Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0513

Kawża C-513/21 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2021 minn DI mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) fid-9 ta’ Ġunju 2021 fil-Kawża T-514/19, DI v BĊE

ĠU C 37, 24.1.2022, pp. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/6


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2021 minn DI mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) fid-9 ta’ Ġunju 2021 fil-Kawża T-514/19, DI v BĊE

(Kawża C-513/21 P)

(2022/C 37/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: DI (rappreżentant(i L. Levi, avocate)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

L-appellant jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

konsegwentement tilqa’ t-talbiet tal-appellanti:

l-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tal-ECB tas-7 ta’ Mejju 2019 li timponi t-tkeċċija dixxiplinarja mingħajr avviż;

l-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tal-ECB tal-25 ta’ Ġunju 2019 li tirrifjuta li tiftaħ mill-ġdid il-proċeduri dixxiplinari wara l-għeluq tal-proċeduri kriminali;

fi kwalunkwe każ, il-kumpens għad-dannu morali sostnut mill-appellant evalwat ex aequo et bono fl-ammont ta’ EUR 20 000,00;

ir-rimbors tal-ispejjeż kollha.

tikkundanna lill-ECB għall-ispejjeż kollha tal-appell u kif ukoll dawk tal-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Is-sentenza appellata wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet l-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-miżuri kkontestati.

Is-sentenza appellata wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet it-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 8.3.2 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.

Is-sentenza appellata wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet is-seba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għall-preżunzjoni tal-innoċenza u tal-Artikolu 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Is-sentenza appellata wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 8.3.7 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-ksur tal-prinċipju ta’ imparzjalità kif stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta.

Is-sentenza appellata wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet is-sitt motiv ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni.


Top