Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020XC1218(03)

    Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal speċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 2020/C 437/13

    PUB/2020/807

    ĠU C 437, 18.12.2020, p. 34–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.12.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 437/34

    Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal speċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

    (2020/C 437/13)

    Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f'konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1)

    KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TIMMODIFIKA D-DOKUMENT UNIKU

    “RIBERA DEL GUADIANA”

    PDO-ES-A1295-AM03

    Data tal-komunikazzjoni: 29-09-2020

    DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA

    1.   Ismijiet ta’ tipi ta’ nbid ġodda

    EMENDA:

    L-inbejjed bojod, rożè u ħomor li jsiru mingħajr l-użu ta’ btieti tal-injam issa għandu jkollhom it-tikketta joven (“żagħżugħ”).

    B’differenza għall-inbejjed l-oħrajn kollha, ma ngħata l-ebda isem għal dawn it-tipi ta’ nbejjed fil-verżjonijiet preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Għalhekk, sabiex it-tipi kollha ta’ nbejjed li jsiru jkunu jistgħu jiġu ttikkettati b’deskrittur, it-terminu joven ġie introdott għall-inbejjed bojod, rożè u ħomor li ma jiġux immaturati fi btieti tal-injam.

    It-terminu vino de guarda (li jindika “nbid għall-ħżin”, adegwat għall-maturazzjoni fil-flixkun) issostitwixxa otras elaboraciones en barrica (“inbejjed oħrajn tal-bettija”) bħala tip ta’ nbid aħmar.

    Din l-emenda taffettwa t-taqsimiet 2 u 3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punti 4 u 5(a) tad-Dokument Uniku.

    Din hija meqjusa bħala emenda standard minħabba li ma taqa’ taħt l-ebda wieħed mill-każijiet iddefiniti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni.

    ĠUSTIFIKAZZJONI:

    L-użu tat-terminu joven huwa mod kif dawn l-inbejjed jintgħarfu minn dawk li jgħaddu minn proċess ta' maturazzjoni, għal perjodu ftit jew wisq twil, fi btieti tal-injam.

    Fir-rigward tat-terminu vino de guarda, billi l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tfasslet għall-ewwel darba fl-2011, kważi l-ebda nbid ma ġie ċċertifikat bħala otras elaboraciones en barrica minħabba nuqqas ta’ fehim ta’ din it-tikketta fost l-operaturi, anke jekk hemm domanda tas-suq għall-inbejjed b’anqas influwenza tal-injam mit-tipi l-oħrajn immaturati fl-injam.

    2.   Bidliet fil-qawwa alkoħolika, fil-kontenut taz-zokkor u fl-aċidità volatili

    EMENDA:

    Din l-emenda tikkonsisti fil-bidliet li ġejjin:

    Għall-inbejjed bojod tat-tip joven (“mhux immaturat”):

    Il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum hija stabbilita għal 9 %-15 %.

    Il-valur minimu għall-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum jitnaqqas minn 10 % għal 9 %.

    Għall-inbejjed bojod li jsiru bl-użu ta’ kontenituri tal-injam:

    Il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum hija stabbilita għal 9 %-15 %.

    Il-valur minimu għall-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum jitnaqqas minn 10 % għal 9 % għat-tip fermentado en barrica (“iffermentat fil-btieti”).

    Il-valur minimu għall-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum jitnaqqas minn 12,5 % għal 9 % għat-tipi crianza (immaturat għal tal-anqas 18-il xahar), reserva (immaturat għal tal-anqas sentejn) u gran reserva (immaturat għal tal-anqas erba’ snin).

    Il-parametru “zokkor riduċenti totali” ġie sostitwit b’“zokkor totali”.

    Żdied subtip “nofsu misjur” ġdid u ġew stabbiliti l-valuri tiegħu.

    L-aċidità volatili massima issa tiġi kkalkulata abbażi tal-qawwa alkoħolika totali skont il-volum.

    Għall-inbejjed rożè:

    Il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum hija stabbilita għal 9 %-15 %.

