EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0735

Kawża T-735/21: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2021 – Aprile and Commerciale Italiana vs EUIPO – DC Comics partnership (Rappreżentazzjoni stilizzata ta’ farfett il-lejl ġo qafas ovali abjad)

ĠU C 37, 24.1.2022, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/46


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2021 – Aprile and Commerciale Italiana vs EUIPO – DC Comics partnership (Rappreżentazzjoni stilizzata ta’ farfett il-lejl ġo qafas ovali abjad)

(Kawża T-735/21)

(2022/C 37/60)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Luigi Aprile (San Giuseppe Vesuvianol, l-Italja), Commerciale Italiana Srl (Nola, l-Italja) (rappreżentant: C. Saettel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DC Comics partnership (Burbank, California, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni (Rappreżentazzjoni stilizzata ta’ farfett il-lejl ġo qafas ovali abjad) – Trade mark tal-Unjoni Nru 38 158

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Settembru 2021 fil-Każ R 1447/2020-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill


Top