This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022TN0651
Case T-651/22: Action brought on 18 October 2022 — Shamalov v Council
Kawża T-651/22: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ottubru 2022 – Shamalov vs Il-Kunsill
Kawża T-651/22: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ottubru 2022 – Shamalov vs Il-Kunsill
ĠU C 482, 19.12.2022, pp. 26–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
19.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 482/26 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ottubru 2022 – Shamalov vs Il-Kunsill
(Kawża T-651/22)
(2022/C 482/35)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Kirill Shamalov (Saint Petersburg, ir-Russja) (rappreżentant: A. Genko, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tikkonstata li r-rikors tiegħu għal annullament huwa ammissibbli u fondat u għaldaqstant tannulla l-atti sussegwenti:
|
— |
ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 kif emendat fit-8 ta’ April 2022 bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/581 (ĠU 2022, L 110, p. 3, rettifika fil-ĠU 2022, L 141, p. 130), sa fejn dan żied lir-rikorrent mal-lista ta’ persuni ssanzjonati taħt in-numru 908; |
|
— |
id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 kif emendata fit-8 ta’ April 2022 bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/582 (ĠU 2022, L 110, p. 55, rettifika fil-ĠU 2022, L 141, p. 131), sa fejn din żiedet lir-rikorrent mal-lista ta’ persuni ssanzjonati taħt in-numru 908; |
|
— |
ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 kif emendat fil-25 ta’ Frar 2022 bir-Regolament (UE) 2022/330 (ĠU 2022, L 51, p. 1), sa fejn dan jippermetti li jiġu ssanzjonati “negozjanti jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi ewlenin involuti f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa […]” inkwantu dan jikkonċerna lir-rikorrent; |
|
— |
id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/329 tal-25 ta’ Frar 2022 (ĠU 2022, L 50, p. 1), sa fejn ir-redazzjoni l-ġdida tagħha tippermetti li jiġu ssanzjonati “negozjanti ewlenin involuti fis-setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, […]” inkwantu din tikkonċerna lir-rikorrent; |
|
— |
l-atti ta’ żamma u, b’mod partikolari, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1529 (ĠU 2022, L 239, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) (ĠU 2022, L 239, p. 149) tal-14 ta’ Settembru 2022 sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrent; |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni fi tliet partijiet. Skont ir-rikorrent, ebda prova prodotta mill-Kunsill ma tissodisfa r-rekwiżiti tal-ġurisprudenza Ewropea dwar l-istandard u l-kwalità tal-prova. Il-motivazzjoni tal-Kunsill ma tistabbilixxix in-natura ewlenija tar-rikorrent għajr permezz ta’ affermazzjoni kategorika. Minkejja li l-Kunsill kien ġie informat li r-rikorrent ma kienx għandu jokkupa funzjonijiet ta’ tmexxija għolja, huwa żamm lir-rikorrent fuq il-lista ta’ persuni ssanzjonati. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq assenza ta’ motivazzjoni. Ir-rikorrent isostni li l-Kunsill ma ressaq ebda motiv individwali, speċifiku u konkret ta’ natura li jippermetti li r-rikorrent jiġi kklassifikat bħala persuna ewlenija. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter. Ir-rikorrent isostni li hemm diversi indikazzjonijiet li skonthom il-Kunsill ibbaża ruħu fuq akkużi ta’ nepotiżmu sabiex jissanzjona lir-rikorrent, fatt li ma huwiex permess mill-istandards li abbażi tagħhom ir-rikorrent ġie ssanzjonat. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-eċċezzjoni ta’ illegalità inċidentali tal-kriterju ta’ “negozjant ewlieni” fi tliet partijiet; minħabba l-assenza ta’ rabta suffiċjenti bejn il-kriterju u l-għan segwit, minħabba ksur tal-prinċipji fundamentali tal-Unjoni u, b’mod partikolari, tal-prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni u fl-aħħar minħabba ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali. |
|
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ prova li r-rikorrent huwa negozjant ewlieni fil-kuntest ta’ stħarriġ sħiħ tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar sanzjonijiet individwali. |