EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CB0645

Kawża C-645/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Steiermark – l-Awstrija) – NE vs Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Kollokament ta’ ħaddiema – Artikolu 56 TFUE – Direttiva 2014/67/UE – Artikoli 9 u 20 – Dikjarazzjoni tal-ħaddiema – Żamma ta’ dokumentazzjoni dwar is-salarji – Sanzjonijiet – Proporzjonalità – Multi ta’ ammont minimu stabbilit minn qabel – Kumulu – Assenza ta’ limitu – Spejjeż legali)

ĠU C 68, 2.3.2020, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/21


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Steiermark – l-Awstrija) – NE vs Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld

(Kawża C-645/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Kollokament ta’ ħaddiema - Artikolu 56 TFUE - Direttiva 2014/67/UE - Artikoli 9 u 20 - Dikjarazzjoni tal-ħaddiema - Żamma ta’ dokumentazzjoni dwar is-salarji - Sanzjonijiet - Proporzjonalità - Multi ta’ ammont minimu stabbilit minn qabel - Kumulu - Assenza ta’ limitu - Spejjeż legali)

(2020/C 68/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Steiermark

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: NE

Konvenuta: Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld

fil-preżenza ta’: Finanzpolizei

Dispożittiv

L-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta’ ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta’ servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“ir-Regolament tal-IMI”), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi fil-qasam tad-dritt industrijali dwar id-dikjarazzjoni tal-ħaddiema u ż-żamma ta’ dokumenti dwar is-salarji, l-impożizzjoni ta’ multi ta’ ammont għoli:

li ma jistgħux ikunu inqas minn ammont stabbilit minn qabel;

li jiġu imposti b’mod kumulattiv għal kull ħaddiem ikkonċernat u mingħajr limitu massimu, u

flimkien ma’ kontribuzzjoni għall-ispejjeż proċedurali sa 20 % tal-ammont tagħhom fil-każ ta’ ċaħda tar-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni li timponihom.


(1)  ĠU C 122, 1.4.2019.


Top