This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022TN0333
Case T-333/22: Action brought on 6 June 2022 — Khan v Council
Kawża T-333/22: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2022 – Khan vs Il-Kunsill
Kawża T-333/22: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2022 – Khan vs Il-Kunsill
ĠU C 276, 18.7.2022, pp. 23–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
18.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 276/23 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2022 – Khan vs Il-Kunsill
(Kawża T-333/22)
(2022/C 276/33)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: German Khan (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: T. Marembert u A. Bass, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/429 (1) tal-15 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, sa fejn tikkonċerna r-rikorrent; |
|
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/427 (2) tal-15 ta’ Marzu 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, sa fejn jikkonċerna lir-rikorrent; |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ bażi legali tal-kriterju intiż għan-“negozjanti ewlenin involuti fis-setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li hija responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna”, minħabba li ebda rabta suffiċjenti ma kienet stabbilita bejn il-kategorija ta’ individwi koperti minn dan il-kriterju u l-Federazzjoni Russa. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità tal-kriterju intiż għan-“negozjanti ewlenin involuti fis-setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li hija responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna” minħabba ksur doppju tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Ir-rikorrent iqis, minn naħa, li l-kriterju invokat mill-Kunsill huwa manifestament mhux xieraq fid-dawl tal-għan imfittex u, min-naħa l-oħra, li kienet teżisti l-possibbiltà li jintużaw mezzi inqas onerużi. |
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni. Ir-rikorrent isostni, minn naħa, li l-ebda waħda mill-provi invokati mill-Kunsill ma kienet tissodisfa r-rekwiżiti tal-ġurisprudenza Ewropea fil-qasam tal-istandard u tal-kwalità tal-prova u, min-naħa l-oħra, li ebda dikjarazzjoni tal-motivazzjoni tal-Kunsill ma hija stabbilita u ma tista’ għaldaqstant tikkaratterizza l-kriterji (d) u (g) tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK fil-verżjoni fis-seħħ dak iż-żmien. |
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/429 tal-15 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 87 I, p. 44 u rettifika fil-ĠU 2022, L 105, p. 67).
(2) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/427 tal-15 ta’ Marzu 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 87 I, p. 1 u rettifika fil-ĠU 2022, L 105, p. 66).