ġudizzjarja ta’ tqegħid u li jirrisjedu fl-imsemmi Stat Membru għandhom id-dritt li jirċievu din l-allowance li tingħata lill-persuna fiżika jew ġuridika li tkun fdata bil-kustodja tal-minuri u li magħha l-minuri jkollu d-domiċilju legali u r-residenza effettiva u kontinwa tiegħu? Ir-risposta għal din id-domanda tista’ tkun affettwata mill-fatt li l-ħaddiem fruntalier imantni lil dan il-minuri?


    (1)  L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

    (2)  ĠU 2011, L 141, p. 1.

    (3)  ĠU 2004, L 166, p. 1.

    (4)  ĠU 2009, L 284, p. 1.


    nach oben