EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021AP0038

P9_TA(2021)0038 L-istabbiliment tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Frar 2021 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (COM(2020)0408 – C9-0150/2020 – 2020/0104(COD)) P9_TC1-COD(2020)0104 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta’ Frar 2021 bil-ħsieb li jiġi adottat ir-Regolament (UE) 2021/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

ĠU C 465, 17.11.2021, p. 182–184 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 465/182


P9_TA(2021)0038

L-istabbiliment tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Frar 2021 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (COM(2020)0408 – C9-0150/2020 – 2020/0104(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 465/25)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0408),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0150/2020),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta’ Lulju 2020 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-14 ta’ Ottubru 2020 (2),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitati responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-22 ta’ Diċembru 2020, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji skont l-Artikolu 58 tar-Regoli ta' Proċedura,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0214/2020),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament u tal-Kummissjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

4.

Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

5.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 364, 28.10.2020, p. 132.

(2)  ĠU C 440, 18.12.2020, p. 160.


P9_TC1-COD(2020)0104

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta’ Frar 2021 bil-ħsieb li jiġi adottat ir-Regolament (UE) 2021/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2021/241.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI DWAR L-ISTABBILIMENT TA' REKWIŻITI TA' RAPPURTAR LI JIPPERMETTU L-ĦRUĠ TA' BONDS LI JIKKONTRIBWIXXU GĦALL-OBJETTIVI AMBJENTALI GĦAL NEXTGENERATIONEU

Il-Kummissjoni tfakkar fl-ambizzjoni politika kondiviża tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. F'dan il-qafas, tissottolinja l-ambizzjoni tagħha li tiġbor mill-inqas 30 % tal-fondi li għandhom jiġu mislufa fis-swieq kapitali għall-ħtiġijiet ta' NextGenerationEU permezz tal-ħruġ ta' bonds li jikkontribwixxu għall-objettivi ambjentali.

It-tliet Istituzzjonijiet jaqblu li jesploraw serjament il-possibbiltà li jintroduċu regoli li jistabbilixxu obbligi ta' rappurtar għall-Istati Membri, sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' informazzjoni għall-fini ta' evalwazzjoni tal-kontribut għall-objettivi ambjentali tal-fondi mislufa fis-swieq kapitali. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni se tagħmel ħilitha biex tfassal proposta leġiżlattiva f'dan ir-rigward matul l-ewwel trimestru tal-2021.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUMMISSJONI DWAR IL-ĠBIR TA' DATA GĦAL KONTROLLI U AWDITI EFFETTIVI

Il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni jfakkru fil-ħtieġa li jiġu żgurati kontrolli u awditi effettivi bl-għan li jiġi evitat il-finanzjament doppju u jiġu evitati, identifikati u rettifikati l-frodi, il-korruzzjoni u l-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-miżuri appoġġati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Iż-żewġ istituzzjonijiet iqisu li huwa essenzjali li l-Istati Membri jiġbru u jirreġistraw data dwar ir-riċevituri u l-benefiċjarji finali tal-finanzjament tal-Unjoni f'format elettroniku standardizzat u interoperabbli u jużaw l-għodda unika ta' estrazzjoni ta' data li għandha tiġi pprovduta mill-Kummissjoni.

DIKJARAZZJONI ADDIZZJONALI TAL-KUMMISSJONI DWAR IL-ĠBIR TA' DATA GĦAL KONTROLLI U AWDITI EFFETTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea tfakkar fid-dikjarazzjoni unilaterali tagħha dwar din il-kwistjoni fl-ambitu tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, li tapplika mutatis mutandis għall-Artikolu 23 tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI DWAR IL-METODOLOĠIJA GĦAT-TREKKJAR KLIMATIKU

Il-Kummissjoni tqis li, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza, il-metodoloġija tal-Anness VI tar-Regolament li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandha tiġi inkorporata fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni.


Top