This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52022XC0215(03)
Publication of an application for a Union amendment to a product specification for a name in the wine sector pursuant to Article 97(3) of Regulation (EU) No 1308/2013 of the European Parliament and of the Council 2022/C 74/07
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda tal-Unjoni għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid skont l-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2022/C 74/07
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda tal-Unjoni għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid skont l-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2022/C 74/07
C/2022/893
ĠU C 74, 15.2.2022, pp. 40–47
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
15.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 74/40 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda tal-Unjoni għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid skont l-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(2022/C 74/07)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA TAL-UNJONI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT
Jumilla
PDO-ES-A0109-AM05
Data tal-applikazzjoni: 10 ta’ Frar 2021
1. Grupp applikant u interess leġittimu
Consejo Regulador D.O. Jumilla (Bord Regolatorju għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Jumilla)
Assoċjazzjoni li tikkonsisti mill-vitikulturi u mill-fabbriki tal-inbid kollha li jkabbru l-għeneb u jipproduċu, jaħżnu jew jibbottiljaw inbid maħsub jew intitolat għad-DOP Jumilla.
2. Intestatura fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwata mill-emenda/i
|
☐ |
Isem il-prodott |
|
☐ |
Kategorija tal-prodott tad-dwieli |
|
☐ |
Rabta |
|
☒ |
Restrizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni |
3. Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda
L-ippakkjar fiż-żona ġeografika demarkata u t-tneħħija tal-għażla li l-inbid protett jitmexxa bl-ingrossa f’fabbriki tal-inbid li ma humiex koperti mid-DOP.
|
a) |
L-intestaturi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwati: 8. Rekwiżiti applikabbli |
|
b) |
Taqsimiet tad-Dokument Uniku affettwati: 9. Kundizzjonijiet ulterjuri |
Raġuni(jiet)
Hija emenda tal-Unjoni li taqa’ f’waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2019/33, speċifikament: restrizzjonijiet ulterjuri fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.
Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2019/33, il-ġustifikazzjoni għall-emenda hija kif ġej:
Raġunijiet relatati mal-kwalità
|
— |
Il-produzzjoni tal-inbejjed Jumilla (DOP) ma tispiċċax bil-proċess ta’ trasformazzjoni tal-most f’inbid permezz tal-fermentazzjoni alkoħolika u proċessi supplimentari oħrajn, iżda pjuttost bl-ippakkjar. Dan irid jitqies bħala l-aħħar stadju fil-produzzjoni ta’ dawn l-inbejjed, peress li jinvolvi prattiki enoloġiċi oħra li jistgħu jaffettwaw il-karatteristiċi speċjali, jiġifieri l-filtrazzjoni, l-istabbilizzazzjoni u diversi tipi ta’ miżuri korrettivi. Barra minn hekk, f’ħafna każijiet, huwa neċessarju perjodu ta’ maturazzjoni fil-flixkun, li jseħħ fuq l-ixtillieri tal-fliexken tal-fabbriki tal-inbid iċċertifikati, sabiex l-inbid lest jikseb palat mimli. Tabilħaqq, it-tagħlimiet kollha meħuda mill-fatt li l-inbid kien jitħalla jitneħħa miż-żona demarkata bl-ingrossa wrew lill-produtturi