EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CB0483

Kawża C-483/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour du travail de Liège - il-Belġju) – Ville de Verviers vs J (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Politika soċjali – Direttiva 1999/70/KE – Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP – Klawżola 2 – Kamp ta’ applikazzjoni tal-ftehim qafas – Possibbiltà għall-Istati Membri li jeskludu r-relazzjonijiet ta’ taħriġ professjonali u skemi ta’ apprentistat tal-bidu kif ukoll kuntratti u relazzjonijiet ta’ impjieg li kienu konklużi fil-qafas ta’ programm speċifiku pubbliku jew bl-appoġġ tal-pubbliku ta’ taħriġ, integrazzjoni u taħriġ professjonali mill-ġdid – Konsegwenzi)

ĠU C 68, 2.3.2020, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/27


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour du travail de Liège - il-Belġju) – Ville de Verviers vs J

(Kawża C-483/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP - Klawżola 2 - Kamp ta’ applikazzjoni tal-ftehim qafas - Possibbiltà għall-Istati Membri li jeskludu r-relazzjonijiet ta’ taħriġ professjonali u skemi ta’ apprentistat tal-bidu kif ukoll kuntratti u relazzjonijiet ta’ impjieg li kienu konklużi fil-qafas ta’ programm speċifiku pubbliku jew bl-appoġġ tal-pubbliku ta’ taħriġ, integrazzjoni u taħriġ professjonali mill-ġdid - Konsegwenzi)

(2020/C 68/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour du travail de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ville de Verviers

Konvenut: J

Dispożittiv

Il-punt 2(b) tal-Klawżola 2 tal-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-anness għad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li leġiżlatur nazzjonali, li, konformement mal-possibbiltà mogħtija lilu minn din id-dispożizzjoni, eskluda mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 1999/70 u l-ftehim qafas ċerta kategorija ta’ kuntratti, jew naqas milli jadotta miżuri nazzjonali ta’ natura li jiżguraw lill-ħaddiema li jaqgħu taħt din il-kategorija ta’ kuntratti l-osservanza tal-għanijiet imfittxija mill-ftehim qafas.


(1)  ĠU C 288, 26.8.2019.


Top