Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021XG1116(01)

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1984, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 36/2012, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1983, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja 2021/C 463/07

ST/13220/2021/INIT

ĠU C 463, 16.11.2021, pp. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 463/7


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1984, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 36/2012, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1983, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

(2021/C 463/07)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1984 (2), u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2021/1983 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK u fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta’ dawk il-persuni jidhru fl-entrati rilevanti f’dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 36/2012, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 16 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jressqu talba lill-Kunsill, flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, qabel l-1 ta’ Marzu 2022, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta’ kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-finijiet tar-rieżami li jmiss mill-Kunsill tal-lista ta’ persuni u entitajiet iddeżinjati, f’konformità mal-Artikolu 34 tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK u l-Artikolu 32(4) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba’ u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.

(2)  ĠU L 402 I, 15.1.2021, p. 5.

(3)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 402 I, 15.1.2021, p. 1.


Top