l-importanza ta’ dan l-aħħar stadju fil-produzzjoni tal-inbid. Din id-denominazzjoni ta’ oriġini ġiet rikonoxxuta fi Spanja fl-1966. Bħall-bqija tas-settur, tul l-istorja twila tagħha sar progress konsiderevoli fir-rekwiżiti tal-kwalità tant li, illum il-ġurnata, il-monitoraġġ bir-reqqa tal-ibbottiljar huwa prerekwiżit tal-kwalità. Għal din ir-raġuni, is-settur stess jixtieq jiżgura li l-ebda nbid li huwa intitolat juża l-isem Jumilla ma jevita dan il-monitoraġġ. Huwa biżżejjed li jiġi nnotat li 20 sena ilu, fl-istaġun 2000-2001, 86 % tal-inbid ta’ din id-DOP kien esportat bl-ingrossa, filwaqt li issa dan jirrappreżenta biss madwar 4 %. |
|
— |
Barra minn hekk, huwa ċar li t-trasport fuq distanzi twal jew għal perjodi twal iżid ir-riskju ta’ tibdiliet fil-prodott, bħal ossidazzjoni jew bidliet fit-temperatura, li jaffetwaw b’mod negattiv il-kwalità. Jekk dawn il-konsenji jitħallew isiru, dan ibaxxi l-kwalità. Tabilħaqq, il-produtturi tant kemm huma konxji minn dan li l-volum imqiegħed fis-suq bl-ingrossa issa huwa frazzjoni tat-total mibjugħ mid-DOP. |
|
— |
Sabiex tiġi ssalvagwardjata bis-sħiħ il-kwalità tal-prodott, l-ibbottiljar għandu jsir mill-produtturi ċċertifikati li jappartjenu għad-DOP, jiġifieri fiż-żona demarkata. Dawn il-produtturi huma direttament responsabbli għall-prestiġju tal-prodott, u huma l-benefiċjarji tiegħu, li altrimenti jista’ jispiċċa kompromess. |
Garanzija tal-oriġini
|
— |
Maħtur mill-awtorità kompetenti Spanjola u akkreditat mill-Korp Nazzjonali ta’ Akkreditament skont ISO 17065 dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-prodott, il-korp ta’ kontroll huwa attiv fil-konfini taż-żona demarkata. Hija meħtieġa traċċabbiltà sħiħa biex tiġi ggarantita l-oriġini proprja tal-materja prima u l-produzzjoni. Il-korp ta’ kontroll biss jista’ jwettaq dawn l-eżerċizzji, u għal raġunijiet loġistiċi u finanzjarji, ma jistax iżur fabbriki tal-inbid fi Stati Membri oħra jew f’pajjiżi terzi sabiex jiggarantixxi l-oriġini tal-inbid ibbottiljat hemmhekk. |
|
— |
Meta l-inbid bl-ingrossa jintbagħat lil operaturi barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, il-korp ta’ kontroll jagħti garanzija fil-forma ta’ nota ta’ konsenja li tikkonferma l-oriġini tal-prodott u l-konformità tiegħu mal-Ispeċifikazzjonijiet għal Jumilla sal-punt tad-dispaċċ. Madankollu, meta ma jkunx hemm kontroll sussegwenti, din il-garanzija tal-oriġini tkun inutli għall-finijiet tad-DOP u titlef il-validità tagħha. Huwa minnu li r-regoli tal-UE jipprevedu kooperazzjoni mal-korpi ta’ kontroll fil-pajjiżi ta’ destinazzjoni. Iżda l-esperjenza turi li din hija limitata għall-kontrolli tas-soltu mwettqa mill-produtturi. Ma hemm l-ebda kontroll proprju tar-rekwiżiti għall-istadju tal-ibbottiljar skont l-Ispeċifikazzjoni rilevanti. Speċifikament, kull flixkun irid juri garanzija tal-oriġini fil-forma ta’ tikketta sekondarja jew siġill bin-numru. Madankollu, l-operazzjonijiet tal-ibbottiljar barra miż-żona demarkata ma jitolbux dawn l-elementi mill-korp ta’ kontroll. Dan ifisser li ma jintużawx tikketti sekondarji u siġilli bin-numru minkejja li huma meħtieġa mill-Ispeċifikazzjoni. Is-sitwazzjoni hija saħansitra agħar meta l-ibbottiljar isir f’pajjiż terz, u xi 75 % ta’ Jumilla mibjugħ bl-ingrossa jmur f’pajjiżi barra mill-UE. F’każijiet bħal dawn, lanqas biss hemm mekkaniżmu fis-seħħ biex jitwettqu kontrolli fuq dawn l-inbejjed. Barra minn hekk, huwa impossibbli li l-korp ta’ kontroll ikun jaf kif dawn il-prodotti se jispiċċaw fis-suq: bl-isem tad-DOP, b’isem ieħor jew imħalltin ma’ nbejjed oħra. |
