Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0152

    Kawża T-152/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta' Dicembru 2020 – BSH Hausgeräte vs EUIPO (Home Connect) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark figurattivi tal-Unjoni Ewropea Home Connect – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Relazzjoni suffiċjentement diretta u konkreta mal-prodotti msemmija mill-applikazzjoni għat-trade mark – Assenza ta’ karattru distintiv – Artkolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001”)

    ĠU C 28, 25.1.2021, p. 48–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.1.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 28/48


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta' Dicembru 2020 – BSH Hausgeräte vs EUIPO (Home Connect)

    (Kawża T-152/20) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattivi tal-Unjoni Ewropea Home Connect - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Relazzjoni suffiċjentement diretta u konkreta mal-prodotti msemmija mill-applikazzjoni għat-trade mark - Assenza ta’ karattru distintiv - Artkolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001”)

    (2021/C 28/73)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: BSH Hausgeräte GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Biagosch, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Jannar 2020 (Każ R 1751/2019-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Home Connect bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    BSH Hausgeräte GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 191, 8.6.2020.


    Top