Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0597

    Kawża C-597/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fit-12 ta’ Novembru 2020 – Polskie Linie Lotnicze “LOT” SA vs Budapest Főváros Kormányhivatala

    ĠU C 28, 25.1.2021, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.1.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 28/29


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fit-12 ta’ Novembru 2020 – Polskie Linie Lotnicze “LOT” SA vs Budapest Főváros Kormányhivatala

    (Kawża C-597/20)

    (2021/C 28/46)

    Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

    Qorti tar-rinviju

    Fővárosi Törvényszék

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Polskie Linie Lotnicze “LOT” SA

    Konvenut: Budapest Főváros Kormányhivatala

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 16(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li organu nazzjonali responsabbli għall-applikazzjoni tar-Regolament, li quddiemu jkunu tressqu lmenti individwali min-naħa ta’ passiġġieri, ma jistax jobbliga lit-trasportatur tal-ajru kkonċernat jagħti l-kumpens dovut lill-passiġġieri skont ir-Regolament?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


    Top