EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0025

Kawża T-25/20: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2020 – Deutsche Post vs EUIPO – Pošta Slovenije (Rappreżentazzjoni ta’ apparat ta’ ħorn)

ĠU C 68, 2.3.2020, p. 67–68 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/67


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2020 – Deutsche Post vs EUIPO – Pošta Slovenije (Rappreżentazzjoni ta’ apparat ta’ ħorn)

(Kawża T-25/20)

(2020/C 68/75)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Post AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Viefhues, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pošta Slovenije d.o.o. (Maribor, is-Slovenja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ apparat ta’ ħorn) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 088 361

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Novembru 2019 fil-Każ R 994//2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokat)

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top