EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TN0022
Case T-22/20: Action brought on 13 January 2020 — IB v EUIPO
Kawża T-22/20: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2020 – IB vs EUIPO
Kawża T-22/20: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2020 – IB vs EUIPO
ĠU C 68, 2.3.2020, p. 64–64
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 68/64 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2020 – IB vs EUIPO
(Kawża T-22/20)
(2020/C 68/72)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: IB (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni ta’ revoka tal-Awtorità tal-Ħatra tal-14 ta’ Marzu 2019; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka l-motivi segwenti.
— |
Motivi għall-annullament dwar l-għeluq definittiv tal-proċedura ta’ invalidità. Ir-rikorrent jinvoka f’dan ir-rigward l-użu ħażin ta’ poter, in-nuqqas tad-dipartiment u l-ksur tad-dmirijiet ta’ imparzjalità, ta’ oġġettività u ta’ newtralità; |
— |
Motivi għall-annullament dwar is-sanzjoni dixxiplinari imposta. Ir-rikorrent isostni f’dan ir-rigward irregolarità proċedurali, ksur tal-Artikolu 22 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, użu ħażin ta’ poter, non-osservanza tal-kunfidenzjalità tar-rapport tal-OLAF għall-punti ta’ investigazzjoni magħluqa mingħajr segwitu, żamma ta’ allegazzjonijiet sadanittant magħluqa mingħajr segwitu u ksur tal-preżunzjoni ta’ innoċenza. Ir-rikorrent ukoll isostni ksur tal-Artikolu 10 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, ksur tad-drittijiet tad-difiża, żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 10 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal u assenza ta’ motivazzjoni. |