    Il-valur minimu għall-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum jitnaqqas minn 11 % għal 9 %.

    Il-parametru “zokkor riduċenti totali” ġie sostitwit b’“zokkor totali”.

    Żdiedu “nofsu misjur”, “ħelu mezzan” u “ħelu” bħala subtipi u ġew stabbiliti l-valuri tagħhom.

    - Għall-inbejjed ħomor tat-tip joven (“mhux immaturat”):

    Il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum hija stabbilita għal 11 %-15 %.

    Il-valur minimu għall-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum jitnaqqas minn 12 % għal 11 %.

    Il-parametru “zokkor riduċenti totali” ġie sostitwit b’“zokkor totali”.

    Żdiedu “nofsu misjur”, “ħelu mezzan” u “ħelu” bħala subtipi u ġew stabbiliti l-valuri tagħhom.

    Għall-inbejjed ħomor li jsiru fil-btieti tal-injam:

    It-tip otras elaboraciones en barrica (“inbejjed oħra tal-bettija”) ingħata l-isem il-ġdid ta’ vino de guarda (li jindika “nbid għall-ħżin”, adegwat għall-maturazzjoni fil-flixkun).

    Il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum hija stabbilita għal 11 %-15 %.

    Il-valur minimu għall-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum jitnaqqas minn 12 % għal 11 % għat-tipi fermentado en barrica (“iffermentat fil-btieti”) u tinto roble (“aħmar immaturat fil-ballut”).

    Il-valur minimu għall-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum jitnaqqas minn 12,5 % għal 11 % għat-tipi crianza (immaturat għal tal-anqas sentejn), reserva (immaturat għal tal-anqas tliet snin) u gran reserva (immaturat għal tal-anqas ħames snin).

    Il-parametru “zokkor riduċenti totali” ġie sostitwit b’“zokkor totali”.

    Żdied subtip “nofsu misjur” ġdid u ġew stabbiliti l-valuri tiegħu.

    L-aċidità volatili massima issa tiġi kkalkulata abbażi tal-qawwa alkoħolika totali skont il-volum.

    Din l-emenda taffettwa t-taqsima 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 4 tad-Dokument Uniku.

    Din hija meqjusa bħala emenda standard minħabba li ma taqa’ taħt l-ebda wieħed mill-każijiet iddefiniti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni.

    ĠUSTIFIKAZZJONI:

    Is-swieq tal-inbid inbidlu b’mod konsiderevoli minn meta l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tfasslet għall-ewwel darba fl-2011, u issa hemm domanda li dejjem qed tikber għal inbejjed b’inqas alkoħol u tipi ġodda ta’ nbid b’kontenut ġenerali ta’ zokkor ogħla.

    L-operaturi li jużaw din id-Denominazzjoni ta’ Oriġini jixtiequ wkoll li l-biċċa l-kbira tal-limiti analitiċi stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jinġiebu f’konformità mar-rekwiżiti legali, u b’hekk l-operaturi individwali jkunu jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti aktar stretti jekk jixtiequ.

    Fl-aħħar nett, il-kontenut massimu ta’ diossidu tal-kubrit permess għas-subtipi l-ġodda kollha ġie stabbilit għall-ammont massimu permess skont il-liġi tal-UE (għall-kontenut ta’ zokkor tagħhom).

    3.   Bidliet fid-deskrizzjonijiet organolettiċi

    EMENDA:

    Billi l-korp ta’ kontroll ġie akkreditat skont l-istandard UNE EN 170025 (l-istandard ISO/IEC 17025 kif adottat fi Spanja), kien hemm bidliet fil-metodu ta’ ttestjar organolettiku, li rrikjedew l-emendi li ġejjin:

    Il-parametru “togħma” issa jissejjaħ “aroma”.

    Il-parametru “bilanċ” issa jissejjaħ “bilanċ fit-togħma”.

    Żdiedu “ta’ fjuri” u “dderivati mill-fermentazzjoni” mal-listi tal-irwejjaħ u tal-aromi.

