This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CN0560
Case C-560/20: Request for a preliminary ruling from the Verwaltungsgericht Wien (Austria) lodged on 26 October 2020 — CR, GF, TY
Kawża C-560/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Wien (l-Awstrija) fis-26 ta’ Ottubru 2020 – CR, GF, TY
Kawża C-560/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Wien (l-Awstrija) fis-26 ta’ Ottubru 2020 – CR, GF, TY
ĠU C 72, 1.3.2021, pp. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
1.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 72/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Wien (l-Awstrija) fis-26 ta’ Ottubru 2020 – CR, GF, TY
(Kawża C-560/20)
(2021/C 72/14)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Wien
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: CR, GF, TY
Konvenut: Landeshauptmann von Wien
Domandi preliminari
|
I. |
Il-ġenituri, ċittadini ta’ pajjiż terz, ta’ refuġjat li ppreżenta applikazzjoni għall-ażil inkwantu minuri mhux akkumpanjat u li kiseb l-ażil meta kien għadu minuri, jistgħu jkomplu jinvokaw l-Artikolu 2(f), moqri flimkien mal-Artikolu 10(3)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE (1) tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, meta r-refuġjat ikun sar maġġorenni wara l-għoti tal-ażil, iżda matul il-proċedura għall-għoti ta’ permess ta’ residenza lill-ġenituri tiegħu? |
|
II. |
Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv: f’każ bħal dan, huwa neċessarju li l-ġenituri taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz josservaw it-terminu msemmi fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ April 2018, C-550/16, A u S (2), punt 61, għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal riunifikazzjoni tal-familja, jiġifieri “bħala prinċipju, […]fi żmien tliet xhur mill-jum li fih il-minuri kkonċernat jingħata l-istatus ta’ refuġjat”? |
|
III. |
Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv: għandu jingħata, direttament abbażi tad-dritt tal-Unjoni, permess ta’ residenza lill-oħt adulta, ċittadina ta’ pajjiż terz, ta’ persuna li tkun ingħatat l-istatus ta’ refuġjat jekk, fil-każ ta’ rifjut ta’ dan il-permess ta’ residenza, il-ġenituri tar-refuġjat, minħabba dan, ikunu mġiegħla jirrinunzjaw għad-dritt tagħhom għal riunifikazzjoni tal-familja skont l-Artikolu 10(3)(a) tad-Direttiva 2003/86/KE, għaliex, minħabba l-istat ta’ saħħa tagħha, din l-oħt adulta tar-refuġjat għandha bżonn imperattiv ta’ kura għal żmien twil mill-ġenituri tagħha u ma tistax għaldaqstant tibqa’ waħedha fil-pajjiż ta’ oriġini? |
|
IV. |
Jekk it-tieni domanda tingħata risposta fl-affermattiv: liema huma l-kriterji li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi evalwat jekk tali applikazzjoni għal riunifikazzjoni tal-familja ġietx ippreżentata fit-terminu stabbilit, jiġifieri, “bħala prinċipju”, fi żmien tliet xhur fis-sens tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ April 2018, C-550/16, A u S, punt 61? |
|
V. |
Jekk it-tieni domanda tingħata risposta fl-affermattiv: il-ġenituri tar-refuġjat jistgħu jkomplu jinvokaw id-dritt tagħhom għal riunifikazzjoni tal-familja skont l-Artikolu 10(3)(a) tad-Direttiva 2003/86/KE meta tliet xhur u ġurnata jkunu għaddew bejn il-jum li fih il-minuri ngħata l-istatus ta’ refuġjat u l-applikazzjoni tagħhom għal riunifikazzjoni tal-familja? |
|
VI. |
Fil-kuntest ta’ proċedura għal riunifikazzjoni tal-familja taħt l-Artikolu 10(3)(a) tad-Direttiva 2003/86/KE, Stat Membru jista’, bħala prinċipju, jeżiġi mill-ġenituri tar-refuġjat li huma jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/86/KE? |
|
VII. |
Ir-rekwiżit li jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/86/KE fil-kuntest ta’ riunifikazzjoni tal-familja taħt l-Artikolu 10(3)(a) tad-Direttiva 2003/86/KE jiddependi mill-punt dwar jekk, fis-sens tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2003/86/KE, l-applikazzjoni għal riunifikazzjoni tal-familja tkun ġiet ippreżentata fi żmien tliet xhur mill-għoti tal-istatus ta’ refuġjat? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224.
(2) EU:C:2018:248