Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0026

Kawża T-26/20: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Jannar 2020 – Forex Bank vs EUIPO – Coino UK (FOREX)

ĠU C 68, 2.3.2020, p. 68–68 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/68


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Jannar 2020 – Forex Bank vs EUIPO – Coino UK (FOREX)

(Kawża T-26/20)

(2020/C 68/76)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Forex Bank AB (Stokkolma, l-Isvezja) (rappreżentant: A. Jute, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Coino UK Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “FOREX” –Trade mark tal-Unjoni Nru 4 871 836

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 2460/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni;

tordna li t-trade mark tal-Unjoni Nru 4 871 836 tibqa’ fis-seħħ;

tikkundanna lill-EUIPO jbati l-ispejjeż tar-rikorrenti relatati mal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u l-Bordijiet tal-Appell kif ukoll dawk relatati mal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali fir-rigward ta’ ammont li għandu jiġi speċifikat iktar tard.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top