This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022TN0510
Case T-510/22: Action brought on 22 August 2022 — Sastela v EUIPO — Zenergo (Tante Mitzi Caffè CAFFÈ — STRUDEL — BARETTO)
Kawża T-510/22: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2022 – Sastela vs EUIPO – Zenergo (Tante Mitzi Caffè CAFFÈ – STRUDEL – BARETTO)
Kawża T-510/22: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2022 – Sastela vs EUIPO – Zenergo (Tante Mitzi Caffè CAFFÈ – STRUDEL – BARETTO)
ĠU C 380, 3.10.2022, p. 25–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/25 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2022 – Sastela vs EUIPO – Zenergo (Tante Mitzi Caffè CAFFÈ – STRUDEL – BARETTO)
(Kawża T-510/22)
(2022/C 380/31)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Sastela, proizvodnja peciva in tort, d.o.o. (Ljutomer, is-Slovenja) (rappreżentant: U. Pogačnik, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zenergo d.o.o. (Zgornja Polskava, is-Slovenja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “Tante Mitzi Caffè CAFFÈ – STRUDEL – BARETTO” – Trade mark tal-Unjoni Nru 11 425 394
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Ġunju 2022 fil-Każ R 1413/2021-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tilqa’ r-rikors f’dan il-każ, tirriforma d-deċiżjoni kkontestata sabiex tilqa’ l-appell tagħha quddiem il-Bord tal-Appell u tirriforma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni sabiex tiġi annullata r-revoka tat-trade mark ikkontestata; |
— |
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat il-kawża lura lill-EUIPO għal iktar deliberazzjoni; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |