EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CB0200

Kawża C-200/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Novembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Trgovački sud u Zagrebu - il-Kroazja) – INA-INDUSTRIJA NAFTE d.d. et vs LJUBLJANSKA BANKA d.d. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Regolament (UE) Nru 1215/2012 – Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Il-punt 1(a) tal-Artikolu 9 – Ġurisdizzjoni speċjali fil-qasam kuntrattwali – Kunċett ta’ “qasam kuntrattwali” – Obbligi finanzjarji imposti mil-liġi nazzjonali fuq il-koproprjetarji ta’ bini – Azzjoni ġudizzjarja intiża għall-kisba tal-eżekuzzjoni ta’ dawn l-obbligi)

ĠU C 68, 2.3.2020, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/26


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Novembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Trgovački sud u Zagrebu - il-Kroazja) – INA-INDUSTRIJA NAFTE d.d. et vs LJUBLJANSKA BANKA d.d.

(Kawża C-200/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Il-punt 1(a) tal-Artikolu 9 - Ġurisdizzjoni speċjali fil-qasam kuntrattwali - Kunċett ta’ “qasam kuntrattwali” - Obbligi finanzjarji imposti mil-liġi nazzjonali fuq il-koproprjetarji ta’ bini - Azzjoni ġudizzjarja intiża għall-kisba tal-eżekuzzjoni ta’ dawn l-obbligi)

(2020/C 68/27)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Trgovački sud u Zagrebu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: INA-INDUSTRIJA NAFTE d.d., CROATIA osiguranje d.d., REPUBLIKA HRVATSKA, Croatia Airlines d.d., GRAD ZAGREB, HRVATSKA ELEKTROPRIVREDA d.d., HRVATSKE ŠUME d.o.o., KAPITAL d.o.o. u stečaju, en faillite, PETROKEMIJA d.d., Đuro Đaković Holding d.d., ENERGOINVEST d.d., TELENERG d.o.o., ENERGOCONTROL d.o.o., UDRUGA POSLODAVACA U ZDRAVSTVU, HRVATSKI ZAVOD ZA MIROVINSKO OSIGURANJE, ZAGREPČANKA-POSLOVNI OBJEKTI d.d., BRODOGRADILIŠTE VIKTOR LENAC d.d., INOVINE d.d., MARAT INŽENJERING d.o.o., GOYA - COMPANY d.o.o., METROPOLIS PLAN d.o.o., Dalekovod d.d., INFRATERRA d.o.o., Citat d.o.o., STAROSTA d.o.o., METALKA METALCOM d.o.o., I.Š., B.C., Z.N., D.G., M.R., A.T.

Konvenuta: LJUBLJANSKA BANKA d.d.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li kawża dwar in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ obbligi finanzjarji imposti mil-liġi nazzjonali fuq il-koproprjetarji ta’ bini għandha tiġi kkunsidrata li taqa’ taħt il-kunċett ta’ “qasam kuntrattwali”, fis-sens tal-punt 1(a) ta’ dan ir-regolament.

2)

Il-punt 5 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li kawża, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dwar obbligu li jirriżulta mill-pussess, minn kumpannija, ta’ bini professjonali fejn hija stabbilita u teżerċita l-attivitajiet tagħha, ma tikkostitwixxix “tilwima li tirriżulta mill-attività ta’ fergħa, aġenzija jew stabbiliment ieħor”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 164, 13.5.2019


Top