EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0023

Kawża T-23/20: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2020 – FF IP vs EUIPO – Seven (the DoubleF)

ĠU C 68, 2.3.2020, p. 65–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/65


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2020 – FF IP vs EUIPO – Seven (the DoubleF)

(Kawża T-23/20)

(2020/C 68/73)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: FF IP Srl (Mantova, l-Italja) (rappreżentant: M. Locatelli, avvocato)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Seven SpA (Leinì, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva “the DoubleF” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 780 001

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 2588/2018-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara li t-trade mark the DoubleF tista’ tiġi rreġistrata bħala trade mark tal-Unjoni għall-prodotti kollha fil-klassijiet 18 u 35 kif indikati fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 15 780 001;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top