    Għall-inbejjed nofshom imsajra, ħelwin mezzana u ħelwin, żdiedet il-possibbiltà li jkun hemm ftit ħlewwa fil-parametru “bilanċ fit-togħma”.

    Żdiedu lwien ġodda.

    Il-parametru li jiddeskrivi l-intensità tal-kulur ingħata l-isem il-ġdid ta’ capa minflok intensidad [terminu Spanjol, li litteralment ifisser “kappa”, użat normalment biex jirreferi għall-intensità tal-kulur].

    Din l-emenda taffettwa t-taqsima 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 4 tad-Dokument Uniku.

    Din hija meqjusa bħala emenda standard minħabba li ma taqa’ taħt l-ebda wieħed mill-każijiet iddefiniti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni.

    ĠUSTIFIKAZZJONI:

    Fil-31 ta’ Lulju 2015, il-Bord Regolatorju għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Ribera del Guadiana” (Vindal Laboratorios) ġie akkreditat għall-ittestjar organolettiku tal-inbid skont l-istandard UNE-EN ISO/IEC 17025.

    Din l-akkreditazzjoni wasslet għall-bidliet li ġejjin:

    ISMIJIET ĠODDA GĦALL-PARAMETRI UŻATI BIEX JIĠU ANALIZZATI L-KARATTERISTIĊI ORGANOLETTIĊI DIFFERENTI

    Sabiex jikseb din l-akkreditazzjoni, il-korp kellu jiżviluppa metodu ta’ ttestjar. Skont l-informazzjoni teknika annessa ma’ dan il-metodu, il-valuri analizzati taħt il-parametru “togħma” (“ħelu”, “aċidità”, “alkoħoliku”, “karboniku”) waqgħu taħt l-intestatura “bilanċ” fil-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

    Bl-istess mod, id-deskritturi analizzati fil-parametru li issa huwa magħruf bħala “aroma” (“ta’ frott”, “ta’ fjuri”, “idderivati mill-fermentazzjoni”, “ta’ njam” u “ta’ xiwi”) ġew taħt il-parametru “togħma” fil-verżjoni preċedenti.

    Dan wassal għall-bidliet li ġejjin:

    Il-parametru “togħma” ngħata l-isem il-ġdid ta’ “aroma”.

    Il-parametru “bilanċ” issa huwa magħruf bħala “bilanċ fit-togħma”.

    ŻIEDA TA’ DESKRITTURI ORGANOLETTIĊI ĠODDA

    Fil-metodu ta’ ttestjar akkreditat, “riħa” u “aroma” jiġu vvalutati separatament. B’riżultat ta’ dan, l-irwejjaħ u l-aromi “ta’ fjuri” u “dderivati mill-fermentazzjoni” – deskritturi li ma kinux inklużi fil-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott – ġew identifikati bħala karatteristiċi rikorrenti fi nbejjed li jsiru minn ċerti varjetajiet.

    Dan wassal għall-bidliet li ġejjin:

    Żdiedu d-deskritturi “ta’ fjuri” u “dderivati mill-fermentazzjoni” bħala karatteristiċi tar-riħa possibbli tal-inbejjed bojod, rożè u ħomor li jsiru mingħajr l-użu tal-injam.

    Żdiedu d-deskritturi “ta’ fjuri” u “dderivati mill-fermentazzjoni” bħala karatteristiċi aromatiċi possibbli tal-inbejjed bojod, rożè u ħomor li jsiru mingħajr l-użu tal-injam.

    ŻIEDA TA’ KARATTERISTIĊI ORGANOLETTIĊI GĦAS-SUBTIPI L-ĠODDA FIL-KATEGORIJA TAL-INBID

    Il-karatteristiċi organolettiċi kellhom jiġu ddefiniti għas-subtipi l-ġodda ta’ nbid li żdiedu, jiġifieri nofsu misjur, ħelu mezzan u ħelu, għat-tipi differenti ta’ nbid.

    4.   Bidliet fil-prattiki tal-vinifikazzjoni

    EMENDA:

    Żdiedu l-proċeduri tal-produzzjoni għas-subtipi l-ġodda (nofsu misjur, ħelu mezzan u ħelu).