Garanzija tal-kontroll
|
— |
Qabel din l-applikazzjoni għal emenda, il-konsenji bl-ingrossa tal-inbid protett kienu akkumpanjati minn ċertifikat tal-oriġini fuq talba tal-operatur irreġistrat. Abbażi tar-raġunijiet stipulati hawn fuq, u abbażi tal-esperjenza, u minħabba n-nuqqas ta’ assigurazzjoni tal-kwalità u kontroll inerenti għall-konsenji bl-ingrossa, jidher li ma huwiex xieraq li jkomplu jinħarġu ċertifikati għal inbejjed li ma jibqgħu soġġetti għall-ebda kontroll qabel ma jitqiegħdu fis-suq. |
|
— |
Il-volumi tal-esportazzjonijiet bl-ingrossa qed jonqsu gradwalment maż-żmien, kif juru biċ-ċar iċ-ċifri attwali. Bħala eżempju, matul l-istaġun 2010-2011, ġew esportati 20 704 ettolitri, madwar 25 % tal-produzzjoni. Fl-istaġun 2019-2020, iċ-ċifra kienet 8 939 ettolitru, madwar 4 % tal-produzzjoni. Sa issa, fl-istaġun tal-2021, ma kien hemm l-ebda konsenja ta’ nbid bl-ingrossa. Dan ikompli jnaqqas il-ġustifikazzjoni għal kwalunkwe tentattiv mill-korp taċ-ċertifikazzjoni li jwettaq kontrolli peress li l-volumi huma żgħar ħafna u mxerrda ħafna madwar destinazzjonijiet differenti. |
|
— |
Barra minn hekk, il-korp ta’ kontroll stess u l-awtorità kompetenti tiegħu jemmnu li, fir-realtà, dawn l-inbejjed jispiċċaw jitqiegħdu fis-suq mingħajr id-DOP Jumilla. Għalhekk, l-ebda wieħed mill-produtturi li jibbottiljaw l-inbid tad-DOP Jumilla ma huwa se jkollu jibdel il-prattiki tiegħu u lanqas ma huma se jiġu affettwati l-interessi tagħhom. L-ebda wieħed mill-produtturi li jesportaw bl-ingrossa ma wera li ma jaqbilx ma’ din il-miżura, li ġiet approvata mill-fabbriki tal-inbid u mill-vitikulturi kollha li jappartjenu għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini. Ma kien hemm l-ebda intervent matul il-proċedura ta’ oġġezzjoni nazzjonali għall-approvazzjoni ta’ din l-emenda għall-Ispeċifikazzjoni. |
|
— |
Il-Korp Nazzjonali ta’ Akkreditament, li kull sena jwettaq awditu tax-xogħol tal-korp ta’ kontroll, ikkummenta dwar it-telf tal-kontroll fuq il-volumi esportati fil-garanzija tal-korp ta’ kontroll. Din l-emenda se ssolvi wkoll problemi bħal dawn, li jistgħu jimminaw l-istatus tal-korp ta’ kontroll bħala korp taċ-ċertifikazzjoni għall-inbid. |
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni
Jumilla
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
|
3. |
Inbid likur |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1. Inbejjed bojod (Jumilla u Jumilla Dulce)
Dehra: tvarja minn lewn l-azzar għal lewn it-topazju. Ċar u jgħajjat.
Aroma: frott frisk. L-inbejjed ħelwin jista’ jkollhom noti ta’ frott imqadded.
Togħma: bilanċ ta’ aċidità u ħlewwa. Fl-inbejjed ħelwin, il-ħlewwa tippredomina fuq l-aċidità.
Ir-rekwiżiti analitiċi mhux inklużi fit-tabella huma f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-inbid li tinsab fis-seħħ.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
11 |
|
Aċidità totali minima |
4 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
13,3 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
2. Inbejjed rożè (Jumilla u Jumilla Dulce)
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
Dehra: tvarja minn lewn il-lampun roża għal lewn is-salamun ċar. Ċar u jgħajjat.
