Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021XG0407(01)

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/560, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 356/2010, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/559 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja 2021/C 118 I/01

CM/2461/2021/INIT

ĠU C 118I, 7.4.2021, pp. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CI 118/1


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/560, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 356/2010, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/559 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja

(2021/C 118 I/01)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/560 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/559 (4) dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja.

Il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjonijiet 751 (1992) u 1907 (2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid tliet persuni mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

Dawk ikkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 751 (1992) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex id-deċiżjonijiet li jiġu inklużi fil-lista tan-NU jiġu kkunsidrati mill-ġdid. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Focal Point for De-listing

Security Council Subsidiary Organs Branch

Room DC2 2034

United Nations

New York, N.Y. 10017

UNITED STATES OF AMERICA

Tel. +1 9173679448

Fax +1 2129631300

Posta elettronika: delisting@un.org

Għal aktar informazzjoni, ara: https://www.un.org/securitycouncil/sanctions/delisting/delisting-requests

B'segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni li ġew iddeżinjati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/231/PESK u l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 356/2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjonijiet ta’ dawk il-persuni u l-entitajiet huma mniżżla fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati dwar il-possibbiltà li jippreżentaw applikazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 356/2010, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi (ara l-Artikolu 5 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jressqu talba lill-Kunsill, flimkien mad-dokumentazzjoni ġustifikattiva, biex d-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmijin hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati anke għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 105, 27.4.2010, p. 17.

(2)  ĠU L 115 I, 6.4.2021, p. 3.

(3)  ĠU L 105, 27.4.2010, p. 1.

(4)  ĠU L 115 I, 6.4.2021, p. 1.


Top