    Żdiedet id-data tal-bidu għall-proċess tal-maturazzjoni sabiex jiġu standardizzati l-ħinijiet tal-maturazzjoni għat-tipi fermentado en barrica, tinto roble, vino de guarda, crianza, reserva u gran reserva (jiġifieri t-tipi ta’ nbid li jqattgħu tulijiet ta’ żmien differenti jimmaturaw fl-injam).

    Sabiex jiġu standardizzati d-daqsijiet tal-kontenituri użati għall-maturazzjoni tal-inbejjed, id-daqsijiet tagħhom żdiedu sal-massimu legali għat-tipi tinto roble u vino de guarda.

    Tneħħiet ir-referenza għall-“fermentazzjoni parzjali” għall-inbejjed bojod u ħomor tat-tip fermentado en barrica.

    Din l-emenda taffettwa t-taqsima 3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 5(a) tad-Dokument Uniku.

    Din hija meqjusa bħala emenda standard minħabba li ma taqa’ taħt l-ebda wieħed mill-każijiet iddefiniti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni.

    ĠUSTIFIKAZZJONI:

    L-ispeċifikazzjoni tal-prodott qabel kienet tinkludi biss is-subtipi “nofsu misjur”, “ħelu mezzan” u “ħelu” għall-inbejjed bojod mhux immaturati, u kienet tgħid li dawn għandhom isiru f’konformità mar-regoli applikabbli. Issa li dawn is-subtipi ġew estiżi għal tipi oħra ta’ nbid, jagħmel sens li jiġi speċifikat x’inhuma tassew dawk ir-regoli.

    L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ma kien fiha l-ebda regola dwar meta kien jibda l-perjodu tal-maturazzjoni għall-inbejjed immaturati fl-injam, għalkemm il-Bord Regolatorju kellu waħda interna li kienet tistabbilixxi data tal-bidu għall-proċess tal-maturazzjoni, li kienet ibbażata fuq il-perjodu normali tal-ħsad fiż-żona tal-produzzjoni (normalment Awwissu jew Settembru). Huwa pass loġiku li din ir-regola ssir standard u tkun inkluża fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

    Minn meta bdiet topera l-iskema tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini – jiġifieri mill-2011, meta l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet abbozzata għall-ewwel darba – l-operaturi kienu qegħdin jitolbu li r-regoli dwar id-daqs tal-kontenitur jinġiebu f’konformità mal-limiti legali.

    Tneħħiet il-possibbiltà li jsiru nbejjed parzjalment iffermentati fil-btieti għaliex kull kantina tal-inbid li tiffermenta fil-btieti żżomm l-inbejjed fil-btieti tal-ballut għall-proċess tal-fermentazzjoni kollu, u qatt ma tħallathom ma’ nbejjed mhux iffermentati fil-btieti.

    5.   Tipi ta’ tikketta ta’ garanzija

    EMENDA:

    Din l-emenda tikkonsisti fl-istabbiliment tat-tipi ta’ tikketti ta’ garanzija li għandhom jintużaw għal kull tip ta’ nbid.

    Din taffettwa t-taqsima 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 9 tad-Dokument Uniku.

    Din hija meqjusa bħala emenda standard minħabba li ma taqa’ taħt l-ebda wieħed mill-każijiet iddefiniti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni.

    ĠUSTIFIKAZZJONI:

    Kull tip ta’ nbid irid jiġi allokat tip speċifiku ta’ tikketta ta’ garanzija. Għalhekk, din l-emenda:

    tassenja tip ta’ tikketta ta’ garanzija lit-tip tal-inbid fermentado en barrica, li bħalissa ma għandux waħda;

    tistabbilixxi li t-tip ta’ tikketta ta’ garanzija li għandu jintuża fuq l-inbejjed joven huwa t-tikketta cosecha (“vendemmja”), sabiex ma jkunx hemm konfużjoni bejn iż-żewġ termini.

    DOKUMENT UNIKU

    1.   Isem il-prodott

    Ribera del Guadiana

    2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

    DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

    3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

    1.