Aroma: frott frisk. Frott aħmar. L-inbejjed ħelwin jista’ jkollhom noti ta’ frott imqadded.
Togħma: aċidità bbilanċjata. Fl-inbejjed ħelwin, il-ħlewwa tippredomina fuq l-aċidità.
Ir-rekwiżiti analitiċi mhux inklużi fit-tabella huma f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-inbid li tinsab fis-seħħ.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
11,5 |
|
Aċidità totali minima |
4 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
13,3 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
3. Inbejjed rożè (Jumilla Monastrell)
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
Dehra: tvarja minn lewn il-lampun roża għal lewn is-salamun ċar. Ċar u jgħajjat.
Aroma: frott frisk. Frott aħmar. L-inbejjed ħelwin jista’ jkollhom noti ta’ frott imqadded.
Togħma: aċidità bbilanċjata. Fl-inbejjed ħelwin, il-ħlewwa tippredomina fuq l-aċidità.
Ir-rekwiżiti analitiċi mhux inklużi fit-tabella huma f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-inbid li tinsab fis-seħħ.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
12 |
|
Aċidità totali minima |
4 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
13,3 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
4. Inbejjed ħomor (Jumilla Monastrell)
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
Dehra: tvarja minn vjola għal aħmar lewn il-briks, l-inbejjed ħelwin jistgħu jiżviluppaw sfumatura tal-okra. Ċar u jgħajjat.
Aroma: frott aħmar. Frott iswed. L-inbejjed ħelwin għandhom noti ta’ frott imqadded.
Togħma: aċidità bbilanċjata. Tannika. Fl-inbejjed ħelwin, il-ħlewwa tippredomina fuq l-aċidità.
Ir-rekwiżiti analitiċi mhux inklużi fit-tabella huma f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-inbid li tinsab fis-seħħ.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
12,5 |
|
Aċidità totali minima |
4 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
13,3 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Inbejjed ħomor (Jumilla u Jumilla Dulce)
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
Dehra: tvarja minn vjola għal aħmar lewn il-briks, l-inbejjed ħelwin jistgħu jiżviluppaw sfumatura tal-okra. Ċar u jgħajjat.
Aroma: frott aħmar. Frott iswed. L-inbejjed ħelwin għandhom noti ta’ frott imqadded.
Togħma: aċidità bbilanċjata. Tannika. Fl-inbejjed ħelwin, il-ħlewwa tippredomina fuq l-aċidità.
Ir-rekwiżiti analitiċi mhux inklużi fit-tabella huma f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-inbid li tinsab fis-seħħ.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
12 |
|
Aċidità totali minima |
4 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
13,3 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
6. Inbejjed likuri (Tinto Monastrell)
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
Dehra: tvarja minn aħmar lewn iċ-ċirasa għal okra. Ċar u jgħajjat.
Aroma: frott iswed. Frott imqadded.
Togħma: il-ħlewwa tippredomina fuq l-aċidità. Tannika.
Ir-rekwiżiti analitiċi mhux inklużi fit-tabella huma f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-inbid li tinsab fis-seħħ.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
15 |
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
Metodu tal-kultivazzjoni
Il-vinji koperti mid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta Jumilla jistgħu jkunu soġġetti għal metodi ta’ kultivazzjoni estensiva jew ta’ kultivazzjoni intensiva.
Kultivazzjoni estensiva: għall-vinji li fihom, għal raġunijiet ta’ terren, altitudni, xita u fatturi ambjentali oħra, id-densità tat-tħawwil tikkonforma mal-parametri agrikoli li ġejjin: massimu ta’ 1 900 pjanta għal kull ettaru u minimu ta’ 1 100 pjanta għal kull ettaru.
Kultivazzjoni intensiva: għall-vinji li, għal darba oħra skont il-kundizzjonijiet ambjentali, jikkonformaw mal-parametri agrikoli li ġejjin: id-densità tat-tħawwil għandha tkun bejn 3 350 u 1 500 pjanta għal kull ettaru.
