EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0012

Kawża T-12/20: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Jannar 2020 – Schneider vs EUIPO – Frutaria Comercial de Frutas y Hortalizas (Frutaria.)

ĠU C 68, 2.3.2020, p. 60–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/60


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Jannar 2020 – Schneider vs EUIPO – Frutaria Comercial de Frutas y Hortalizas (Frutaria.)

(Kawża T-12/20)

(2020/C 68/68)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Markus Schneider (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Bergermann u D. Graetsch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Frutaria Comercial de Frutas y Hortalizas, SL (Zaragoza, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Frutaria. bil-kulur aħdar (Pantone 363) – Trade mark tal-Unjoni Nru 5 922 885

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 284/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn tikkonferma r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Nru 5 922 885 għall-prodotti li ġejjin:

Klassi 29: Frott imnixxef

Klassi 31: Frott u ħxejjex friski

Klassi 35: Esportazzjoni ta’ frott frisk;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top