    Inbid

    4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

    INBID ABJAD

    Dehra

    Ċarezza: ċar jew fih xi tartrati Lewn: isfar jagħti fid-dehbi

    Riħa

    Riħa: preżenza ta’ rwejjaħ ta’ frott u/jew ta’ fjuri u/jew idderivati mill-fermentazzjoni u/jew ta’ njam u ta’ xiwi

    Palat

    Aroma: preżenza ta’ aromi ta’ frott u/jew ta’ fjuri u/jew idderivati mill-fermentazzjoni u/jew ta’ njam u ta’ xiwi

    Bilanċ fit-togħma: proporzjon bilanċjat ta’ alkoħol/aċidità, possibbilment ftit ħlewwa Persistenza: iħalli togħma aromatika intensa

    *

    Limitu massimu ta’ diossidu tal-kubrit għall-inbejjed b’kontenut ta’ zokkor ta’ 5 g/l jew aktar: 240 mg/l

    *

    Għall-inbejjed bojod li jsiru bl-użu ta’ kontenituri tal-injam, l-aċidità volatili massima hija ta’ 1 gramma għal kull litru sa 10 % alkoħol skont il-volum, flimkien ma’ 0,06 grammi addizzjonali għal kull litru għal kull punt perċentwali ta’ qawwa alkoħolika ta’ aktar minn 10, sa limitu massimu ta’ 1,08 gramma għal kull litru.

    Karatteristiċi analitiċi ġenerali

    Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

    15

    Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):

    9

    Aċidità totali minima:

    4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

    Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

    10

    Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

    180

    INBID ROŻÈ

    Dehra

    Ċarezza: ċar jew fih xi tartrati Lewn: ivarja minn roża għal oranġjo, inklużi lwien jagħtu fl-aħmar

    Riħa

    Riħa: preżenza ta’ rwejjaħ ta’ frott u/jew ta’ fjuri u/jew idderivati mill-fermentazzjoni u/jew ta’ njam u ta’ xiwi

    Palat

    Aroma: preżenza ta’ aromi ta’ frott u/jew ta’ fjuri u/jew idderivati mill-fermentazzjoni u/jew ta’ njam u ta’ xiwi

    Bilanċ fit-togħma: proporzjon bilanċjat ta’ alkoħol/aċidità, possibbilment ftit ħlewwa Persistenza: iħalli togħma aromatika intensa

    *

    Limitu massimu ta’ diossidu tal-kubrit għall-inbejjed b’kontenut ta’ zokkor ta’ 5 g/l jew aktar: 240 mg/l

    Karatteristiċi analitiċi

    Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

    15

    Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):

    9

    Aċidità totali minima:

    4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

    Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

    10

    Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

    180

    INBID AĦMAR

    Dehra

    Ċarezza: ċar jew fih xi tartrati jew sustanzi kuluranti Lewn: vjola jagħti fl-aħmar lewn il-briks; intensità tajba ta’ kulur

    Riħa

    Riħa: preżenza ta’ rwejjaħ ta’ frott u/jew ta’ fjuri u/jew idderivati mill-fermentazzjoni u/jew ta’ njam u ta’ xiwi

    Palat

    Aroma: preżenza ta’ aromi ta’ frott u/jew ta’ fjuri u/jew idderivati mill-fermentazzjoni u/jew ta’ njam u ta’ xiwi

    Bilanċ fit-togħma: proporzjon bilanċjat ta’ alkoħol/aċidità, possibbilment ftit ħlewwa Persistenza: iħalli togħma aromatika intensa

    *

    Limitu massimu ta’ diossidu tal-kubrit għall-inbejjed b’kontenut ta’ zokkor ta’ 5 g/l jew aktar: 190 mg/l

    *

    Għall-inbejjed ħomor li jsiru bl-użu ta’ kontenituri tal-injam, l-aċidità volatili massima hija ta’ 1 gramma għal kull litru sa 10 % ta' alkoħol skont il-volum, flimkien ma’ 0,06 grammi addizzjonali għal kull litru għal kull punt perċentwali ta’ qawwa alkoħolika ta’ aktar minn 10, sa limitu massimu ta’ 1,2 grammi għal kull litru.

