EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CN0011
Case C-11/20: Action brought on 10 January 2020 — European Commission v Hellenic Republic
Kawża C-11/20: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
Kawża C-11/20: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
ĠU C 68, 2.3.2020, p. 38–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 68/38 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-11/20)
(2020/C 68/41)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: Α. Bouchagiar u Th. Ramopoulos)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tiddikjara li r-Repubblika Ellenika, billi ma adottatx fit-termini previsti l-miżuri kollha neċessarji għall-finijiet tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Diċembru 2011 fil-Każ SA.28864, dwar il-ħlasijiet ta’ kumpens magħmula mill-Organu Grieg tal-Assigurazzjoni Agrikola (ELGA) fl-2008 u fl-2009 jew, fi kwalunkwe każ, billi ma informatx suffiċjentement skont il-liġi lill-Kummissjoni bil-miżuri adottati skont l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2, 3 u 4 tad-deċiżjoni inkwistjoni kif ukoll taħt it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Skont id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-7 ta’ Diċembru 2011 fil-Każ SA.28864, ir-Repubblika Ellenika kellha tirkupra fi żmien erba’ xhur l-għajnuna inkompatibbli mogħtija permezz tal-Organu Grieg tal-Assigurazzjoni Agrikola (ELGA) fis-snin 2008 u 2009, kif ukoll tinforma suffiċjentement skont il-liġi lill-Kummissjoni Ewropea rigward il-miżuri neċessarji għal dan il-għan.
Madankollu, ir-Repubblika Ellenika ma rkupratx l-għajnuna inkwistjoni, kif kienet obbligata tagħmel. Bl-istess mod, ir-Repubblika Ellenika għadha ma adottatx il-miżuri neċessarji sabiex timplimenta d-deċiżjoni. Fi kwalunkwe każ, ir-Repubblika Ellenika ma informatx suffiċjentement skont il-liġi lill-Kummissjoni Ewropea rigward il-miżuri relatati mal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni.