Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020XG1218(02)

    Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja 2020/C 437/05

    ĠU C 437, 18.12.2020, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.12.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 437/16


    Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja

    (2020/C 437/05)

    Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

    Il-bażijiet legali għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK (2), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2130 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (4), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2129 (5).

    Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tar-RELEX (Relazzjonijiet Esterni) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta’ pproċessar huwa RELEX.1.C li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

    Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Segretarjat Ġenerali

    RELEX.1.C

    Rue de la Loi/Wetstraat 175

    1048 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË

    indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

    L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

    Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

    data.protection@consilium.europa.eu

    L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mad-Deċiżjoni 2012/642/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2130, u r-Regolament (KE) Nru 765/2006, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2129.

    Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar fil-lista kif stabbilit fid-Deċiżjoni 2012/642/PESK u fir-Regolament (KE) Nru 765/2006.

    Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kull data oħra marbuta ma’ dan.

    Id-data personali miġbura tista’ tkun kondiviża skont kif meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u mal-Kummissjoni.

    Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt ta’ aċċess, kif ukoll id-drittijiet ta’ rettifika jew ta’ oġġezzjoni ser jiġi indirizzat skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.

    Id-data personali ser tinżamm għal ħames snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew minn meta l-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

    Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).


    (1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

    (2)  ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.

    (3)  ĠU L 426 I, 17.12.2020, p. 14.

    (4)  ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.

    (5)  ĠU L 426 I, 17.12.2020, p. 1.


    Top