    Karatteristiċi analitiċi

    Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

    15

    Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):

    11

    Aċidità totali minima:

    4 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

    Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

    13,33

    Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

    150

    5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

    a.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

    Prattika enoloġika speċifika

    Waqt l-estrazzjoni tal-most/inbid u s-separazzjoni tiegħu mill-ilbieba, għandha tiġi applikata pressjoni adegwata biex jiġi żgurat li r-rata ta’ estrazzjoni ma taqbiżx is-70 litru ta' nbid għal kull 100 kilogramma ta' għeneb maħsud.

    L-inbejjed bojod u ħomor fermentado en barrica għandhom jiġu ffermentati f’kontenituri tal-ballut b’kapaċità ta’ mhux aktar minn 600 litru.

    L-inbejjed tinto roble għandhom jiġu mmaturati għal 90 ġurnata, b’tal-anqas 60 minnhom f’kontenituri tal-ballut b’kapaċità ta’ mhux aktar minn 600 litru.

    L-inbejjed vino de guarda għandhom jiġu mmaturati għal 365 ġurnata, b’tal-anqas 60 minnhom f’kontenituri tal-ballut b’kapaċità ta’ mhux aktar minn 600 litru.

    Dawn il-perjodi tal-maturazzjoni jibdew fl-1 ta’ Ottubru tas-sena tal-ħsad.

    b.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

    Varjetajiet bojod

    12 000 kilogramma ta' għeneb għal kull ettaru

    84 ettolitru għal kull ettaru

    Varjetajiet ħomor

    10 000 kilogramma ta' għeneb għal kull ettaru

    70 ettolitru għal kull ettaru

    6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

    TIERRA DE BARROS: Aceuchal, Ahillones,Alange, Almendralejo, Arroyo de San Serván, Azuaga, Berlanga, Calamonte, Corte de Peleas, Entrín Bajo, Feria, Fuente del Maestre, Granja de Torrehermosa, Higuera de Llerena, Hinojosa del Valle, Hornachos, La Morera, La Parra, Llera, Llerena, Maguilla, Mérida (ix-xatt fix-xellug tax-Xmara Guadiana), Nogales, Palomas, Puebla del Prior, Puebla de la Reina, Ribera del Fresno, Salvatierra de los Barros, Santa Marta de los Barros, Solana de los Barros, Torre de Miguel Sesmero, Torremegía, Valencia de las Torres, Valverde de Llerena, Villafranca de los Barros u Villalba de los Barros.

    MATANEGRA: Bienvenida, Calzadilla, Fuente de Cantos, Medina de las Torres, Puebla de Sancho Pérez, Los Santos de Maimona, Usagre, Valencia del Ventoso u Zafra.

    RIBERA ALTA: Aljucén, Benquerencia, Campanario, Carrascalejo, Castuera, La Coronada, Cristina, Don Álvaro, Don Benito, Esparragalejo, Esparragosa de la Serena, Higuera de la Serena, La Garrovilla, Guareña, La Haba, Magacela, Malpartida de la Serena, Manchita, Medellín, Mengabril, Mérida (ix-xatt fil-lemin tax-Xmara Guadiana), Mirandilla, Monterrubio de la Serena, La Nava de Santiago, Navalvillar de Pela, Oliva de Mérida, Quintana de la Serena, Rena, San Pedro de Mérida, Santa Amalia, Trujillanos, Valdetorres, Valverde de Mérida, Valle de la Serena, Villagonzalo, Villanueva de la Serena, Villar de Rena, Zalamea de la Serena u Zarza de Alange.

    RIBERA BAJA: La Albuera, Almendral, Badajoz, Lobón, Montijo, Olivenza, La Roca de la Sierra, Talavera de la Real, Torremayor, Valverde de Leganés u Villar del Rey.

