Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020M10030

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10030 — Ube Industries/Mitsubishi Materials Corporation/JV) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 437/11

    PUB/2020/1012

    ĠU C 437, 18.12.2020, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.12.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 437/24


    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.10030 — Ube Industries/Mitsubishi Materials Corporation/JV)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2020/C 437/11)

    1.   

    Fil-11 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    Ube Industries, Ltd (il-Ġappun),

    Mitsubishi Materials Corporation (il-Ġappun),

    Joint Venture (il-Ġappun), ikkontrollata minn Ube Industries, Ltd u Mitsubishi Materials Corporation.

    UBE Industries, Ltd u Mitsubishi Materials Corporation jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-impriża bi sħab (joint venture, JV)

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    Ube Industries, Ltd: attiva fil-manifattura u l-bejgħ ta’ kimiċi, materjali u makkinarju tal-kostruzzjoni,

    Mitsubishi Materials Corporation: attiva fil-manifattura u l-bejgħ ta’ ram u prodotti ta’ ligi tar-ram, materjali u komponenti elettroniċi, prodotti tal-karbur bis-siment u partijiet sinterizzati, u siment u konkos imħallat lest, tidwib, raffinar u bejgħ ta’ ram, deheb u fidda. Mitsubishi Materials għandha wkoll negozji relatati mal-enerġija, l-ambjent u r-riċiklaġġ.

    il-Joint Venture: se tkun attiva fil-manifattura, il-proċess, il-bejgħ, ix-xiri, l-importazzjoni u l-esportazzjoni tas-siment u prodotti taċ-ċeramika oħra, l-inġinerija ċivili u l-materjali tal-kostruzzjoni. L-attivitajiet tal-Joint Venture se jkunu ffukati fuq il-Ġappun, l-Asja u l-Paċifiku u l-Istati Uniti tal-Amerka.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.10030 — Ube Industries/Mitsubishi Materials Corporation/JV

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks +32 22964301

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles / Brussel

    BELGIQUE / BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top