This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CA0414
Case C-414/20 PPU: Judgment of the Court (Third Chamber) of 13 January 2021 (request for a preliminary ruling from the Spetsializiran nakazatelen sad — Bulgaria) — Criminal proceedings against MM (Reference for a preliminary ruling — Urgent preliminary ruling procedure — Judicial cooperation in criminal matters — European arrest warrant — Framework Decision 2002/584/JHA — Surrender procedures between Member States — Article 6(1) and Article 8(1)(c) — European arrest warrant issued on the basis of a national measure putting a person under investigation — Concept of an ‘arrest warrant or any other enforceable judicial decision having the same effect’ — No national arrest warrant — Consequences — Effective judicial protection — Article 47 of the Charter of Fundamental Rights of the European Union)
Kawża C-414/20 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Jannar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Spetsializiran nakazatelen sad – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra MM (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Mandat ta’ arrest Ewropew – Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI – Proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri – Artikolu 6(1) u Artikolu 8(1)(c) – Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ abbażi ta’ att nazzjonali ta’ tqegħid taħt investigazzjoni – Kunċett ta’ “mandat ta’ arrest jew kwalunkwe deċiżjoni ġudizzjarja eżekuttiva oħra li jkollha l-istess effett” – Assenza ta’ mandat ta’ arrest nazzjonali – Konsegwenzi – Protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)
Kawża C-414/20 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Jannar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Spetsializiran nakazatelen sad – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra MM (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Mandat ta’ arrest Ewropew – Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI – Proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri – Artikolu 6(1) u Artikolu 8(1)(c) – Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ abbażi ta’ att nazzjonali ta’ tqegħid taħt investigazzjoni – Kunċett ta’ “mandat ta’ arrest jew kwalunkwe deċiżjoni ġudizzjarja eżekuttiva oħra li jkollha l-istess effett” – Assenza ta’ mandat ta’ arrest nazzjonali – Konsegwenzi – Protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)
ĠU C 72, 1.3.2021, pp. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
1.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 72/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Jannar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Spetsializiran nakazatelen sad – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra MM
(Kawża C-414/20 PPU) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Mandat ta’ arrest Ewropew - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri - Artikolu 6(1) u Artikolu 8(1)(c) - Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ abbażi ta’ att nazzjonali ta’ tqegħid taħt investigazzjoni - Kunċett ta’ “mandat ta’ arrest jew kwalunkwe deċiżjoni ġudizzjarja eżekuttiva oħra li jkollha l-istess effett” - Assenza ta’ mandat ta’ arrest nazzjonali - Konsegwenzi - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)
(2021/C 72/09)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Spetsializiran nakazatelen sad
Parti fil-proċedura kriminali prinċipali
MM
fil-preżenza ta’: Spetsializirana prokuratura
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kwalità ta’ “awtorità ġudizzjarja emittenti”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ma hijiex suġġetta għall-eżistenza ta’ stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjoni ta’ ħruġ tal-mandat ta’ arrest Ewropew u tad-deċiżjoni nazzjonali li fuqha dan tal-aħħar huwa bbażat. |
|
2) |
L-Artikolu 8(1)(c) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299, għandu jiġi interpretat fis-sens li mandat ta’ arrest Ewropew għandu jitqies invalidu meta ma jkunx ibbażat fuq “mandat ta’ arrest [nazzjonali] jew kwalunkwe deċiżjoni ġudizzjarja eżekuttiva oħra li jkollha l-istess effett”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Dan il-kunċett ikopri l-miżuri nazzjonali adottati minn awtorità ġudizzjarja għall-finijiet tat-tfittxija u tal-arrest ta’ persuna suġġetta għal proċeduri kriminali, bil-għan li titressaq quddiem qorti għall-finijiet tat-twettiq tal-atti tal-proċeduri kriminali. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk att nazzjonali ta’ tqegħid taħt investigazzjoni, bħal dak li fuqu huwa bbażat il-mandat ta’ arrest Ewropew inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jipproduċix tali effetti legali. |
|
3) |
Fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet fil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru emittenti li jipprevedu rimedju ġudizzjarju intiż sabiex jiġu mistħarrġa l-kundizzjonijiet li fihom mandat ta’ arrest Ewropew ikun inħareġ minn awtorità li, filwaqt li tipparteċipa fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja ta’ dan l-Istat Membru, ma hijiex fiha nnifisha qorti, id-Deċiżjoni Qafas 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299, moqrija fid-dawl tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, iggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandha tiġi interpretata fis-sens li tippermetti lill-qorti nazzjonali adita b’appell intiż sabiex tiġi kkontestata l-legalità tad-detenzjoni provviżorja ta’ persuna li kienet is-suġġett ta’ konsenja taħt mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ fuq il-bażi ta’ att nazzjonali li ma jistax jiġi kklassifikat bħala “mandat ta’ arrest [nazzjonali] jew kwalunkwe deċiżjoni ġudizzjarja eżekuttiva oħra li jkollha l-istess effett”, fis-sens tal-Artikolu 8(1)(c) ta’ din id-deċiżjoni qafas, u li fil-kuntest tiegħu tqajjem aggravju bbażat fuq in-natura invalida ta’ dan il-mandat ta’ arrest Ewropew fid-dawl tal-liġi tal-Unjoni, li tiddikjara lilha nnifisha kompetenti sabiex twettaq tali stħarriġ ta’ validità. Id-Deċiżjoni Qafas 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299, moqrija fid-dawl tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, iggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandha tiġi interpretata fis-sens li dawn ma jimponux li l-konstatazzjoni mill-qorti nazzjonali li tgħid li l-mandat ta’ arrest Ewropew inkwistjoni nħareġ bi ksur tal-Artikolu 8(1)(c) ta’ din id-deċiżjoni qafas, sa fejn ma jkunx ibbażat fuq “mandat ta’ arrest [nazzjonali] jew kwalunkwe deċiżjoni ġudizzjarja eżekuttiva oħra li jkollha l-istess effett”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ikollha bħala konsegwenza l-ħelsien tal-persuna mqiegħda taħt detenzjoni provviżorja wara li l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jkun ikkonsenjaha lill-Istat Membru emittenti. Għaldaqstant, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddeċiedi, skont id-dritt nazzjonali tagħha, liema konsegwenzi l-assenza ta’ tali att nazzjonali, bħala bażi legali tal-mandat ta’ arrest Ewropew inkwistjoni, tista’ tipproduċi fuq id-deċiżjoni jekk il-persuna akkużata tinżammx jew le taħt detenzjoni provviżorja. |