L-għeneb jinħasad b’tali mod li ma jagħmilx ħsara lill-kwalità tiegħu. Għall-inbejjed koperti mid-DOP, jintuża biss għeneb f’saħħtu li jkun misjur biżżejjed u f’minimu ta’ 10,70o Baumé għall-għeneb abjad, u 11o Baumé għall-għeneb aħmar.
L-għeneb Monastrell maħsub biex jintuża għall-inbid likur irid ikun f’minimu ta’ 13o Baumé meta jinħasad.
Waqt l-għasir, il-most u l-inbid jiġu soġġetti għal pressjonijiet li jagħtu rendiment massimu li, wara t-trasformazzjoni, ma jistax jaqbeż l-74 litru ta’ nbid lest għal kull 100 kilogramma ta’ għeneb.
Għall-fini tal-kalkolu tal-proċessi ta’ tqaddim, l-ewwel jum ta’ Ottubru ta’ kull sena jittieħed bħala l-bidu.
b. Rendimenti massimi għal kull ettaru
|
1. |
Varjetajiet ħomor ikkultivati b’mod mifrux
5 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru 37 ettolitru għal kull ettaru |
|
2. |
Varjetajiet bojod ikkultivati b’mod mifrux
5 625 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru 41,62 ettolitru għal kull ettaru |
|
3. |
Kultivazzjoni intensiva
8 750 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru 64,75 ettolitru għal kull ettaru |
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
Iż-żona ta’ produzzjoni għall-inbejjed koperti mid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta Jumilla tinkludi art li tinsab fil-muniċipalitajiet ta’ Jumilla, fil-provinċja ta’ Murcia, u Fuentealamo, Albatana, Ontur, Hellín, Tobarra u Montealegre del Castillo fil-provinċja ta’ Albacete.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed
AIRÉN
CABERNET SAUVIGNON
CHARDONNAY
GARNACHA TINTA
GARNACHA TINTORERA
MACABEO - VIURA
MALVASIA AROMATICA - MALVASIA DE SITGES
MERLOT
MONASTRELL
MOSCATEL DE GRANO MENUDO
PEDRO XIMENEZ
PETIT VERDOT
SAUVIGNON BLANC
SYRAH
TEMPRANILLO - CENCIBEL
VERDEJO
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
8.1. Inbid
L-aktar għenba importanti hija l-Monastrell, varjetà robusta ħafna adattata perfettament għall-kundizzjonijiet ħarxa taż-żona, bin-nixfa, is-sjuf sħan ħafna u l-ġlatiet tar-rebbiegħa tagħha. Tipproduċi nbejjed b’palat qawwi, rikki, u b’kontenut għoli ta’ alkoħol u aċidità b’aromi karatteristiċi għoljin ta’ frott misjur u b’astrinġenza integrata sew.
Il-varjetajiet awtorizzati l-oħra jikkumplimentaw b’mod perfett lill-Monastrell, billi jistabbilizzaw il-kulur u jżidu l-aċidità u l-kapaċità tat-tqaddim, kif ukoll jarmonizzaw l-aromi perfettament.
8.2. Inbejjed likuri
Dawn l-inbejjed huma magħmulin mill-Monastrell, varjetà li tagħtihom intensità tal-kulur li tvarja minn medja sa qawwija ħafna, potenzjalment kważi opaka, b’riżultat tat-temperaturi għoljin li huma karatteristiċi taż-żona.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)
Tikkettar
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit ieħor:
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta jrid jidher b’mod prominenti fuq it-tikketti, f’tipa li trid tkun ta’ mill-inqas 3 millimetri u b’tul massimu ta’ 10 millimetri.
L-isem irid jidher ħdejn il-kliem “Denominación de Origen Protegida” jew “Denominación de Origen”, li jrid ikun f’tipa b’tul ta’ mill-inqas 2 millimetri, iżda li dejjem għandu jkun iżgħar mill-isem tad-DOP li jkun hemm miegħu.
Ir-referenzi l-oħrajn se jkunu dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ġenerali dwar it-tikkettar tal-inbid, u fir-regoli u r-regolamenti speċifiċi dwar it-tikkettar stabbiliti mill-Bord Regolatorju u li huma attwalment fis-seħħ.
