Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0370

Kawża T-370/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2021 – KL vs BEI (“Servizz pubbliku – Persunal tal-BEI – Stat ta’ saħħa – Kapaċità li persuna taħdem – Assenza mhux iġġustifikata – Rikors għal annullament – Kunċett ta’ invalidità – Ġurisdizzjoni sħiħa – Tilwim ta’ natura pekunjarja – Ħlas retroattiv tal-pensjoni tal-invalidità – Rikors għad-danni”)

ĠU C 37, 24.1.2022, pp. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2021 – KL vs BEI

(Kawża T-370/20) (1)

(“Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Stat ta’ saħħa - Kapaċità li persuna taħdem - Assenza mhux iġġustifikata - Rikors għal annullament - Kunċett ta’ invalidità - Ġurisdizzjoni sħiħa - Tilwim ta’ natura pekunjarja - Ħlas retroattiv tal-pensjoni tal-invalidità - Rikors għad-danni”)

(2022/C 37/38)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: KL (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: G. Faedo u M. Loizou, aġenti, assistiti minn A. Duron, avukata)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u l-Artikolu 50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u intiża, fl-ewwel lok, għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-BEI tat-8 ta’ Frar u tat-8 ta’ Marzu 2019 li jiddikjaraw lir-rikorrent bħala kapaċi li jaħdem u assenti b’mod mhux iġġustifikat sa mit-18 ta’ Frar 2019 u, safejn hemm bżonn, tad-deċiżjoni tal-President tal-BEI tas-16 ta’ Marzu 2020 li kkonfermat dawn id-deċiżjonijiet, fit-tieni lok, għall-kundanna tal-BEI għall-ħlas retroattiv tal-pensjoni tal-invalidità tar-rikorrent sa mill-1 ta’ Frar 2019 u, fit-tielet lok, għall-kumpens għad-dannu li r-rikorrent sofra minħabba dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjonijiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) tat-8 ta’ Frar u tat-8 ta’ Marzu 2019, li jiddikjaraw lil KL bħala kapaċi li jaħdem u assenti b’mod mhux iġġustifikat b’effett mit-18 ta’ Frar 2019, u d-deċiżjoni tal-President tal-BEI tas-16 ta’ Marzu 2020, li tikkonfermahom, huma annullati.

2)

Il-BEI huwa kkundannat iħallas pensjoni tal-invalidità lil KL b’effett mill-1 ta’ Frar 2019, kif ukoll l-interessi moratorji fuq din il-pensjoni sal-ħlas komplet, fejn l-interessi moratorji huma ffissati bir-rata ta’ interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament tiegħu u fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tax-xahar ta’ skadenza tal-ħlas, miżjuda b’żewġ punti, suġġetti għat-tnaqqis tal-ammonti li tħallsu lir-rikorrent bħala remunerazzjoni matul l-istess perijodu u li minnhom jidher li, minħabba l-ħlas tal-pensjoni tal-invalidità, dawn ma kinux dovuti lilu.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-BEI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 255, 3.8.2020.


Top