    MONTÁNCHEZ: Albalá, Alcuéscar, Aldea de Trujillo, Aldeacentenera, Almoharín, Arroyomolinos de Montánchez, Casas de Don Antonio, Escurial, Garciaz, Heguijuela, Ibahernando, La Cumbre, Madroñera, Miajadas, Montánchez, Puerto de Santa Cruz, Robledillo de Trujillo, Salvatierra de Santiago, Santa Cruz de la Sierra, Santa Marta de Magasca, Torre de Santa María, Torrecilla de la Tiesa, Trujillo, Valdefuentes, Valdemorales, Villamesías u Zarza de Montánchez.

    CAÑAMERO: Alía, Berzocana, Cañamero, Guadalupe u Valdecaballeros.

    7.   Varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid

    CABERNET SAUVIGNON

    CAYETANA BLANCA

    GRACIANO

    MACABEO - VIURA

    MERLOT

    PARDINA - JAÉN BLANCO

    SYRAH

    TEMPRANILLO - CENCIBEL

    TEMPRANILLO - TINTO FINO

    8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

    Bojod

    Il-karatteristiċi tal-inbejjed huma msawra mill-klima Mediterranja prevalenti taż-żona.

    L-inbejjed bojod huma magħrufa għall-karattru distintiv ħafna tagħhom – ta’ frott u aromatiku – flimkien ma’ aċidità pjuttost għolja.

    Il-fatt li hemm ftit xita fi żminijiet kruċjali fiċ-ċiklu tal-kultivazzjoni tal-għeneb inaqqas ir-riskju ta’ mard fungali, li għandu impatt dirett fuq il-kwalità tal-inbejjed li jirriżultaw.

    Rożè

    Il-karatteristiċi tal-inbejjed huma msawra mill-klima Mediterranja prevalenti taż-żona.

    Dawn il-kundizzjonijiet jirriżultaw fi nbejjed rikki fit-tannini u fis-sustanzi kuluranti, b’qawwa alkoħolika tajba u b’livell adegwat ta’ aċidità. Il-maturità tal-għeneb tagħti lill-inbejjed profil aromatiku distintiv.

    Il-fatt li hemm ftit xita fi żminijiet kruċjali fiċ-ċiklu tal-kultivazzjoni tal-għeneb inaqqas ir-riskju ta’ mard fungali, li għandu impatt dirett fuq il-kwalità tal-inbejjed li jirriżultaw.

    Il-varjetajiet ħomor li mhumiex nattivi għaż-żona lokali adattaw għall-karatteristiċi tagħha, u jirriżultaw f’inbejjed distintivi.

    Ħomor

    9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, oħrajn)

    Qafas legali:

    Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

    Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:

    Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

    Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

    Kwalunkwe ppakkjar użat għall-kummerċjalizzazzjoni tal-inbejjed bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Ribera del Guadiana” għandu jiġi ttikkettat bl-isem protett skont il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

    L-ippakkjar għandu jkollu wkoll tikketta ta’ garanzija nnumerata, bl-użu tat-tip speċifiku ta’ tikketta ta’ garanzija għat-tip ta’ nbid inkwistjoni. Dawn it-tikketti ta’ garanzija, maħruġa mill-Bord Regolatorju, jiċċertifikaw il-prodott u jippermettu li l-inbejjed jiġu traċċati ladarba jkunu daħlu fis-suq.

    It-tipi ta’ tikketti ta’ garanzija li għandhom jintużaw għal kull tip ta’ nbid huma kif ġej:

    It-tikketti cosecha (“vendemmja”) għandhom jintużaw għat-tipi joven u fermentado en barrica.

    It-tikketti tinto roble għandhom jintużaw għat-tip tinto roble.

    It-tikketti vino de guarda għandhom jintużaw għat-tip vino de guarda.

    It-tikketti crianza għandhom jintużaw għat-tip crianza.

    It-tikketti reserva għandhom jintużaw għat-tip reserva.

    It-tikketti gran reserva għandhom jintużaw għat-tip gran reserva.

    Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

    http://www.juntaex.es/filescms/con03/uploaded_files/SectoresTematicos/Agroalimentario/Denominacionesdeorigen/PliegoCondiciones2.pdf

    (1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.

    Top