L-ippakkjar irid jinkludi siġilli tal-kwalità, tikketti sekondarji jew tikketti bin-numru maħruġa mill-Bord Regolatorju. Dawn iridu jitwaħħlu mill-fabbrika tal-inbid u jridu jkunu viżibbli fuq l-ippakkjar b’mod li jipprevjeni l-użu mill-ġdid tagħhom.
Trasport tal-inbejjed
Qafas ġuridiku
Għal organizzazzjoni li timmaniġġa d-DOP/IĠP, meta previst mill-Istati Membri.
Tip ta’ rekwiżit ulterjuri
Ippakkjar fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit
L-inbid protett irid jiġi ppakkjat biss f’faċilitajiet li jinsabu fiż-żona ta’ produzzjoni tad-DOP Jumilla.
Sabiex jiġi żgurat l-użu xieraq tad-DOP, l-inbejjed protetti kollha jridu jintbagħtu fl-ippakkjar.
Il-produzzjoni tal-inbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini ma tispiċċax bil-proċess tat-trasformazzjoni tal-most f’inbid permezz tal-fermentazzjoni alkoħolika u proċessi supplimentari oħra, iżda pjuttost bl-ippakkjar. Dan irid jitqies bħala l-aħħar stadju fil-produzzjoni ta’ dawn l-inbejjed, peress li jinvolvi prattiki enoloġiċi oħra li jistgħu jaffettwaw il-karatteristiċi speċjali, jiġifieri: il-filtrazzjoni, l-istabbilizzazzjoni u diversi tipi ta’ miżuri korrettivi. Barra minn hekk, f’ħafna każijiet, huwa neċessarju perjodu ta’ maturazzjoni fil-flixkun sabiex l-inbid lest jikseb palat mimli. Barra minn hekk, huwa ċar li t-trasport fuq distanzi twal jew għal perjodi twal iżid ir-riskju ta’ tibdiliet fil-prodott, bħal ossidazzjoni jew bidliet fit-temperatura, li jaffettwaw il-kwalità b’mod ħażin. Għalhekk, sabiex tiġi ppreservata l-kwalità tal-inbid, huwa meħtieġ li dan jiġi bbottiljat fiż-żona demarkata tad-DOP.
Il-korp ta’ kontroll huwa maħtur mill-awtorità kompetenti Spanjola u akkreditat mill-Korp Nazzjonali ta’ Akkreditament skont ISO 17065 dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti. Fil-każ ta’ volumi bl-ingrossa mibgħuta lil operaturi barra miż-żona demarkata, il-korp ta’ kontroll jista’ jiggarantixxi l-oriġini u l-konformità mad-DOP Jumilla sal-punt tad-dispaċċ biss. Madankollu, għal raġunijiet ta’ loġistika u spejjeż, il-korp ta’ kontroll ma jistax jopera f’pajjiżi ta’ destinazzjoni fejn, fil-prattika, lanqas l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ma jwettqu kontrolli. Madwar 75 % tal-konsenji bl-ingrossa jmorru lejn pajjiżi terzi. Konsegwentement, il-korp ta’ kontroll ma jafx kif dawn l-inbejjed jitqiegħdu fis-suq. Dak li jaf huwa li l-fliexken ma jurux it-tikketta sekondarja jew is-siġill bin-numru kif meħtieġ peress li ma ssir l-ebda talba għal dawn mill-operazzjonijiet tal-ibbottiljar. Dan ifisser li ma għandux ikun hemm operazzjonijiet ta’ bbottiljar li jinvolvu Jumilla (DOP) barra miż-żona demarkata. Għalhekk, sabiex tiġi ggarantita l-oriġini u sabiex jiġi ssalvagwardjat il-kontroll, huwa neċessarju li l-inbid kollu jiġi bbottiljat fiż-żona ġeografika demarkata.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://www.mapa.gob.es/es/alimentacion/temas/calidad-diferenciada/pcdopjumillamodificacionmayoram05limpio_tcm30-556674.pdf