Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020M9769

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9769 — VW Group/Munich RE Group/JV) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 99/07

    PUB/2020/247

    ĠU C 99, 26.3.2020, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.3.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 99/7


    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.9769 — VW Group/Munich RE Group/JV)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2020/C 99/07)

    1.   

    Fis-16 ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    MHP Management-und IT-Beratung GmbH (“MHP”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Dr. Ing. h.c. F. Porsche Aktiengesellschaft (“Posche”, il-Ġermanja), li finalment hija kkontrollata mill-Volkswagen Group (“VW”, il-Ġermanja),

    Münchener Rückversicherungs-Gesellschaft Aktiengesellschaft f’München (“Munich RE”, il-Ġermanja).

    Porsche, permezz tas-sussidjarja tagħha MHP, u Munich RE takkwista, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture (“JV”, il-Ġermanja).

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    MHP: kumpanija ta’ ġestjoni u ta’ konsulenza dwar l-IT. Porsche u VW huma attivi mad-dinja kollha fl-iżvilupp, il-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta’, fost oħrajn, karozzi tal-passiġġieri, vetturi kummerċjali ħfief, trakkijiet, karozzi tal-linja, muturi kif ukoll servizzi anċillari finanzjarji u tal-assikurazzjoni u soluzzjonijiet ta’ servizzi tal-mobilità,

    Munich RE: kumpanija internazzjonali tal-assikurazzjoni.

    Il-JV se tipprovdi servizzi ta’ konsulenza, inkluż l-iżvilupp ta’ kunċetti, ġestjoni tar-riskju, u żvilupp tas-software, fir-rigward tal-ippjanar, it-twaqqif u t-tħaddim ta’ soluzzjonijiet ta’ produzzjoni diġitali u flessibbli.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.9769 — VW Group/Munich RE Group/JV

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks +32 22964301

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles / Brussel

    BELGIQUE / BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top