Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0560

    Kawża C-560/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Settembru 2021 – ZS vs Zweckverband “Kommunale Informationsverarbeitung Sachsen” KISA, Körperschaft des öffentlichen Rechts

    ĠU C 37, 24.1.2022, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.1.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 37/8


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Settembru 2021 – ZS vs Zweckverband “Kommunale Informationsverarbeitung Sachsen” KISA, Körperschaft des öffentlichen Rechts

    (Kawża C-560/21)

    (2022/C 37/12)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesarbeitsgericht

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: ZS

    Konvenut: Zweckverband “Kommunale Informationsverarbeitung Sachsen” KISA, Körperschaft des öffentlichen Rechts

    Domandi preliminari

    1)

    It-tieni sentenza tal-Artikolu 38(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data(1) għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħalma hija f’dan il-każ l-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(4) tal-Bundesdatenschutzgesetz (il-Liġi Federali dwar il-Protezzjoni tad-Data), li torbot it-tkeċċija tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data mill-kontrollur responsabbli għall-ipproċessar tad-data, li jkun il-persuna li timpjega lil dan l-uffiċjal, mar-rekwiżiti li huma speċifikati fiha, u dan irrispettivament minn jekk din it-tkeċċija tkunx dovuta jew le għat-twettiq tal-kompiti tiegħu?

    Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

    2)

    It-tieni sentenza tal-Artikolu 38(3) tar-Regolament 2016/679 hija bbażata fuq bażi legali suffiċjenti, b’mod partikolari sa fejn tkopri l-uffiċjali tal-protezzjoni tad-data li jkollhom relazzjoni ta’ xogħol mal-kontrollur responsabbli għall-ipproċessar tad-data?


    (1)  ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.


    Top