Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0569

    Kawża C-569/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fit-30 ta’ Ottubru 2020 – Proċeduri kriminali kontra IR

    ĠU C 28, 25.1.2021, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.1.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 28/24


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fit-30 ta’ Ottubru 2020 – Proċeduri kriminali kontra IR

    (Kawża C-569/20)

    (2021/C 28/38)

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Qorti tar-rinviju

    Specializiran nakazatelen sad

    Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

    IR

    Domandi preliminari

    L-Artikolu 8(2)(b) moqri flimkien mal-premessi 36 sa 39 tad-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (1), u l-Artikolu 4a(1)(b) moqri flimkien mal-premessi 7 sa 10 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009 li temenda d-Deċiżjonijiet Kwadru 2002/584/ĠAI, 2005/214/ĠAI, 2006/783/ĠAI, 2008/909/ĠAI u 2008/947/ĠAI, u b’hekk issaħħaħ id-drittijiet proċedurali ta’ persuni, li trawwem l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku fir-rigward ta’ deċiżjonijiet mogħtija fl-assenza tal-persuna konċernata fil-kawża (ĠU 2009, L 81, p. 24) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jkopru l-każ li fih il-persuna akkużata tkun ġiet informata bl-akkużi mressqa kontra tagħha, fil-verżjoni oriġinali tagħhom, u li fih, wara li din il-persuna tkun ħarbet, hija ma tkunx tista’ tiġi informata dwar il-proċess u tkun irrappreżentata minn avukat imqabbad ex officio, li miegħu ma jkollha l-ebda kuntatt?

    Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv: Dispożizzjoni legali nazzjonali (f’dan il-każ l-Artikolu 423(1) u (5) tan-Nakazatelno-protsesualen kodeks (il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali)) li ma tipprevedix rimedju ġudizzjarju kontra l-atti ta’ investigazzjoni mwettqa in absentia u kontra kundanna in absentia f’sitwazzjoni fejn il-persuna akkużata, wara li tkun ġiet informata bil-verżjoni inizjali tal-akkużi mressqa kontra tagħha, tkun ħarbet u, għalhekk, ma setgħetx tiġi informata bid-data u bil-post tal-proċess u bil-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ dehra tagħha, hija kompatibbli mal-Artikolu 9, moqri flimkien mat-tieni sentenza tal-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2016/343, u mal-Artikolu 4a(3), moqri flimkien mal-Artikolu 4a(1)(d) tad-Deċiżjoni Qafas 2009/299?

    Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv: L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2016/343, moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu effett dirett?


    (1)  ĠU 2016, L 65, p. 1.


    Top